Friday, March 03, 2006

Sejjaħli b'Ismek

Nhar it-Tnejn, 6 ta' Marzu, se titnieda antoloġija ta' poeżiji miktubin minn tmien kittieba żgħażagħ. Din it-tnedija se ssir ġewwa l-Antalex Bar, fi Strada Stretta, il-Belt Valletta, fit-8.30 ta' fil-għaxija 'l quddiem. Naturalment, kulħadd mistieden (u mħeġġeġ) jattendi u jakkwista kopja ta' din l-antoloġija. Il-ktieb jiswa biss Lira.



L-antoloġija se tinkludi erba' poeżiji tiegħi. Il-poeżiji huma dawn li ġejjin:

Il-kittieba l-oħrajn li x-xogħlijiet tagħhom se jidhru f'din l-antoloġija, f'ordni alfabetika, huma Lara Calleja, Alison Camilleri, Mark Camilleri, Christopher Cutajar, Fabio D'Amato, Cedric Farrugia u Dario Grixti. Dawn il-kittieba, flimkien miegħi, jifformaw id-dar tal-publikazzjoni 'Publikazzjonijiet Kamaleonti.'

Nixtieq nirringrazzja, b'mod sepeċjali, lil Immanuel Mifsud li ħa ħsieb jiggwidana f'din l-ewwel publikazzjoni tagħna, u lil Antoine Cassar tal-paċenzja kbira li ħa waqt il-qari tal-provi tal-poeżiji tiegħi, kemm dawk li se jidhru f'dan il-ktieb u kemm ta' oħrajn li għad jidhru f'publikazzjonijiet poetiċi tiegħi oħrajn fil-futur qrib.


Ħajr ukoll lil Mark Camilleri, magħruf aħjar bħala l-Perestroika, għall-ħidma sfiqa u l-entużjażmu li wera biex dan ix-xogħol seta' jiġi mitbugħ.


Mużika: To One In Paradise - Alan Parsons Project

(B'dedika speċjali lil dawk kollha, li matul dawn l-aħħar għaxar snin, żergħu fija n-namra mal-poeżija... "And all my days are trances, and all my nightly dreams, are where thy grey eye glances, and where thy footstep gleams - in what ethereal dances, by what eternal streams.")



Ħatab: 2

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Prosit Kevin!!! Kont smajt bil-ktieb u b'dan l-avveniment, imma ma kontx naf li jinkludi x-xogħol tiegħek. Ħerqan biex narah stampat, ras.

Ħasra li m'intix nieżel għat-tnedija imma.

Saħħiet

4:53 pm  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

U kemm hi ħelwa dis-silta li qed nisma'...

7:53 pm  

Post a Comment

<< Lura