Anniversarji kwinarji ta' albums - Ottubru 2005
...u la qegħdin insemmu l-ġenn, tajjeb li ngħaddu għall-lista ta' dawk l-albums li dan ix-xahar jagħlqu xi anniversarju kwinarju, għax il-lista t'hawn taħt hija proprju tal-ġenn. Din aktarx hi l-itwal jekk mhux ukoll l-aqwa lista li kellna s'issa f'din is-sensiela għax tinkludi bosta albums kbar u/jew ta' importanza storika notevoli. Fil-fatt l-għażla ta' l-album tax-xahar ma kienet faċli xejn.
Iżda jiddispjaċini ninformakom li bħalissa m'iniex f'qagħda li ntella' r-reċensjoni ta' l-album tax-xahar, għax is-sistema tal-windows tal-kompjuter mhix taħdem tajjeb u għaldaqstant m'għandix aċċess għad-dokument. Minħabba din il-ħsara teknika l-irkejjen ta' 'X'qiegħed naqra bħalissa' u 'X'qiegħed nisma' bħalissa' ma nistax naġġornahom lanqas.
Issa jekk qegħdin tiddispraw minħabba din id-diżgrazzja ftakru li ta' it-Torċa marru ferm agħar minnkom, għax kellhom jaraw kif se jimlew paġna sħiħa ta' malajr fl-aħħar minuta bħaċ-ċwieċ. Sa l-aħħar bqajt nkiddhom! Sa l-aħħar!
Madanakollu nwiegħdkom li l-bloggata mis-sensiela 'Tant Snin Ilu' tax-xahar t'Ottubru se tidher fil-blogg Ħġejjeġ datata b'lura ladarba kollox jerġa' jiġi għan-normal. Rigward dan navżakom meta jkun il-waqt.
Iżda issa tlaqna:
40 sena:
Fairytale – Donovan
35 sena:
Led Zeppelin III – Led Zeppelin
Atom Heart Mother – Pink Floyd
Chunga’s Revenge – Frank Zappa
Trespass – Genesis
Jesus Christ Superstar – Andrew Lloyd Webber
New Morning – Bob Dylan
Gentle Giant – Gentle Giant
30 sena:
Face The Music – Electric Light Orchestra
Nighthawks at the Diner – Tom Waits
Ommadawn – Mike Oldfield
Siren – Roxy Music
The Who By Numbers – The Who
Voyage Of The Acolyte – Steve Hackett
Godbluff- Van Der Graaf Generator
Time Honored Ghosts – Barclays James Harvest
25 sena:
Boy – U2
Dirty Mind – Prince
Levitation – Hawkwind
Making Movies – Dire Straits
More Specials – Specials
Remain In Light – Talking Heads
The Black Album – The Damned
The Turn of A Friendly Card – The Alan Parsons Project
Zenyatta Mondatta – The Police
In The Flat Field – Bauhaus
Organization – Orchestral Maneuvers In The Dark
20 sena:
Frankenchrist – The Dead Kennedys
Hunting High and Low – A-ha
Live After Death – Iron Maiden
Maximum Security – Alien Sex Fiend
This Is The Sea – The Waterboys
What Does Anything Mean? Basically – The Chameleons
15-il sena:
Behaviour – Pet Shop Boys
The Good Son – Nick Cave & The Bad Seeds
10 snin:
Different Class – Pulp
Mellie Collie & the Infinite Sadness – Smashing Pumpkins
(What’s The Story) Morning Glory? – Oasis
Divinities: 12 Dances With God – Ian Anderson
5 snin:
Lift Your Skinny Fists Like Antennas to Heaven – Godspeed You Black Emperor!
Kid-A – Radiohead
Stories From The City, Stories From The Sea – PJ Harvey
U issa, min minnkom se jaqta' liema se jkun l-album tax-xahar? Ejja pprovaw aqtgħu - tkunux boring ta! :)
Mużika: Common People - Pulp
(Għal dan ix-xahar se nagħżel diska minn xi album imsemmi hawn fuq. Minn dan ix-xahar 'l quddiem se nipprova kemm jista' jkun inżomm ma' din id-drawwa. Madanakollu dan ma jfissirx li l-album tax-xahar se jkun neċessarjament dak li jinkludiha.
Din id-diska niddedikaha lil ħabibti Stefania, li bħalissa qiegħda tgħix fi Plymouth, l-Ingilterra. Nissuġġerilha li waqt li tisma' din id-diska toqgħod b'sebgħa għajnejn fejn tpoġġi l-kartiera, ma jmurx terġa' tosfor bla ma ħadd jintebaħ!
Meta se nerġgħu nitilgħu san-Naasha jew sal-Munxar, għid? :) )

Ħatab: 1
ha nara... nilghab ghaxar liri mhux tieghi fuq led zeppelin III...
avolja li kien ghalija naghmel tom waits jew nick cave...
Post a Comment
<< Lura