Min tassew qiegħed jhedded?
Dawk li qed jgħidu li qegħdin jiddefenduna…:
* * * * * * * * * * * * * * *
…mit-theddida allarmanti ta' xi ħadd bħal dan:
“Nifhem li Malta hi pajjiż żgħir. Fil-konfront tagħna qiegħed ikun hawn ostilità kbira. Ġejja min-nies fit-triq, minn fuq il-karozzi tal-linja, minn kullimkien. Anki tmur tixtri tara n-nies iħarsu lejk bl-ikrah u donnhom jitbedgħu minnek.
M’aħniex hawn biex nieħdu x-xogħol tal-Maltin jew neħdulhom l-artijiet. Xejn minn dan. Spiċċajna hawn b’kumbinazzjoni għax id-dgħajsa spiċċat bla fjuwil. Ma rridux nibqgħu hawn. Nafu li hawn m’hawnx futur minkejja li hawn min jieħu ħsiebna. Irridu mmorru f’pajjiż fejn inkunu nistgħu nibdew ngħixu.
Jien irrid nistudja f’università fir-Renju Unit. Ma rridx nibqa’ f’Malta. Nixtieq li l-Maltin jifhmu li ħafna minna jridu jitilqu minn hawn.” - Klandestin miżmum fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Balzan
Mużika: Redemption Song - Bob Marley

Ħatab: 0
Post a Comment
<< Lura