Biljetti ta' Suiċidi
“Ikolli nneħħi ħajti b’idejja. Ma fadalx tama. Jien se nkun fil-paċi. Ħadd ma kellu x’jaqsam ma’ dan. Kienet deċiżjoni tiegħi kompletament.”
(22 ta’ Ġunju, 1954 – 29 ta’ Jannar, 1977)
Kummidjant promettenti, l-iżjed magħruf għall-parti ewlenija tiegħu fis-sitcom Amerikana “Chico and the Man”.
Paranojja dwar piż żejjed, problemi matrimonjali u kriżi ta’ identità minħabba etniċità mħallta kkawżawlu sens dejjem jitqawwa ta’ aljenazzjoni.
Prinze spara għal rasu quddiem il-maniġer tiegħu meta kien għad kellu biss 22 sena.
“Ma kontx Ispaniku veru, jew Lhudi veru, jew xi ħaġa vera oħra. Jien kont baħnan oħxon u miżerabbli bin-nuċċali u l-ażma.”
“Meta mmut u fuqi April leqqien
Xuxtu mxarrab għasra jxejjer,
Bi qsim il-qalb fuqi jmissek timmejjel,
Iżda jien niġi nitmejjel.
Jien inkun fil-kwiet, bħalma s-siġar imwerrqa jisktu
Meta l-iħxen fergħa x-xita tilwi,
U iżjed siekta u qalbi bierda jien inkun
Milli int illum.”
Sara Teasdale
(8 ta’ Awissu 1884 - 29 ta’ Jannar 1933)
Poetessa Amerikana mwielda f’St. Louis, il-Missisuwri.
Teasdale kitbet bosta ġabriet ta’ poeżiji mimlijin passjoni u emozzjonijiet li f’ħajjitha qatt ma kellha x-xorti tgħixhom tassew.
Il-kundizzjoni fiżika sa minn dejjem fraġli tagħha u t-temi li tistħarreġ fi vrusha jfakkruna ħafna fil-poetessa Maltija Doreen Micallef.
Ta' 48 sena belgħet bosta pilloli ta’ l-irqad, u raqdet f’banju sħun bil-ħsieb li tegħreq fih sa ma tifga fl-aħħar u l-itwal raqda.
In-nota suwiċidali poetika tagħha indirizzata lil xi maħbub tagħha li kien telaqha.
“Jiena persuna nevrotika u instabbli żżejjed u m’għadx għandi l-passjoni iżjed. Mela ftakru, aħjar tinqered milli tmut bil-mod il-mod. Paċi, imħabba, empatija.”
Uġigħ kroniku fl-istonku u mard ieħor, problemi matrimonjali, depressjoni, attenzjoni iżjed
Il-falliment tat-tobba li jsibu tarf tal-kundizzjonijiet fiżiċi tiegħu wassluh biex isib is-serħan mill-uġigħ fl-abbuża mill-eroijna, tant li spiċċa ma setgħax jgħix mingħajrha.
Fil-5 ta’ April 1994 Cobain instab mejjet
Wara mewtu xterdu bosta diċeriji u spekulazzjonijiet li forsi seta’ nqatel, iżda jien nippreferi ngħoddu bħala suwiċida ieħor. Imma naħseb hekk għax forsi lanqas moħħi ma qiegħed tant sewwa. Kif kien qal ċertu Andy Rooney, “meta l-kelliem tal-ġenerazzjoni tiegħu jtajjar moħħu, x’suppost taħseb dik il-ġenerazzjoni?”
* * * * * * * * * *
“F’dan il-mument nixtieq li jien kont mejjet. Il-vera ma niflaħx iżjed.”
Ian Curtis
(15 ta’ Lulju, 1965 – 18 ta’ Mejju, 1980)
Kantant importanti ta’ grupp mill-iżjed influwenti ieħor, Joy Division.
Curtis kien bniedem eċċentriku sa
Din il-kundizzjoni fiżika, taħbit esaġerat biex ilaħħaq ma’ l-ambizzjonijiet tiegħu, bosta problemi emozzjonali u ħsibijiet eżistenzjalisti jberrnu ġo moħħu ma jaqtgħu xejn filġuh sa ma krolla.
Fis-18 ta’ Mejju 1980 Ian Curtis instab mgħallaq
L-aformiżu li jqassar l-aħjar l-kredu tiegħu aktarx hu t-titlu ta’ l-aħħar single li ħareġ il-grupp tiegħu, “Love Will Tear Us Apart.”
“Tgħidli qalbi sejra niġġennen. Inħoss li ma nistgħux nerġgħu ngħaddu dawk il-mumenti terribbli. Din id-darba m’inix se nirkupra. Qiegħda nisma’ l-ilħna u ma nistax nikkonċentra fuq xogħoli. Għaldaqstant se nagħmel dak li jidher l-aħjar li għandi nagħmel... Issilit kontriha iżda ma niflaħx nissielet iżjed.”
Virginia Woolf
(25 ta’ Jannar, 1882 – 28 ta’ March, 1941)
Waħda mill-aqwa kittieba Ingliżi tas-seklu li għadda.
Virginia Woolf hija meqjusa minn bosta bħala waħda mill-aqwa ikoni tal-letteratura moderna, kemm għall-istil tagħha u kemm għat-temi li tistħarreġ.
L-istil liriku esperimentali li nsibu fir-rumanzi tagħha aktarx hu l-aqwa li qatt inkiteb fil-letteratura Ingliża.
Virginia Woolf hija kkwotata ħafna wkoll fiċ-ċrieki femministi, tant li bosta femministi, sew kittieba u sew le, jirreferu għaliha bħala waħda mill-influwenzi ewlenin tal-ħsibijiet u l-kawżi tagħhom.
Ftit xhur qabel għalqet sittin sena, Woolf mliet bwietha bil-ħaġar tqil u għadset lilha nnfisha fix-xmara Ofelja, ftit passi ‘l bogħod mid-dar tagħha fil-villaġġ ta’ Rodmell, f’Sussex.
“L-att li nneħħi ħajti b'idejja mhux xi ħaġa li qiegħda nagħmel mingħajr ħsieb ta' xejn. Ma nemminx li n-nies għandhom ineħħu ħajjithom b'idejhom mingħajr riflessjoni profonda u kontemplattiva għal perijodu konsiderevoli ta' żmien. Iżda tassew nemmen b’qawwa li d-dritt li tagħmel dan huwa wieħed mill-iżjed drittijiet fundamentali li f'soċjetà ħielsa kulħadd għandu jkollu. Għalija ħafna mid-dinja ma jagħmel sens xejn…”
(28 ta' Mejju, 1949 - 6 ta' April, 1998)
Ħafna kienu jsibuha bħala r-reġina tax-'Shock Rock'. Williams kellha personalità mill-iżjed aggressiva, kemm fiżikament u kemm sesswalment. Qabel daħlet fix-xena mużikali Williams kienet ħadmet ukoll xi B-films pornografiċi.
Fix-xena
Ħafna konservattivi jqisu lil Wendy O. Williams żemlija ta’ x'jimpurtani, iżda bosta nisa liberali għadhom sal-lum iqimuha bħala simbolu ġenwin ta' liberazzjoni femminili u tal-ħsieb ħieles. Fi kliemha stess, li jfakkruni wkoll fl-innu ta’ Toyah Wilcox “I Want To Be Free”, “it's my life
Williams wettqet din il-fehma fl-età ta’ 48 sena, meta sparat għal rasha viċin darha proprju f'nhar l-għeluq it-tmintax il-sena tiegħi.
* * * * * * * * * *
“Saħħa, ħabib, saħħa. Għażiż tiegħi, int tinsab f'qalbi. Firda ippredestinata twiegħed laqgħa fil-ġejjieni.”
(21 ta’ Settembru, 1895 – 27 ta’ Diċembru, 1925)
Ix-xogħlijiet poetiċi tiegħu kienu bbanjati mill-Kremlin minħabba li ġieli jlissnu disprezz lejn l-istess reġim Komunist li Yesenin stess kien għamel żmien jappoġġa.
Huwa kien raġel mill-isbaħ u mogħni bi spirtu romantiku attiv ferm, tant li f'ħajtu żżewweġ ħames darbiet.
Yesenin kien alkaħoliku, u dan il-vizzju maż-żmien kien telgħalu fuq rasu u ġabu bniedem aggressiv u mentalment imfixkel qatigħ.
Ftit wara li kien għalaq tletin sena, Yesenin bħal donnu ġġennen u moħħu kkollassa, tant li ddaħħal l-isptar għall-osservazzjoni u l-kura għal xi erba’ ġimgħat.
Jumejn wara li ntbagħat id-dar igawdi l-festi tal-Milied, qata' l-polz, kiteb biljett suwiċidali poetiku b'demmu stess... u mbagħad tgħallaq.
“Issa tard wisq. Ma nistgħux nerbħu. Huma saru b’saħħithom wisq.”
Abbie Hoffman
(30 ta’ Novembru, 1936 – 12 ta’ April, 1989)
Wieħed mill-iżjed individwi sovversivi ta’ l-epoka mqallba tas-snin sittin fl-Istati Uniti.
Għad li rawwem ħsibijietu fil-moviment tal-hippies Hoffman terraq lil hinn minnu billi studja x-xjenza politika, partikolarment dik post-Marxista, u ħa sehem u waqqaf bosta movimenti politiċi dissidenti, fosthom il-Youth International Party (Yippies).
Huwa kiteb ukoll bosta kotba bil-għan li jqajjem kuxjenza dwar kif is-sistema kapitalista xxekkel l-eżistenza ta’ l-individwu.
Huwa dderieġa l-attiviżmu xellugi radikali tiegħu kontra bosta realtajiet u forzi predominanti ta’ żmienu, fosthom il-gwerra tal-Vjetnam, il-Borża ta’ l-Ishma ta’ New York, l-istabbiliment Amerikan f’sens wiesgħa u l-kapitaliżmu dinji.
Lejn l-aħħar ta’ ħajtu ħadem ħafna favur kawżi ambjentali. Jibqa’ magħruf ukoll għall-bosta bawxati, uħud minnhom saħansitra eċċentriċi, li ħareġ bihom waqt il-protesti intelliġenti li kien imexxi u waqt il-ġuri memorabbli ta’ l-hekk-imsejjħin Chicago Seven.
Fl-1973 kellu jgħaddi ġuri ieħor fuq akkużi ta’ bejgħ ta’ kokaina, iżda laħaq ħarab u fassal identita’ ġdida permezz tal-kirurġija plastika. Hoffman reġa’ tfaċċa fid-dieher sitt snin wara, iżda bl-awtoritajiet jilħqulu salibu l-ħin kollu, ftit li xejn kien beda jsib spazju biex jibqa’ jimmilita.
Wara sensiela ta’ attakki nervużi u l-aħbar lil ommu kien ħarġilha kanċer, fl-1989 instab mejjet f’daru f’New Hope, Pennyslvania.
Dak in-nhar George Bush kien laħaq President ta’ l-Istati Uniti. Ġimgħa qabel kont għalaqt disa’ snin.
* * * * * * * * * *
“Meta kull utilità tintemm, meta tkun żgur minn mewt inevitabbli u imminenti, li tagħżel mewt faċli u ta’ malajr minflok waħda kajmana u orribbli huwa l-iżjed dritt uman bażiku.”
Charlotte Perkins Gilman
(3 ta’ Lulju, 1860 – 17 ta’ Awissu, 1935)
Kittieba femminista bikrija ta’ stoffa oħra.
L-iżjed tema mistħarrġa fil-kitba tagħha huwa l-ġenn li jaħkem lil bosta nisa meta jifhmu kemm huma tassew mjassrin mill-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi ta’ żmienhom.
L-aktar xogħol magħruf tagħha huwa “The Yellow Wallpaper”, li minkejja li jittratta realtajiet tanġibbli, juri wkoll kemm l-awtriċi kienet tbati minn attakki ta’ paranojja u depressjoni, aktarx sforz il-kuxjenza femminista tagħha.
Fl-1935 ħarġilha kanċer terminali f’sidirha. Gilman għażlet li ttemm ħajjitha hi stess billi xxomm xi kimiċi qabel il-kanċer ikun laħaq xorobha għalkollox.
Il-biljett suwiċidali li ħalliet iressaq argument b’saħħatu ħafna favur l-ewtanasja.
“Lil ħbiebi: Xogħli lest. Għalfejn nistenna?”
George Eastman
(12 ta’ Lulju, 1854 – 14 ta’ Marzu, 1932)
Wieħed mill-iżjed individwi importanti fl-istorja tal-fotografija u taċ-ċinema.
Eastman ivvinta bosta inġenji li għenu bil-kbir l-iżvilupp tal-fotografija. L-iżjed invenzjoni prattika u importanti tiegħu kienet il-film roll, li kienet ukoll il-bażi ta’ l-iżvilupp bikri taċ-ċinema mmexxi mill-aħwa Lumiére, Thomas Edison u Georges Méliès.
L-inġejnozità tiegħu ssarfitlu f’profitti ta’ eluf kbar ta’ liri. Iżda dan ftit li xejn għamel bih, tant li hu magħruf ħafna wkoll bħala galantom liema bħalu. Huwa stmat li b’kollox minn flusu qassam madwar mitt miljun Dollaru għall-skopijiet filantripiċi u ta’ riċerka. Waqqaf u mexxa wkoll il-kumpanija Kodak. Kien waqqaf ukoll skola tal-mużika.
Fl-aħħar snin ta’ ħajtu ħakmitu l-artrite fil-ġogi tax-xewka ta’ daharu u spiss kien ikun muġugħ ħafna, tant li bil-kemm kien ikun jista’ jimxi.
L-islogan li snin qabel kien ivvinta biex jippromwovi l-kumpanija Kodak kien jgħid “int tagħfas il-buttuna u aħna nagħmlu l-bqija.” Iżda darba minnhom il-buttuna għafasha huwa.
Fl-1932 spara tir għal kaxxa ta’ sidru, aktarx għax tant kien għamel f’qalbu li ma rahx lant ikompli jagħmel il-bqija.
“Għażiża Dinja, se nħallik għax iddejjaqt. Inħoss li għext biżżejjed. Jien se nħallik ma’ l-inkwiet tiegħek f’din il-fossa tal-ħmieġ utiqa – awguri!”
George Sanders
(3 ta’ Lulju, 1906 – 25 ta’ April, 1972)
Attur Russu b’dixxendenza Bittanika.
George Sanders jibqa’ magħruf l-iżjed għal prestazzjoni stupenda fil-film “All About Eve” u għall-vuċi tiegħu tal-karattru Shere Khan fil-produzzjoni “The Jungle Book.”
Huwa kien mogħni wkoll b’talent letterarju u vuċi tajba għall-kant. F’nofs is-snin sittin kiteb l-awtobijografija tiegħu “Memoirs of a Professional Cad” u ftit wara ħareġ l-album “The George Sanders Touch: Songs for the Lovely Lady”.
Minkejja dawn is-suċċessi Sanders qatt ma seta’ jsib il-paċi. Lejn l-aħħar ta’ April ta’ l-1972, George Sanders temm ħajtu billi bela’ doża qawwija ta’ pilloli ta’ l-irqad.
In-nota suwiċidali qasira tiegħu hi waħda mill-iżjed eżistenzjalment arditi li qatt inkitbu.
“Lil Harald, j'Alla jaħfer lilek u jaħfer lili wkoll iżda nippreferi nneħħi ħajti u ħajjet it-tarbija tagħna b'idejja qabel ma navveliha jew noqtolha, Lupe.”
Lupe Vélez
(18 ta’ Lulju, 1908 – 13 ta’ Diċembru, 1944)
Attriċi Messikana trid seba’ għajnejn biex taraha.
Vélez bdiet il-karriera ta' attriċi fil-kummiedji mużikali teatrali. Wara deffset u sabet saqajha fix-xena ċinematografika ta' Hollywood.
Vélez kienet waħda mill-ftit atturi tal-films silent li sabu posthom bla problemi ta’ xejn f'dawk talkies. Fil-karriera qasira tagħha ħadet sehem f'madwar ħamsin film.
Il-ħajja 'privata' tagħha kienet tgħaddiha tissara ma' bosta problemi sentimentali, fosthom tliet relazzjonijiet li fallew waħda wara l-oħra.
Minkejja li kienet qiegħda tistenna wild mill-aħħar relazzjoni fallimentari li kellha, Lupe Vélez ħasset li jkun aħjar li tfittex ittemm ħajjitha bit-tarbija b'kollox.
“Il-futur m’hu xejn ħlief xjuħija u mard u uġigħ… Irrid nistrieħ u dan huwa l-unku mod.”
(22 ta’ Lulju, 1893 – 29 ta’ Mejju, 1957)
James Whale kien iddistingwa ruħu f’Hollywood fil-ġeneru tal-biża’. Fost l-aħjar films tiegħu hemm “Frankenstein”, “Bride of Frankenstein”, “The Invisible Man”,
James Whale kien omosesswali, u għaldaqstant ftit li xejn sab ruħu komdu jkompli jidderieġi l-films meta fl-erbgħinijiet l-ambjent f’Hollywood kien beda jsir kull ma jmur izjed omofobiku.
Wara attakk ta’ puplesija qawwi li affettwalu l-memorja, Whale waqa’ f’depressjoni u beda jfittex li jinqata’ għalih waħdu.
Fl-eta’ ta’ 67 sena huwa siker sakra nobis u mar jgħarraq lilu nnifssu fil-pixxina tiegħu.
“Huma pprovaw jaqbduni – Jien qbadthom l-ewwel!”
Vachel Lindsay
Vachel Lindsay qatta’ l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu bla sold fil-but u jiġġerra ‘l hemm u ‘l hawn mal-pajjiż. Kien jaqla’ l-għixien billi jesebixxi t-talenti notevoli tiegħu fuq il-post u jqassam il-kitbiet tiegħu bi bdil ma’ xi banju u bukkun sħun.
L-esibizzjonijiet tiegħu spiss kienu jkunu melodrammatiċi, u tant kien jidħol fihom li matulhom kont tarah jintilef jirreċta, jgħajjat u jkanta.
Illum huwa jitqies bħala wieħed mill-ewwel proponenti tal-poeżija Jazz.
Lejn l-aħħar ta’ għoxrinijiet Lindsay deffes f’rasu li n-nies kienu iżjed kurjużi dwar il-mod xejn tas-soltu li bih kien jesebixxi ruħu milli fil-poeżija tiegħu. Bosta storiċi huma tal-fehma li dan il-fellus li daħħal f’rasu baqa’ baqa’ sakemm nawwarlu moħħu u l-benessri.
Iżjed tard ħarġulu wkoll id-dijabete u l-epilepsja, li komplew jkidduh u jigravawlu d-depressjoni u l-paranojja.
Xahar wara li għalaq 52 sena, Lindsay kiteb l-aħħar kitba tiegħu u tgelgel ‘l hemm ma’ flixkun Lysol.
Iċċaqlaq rasha… titfa’ xagħrha lura
Christine Chubbuck
Christine Chubbuck sparat għal rasha waqt programm televiżiv immexxi minnha u mxandar dirett fuq it-televiżjoni WXLT fi
Qabel bidet il-programm kitbet l-iskript, li kien jirrakkonta proprju l-istorja tas-suwiċidju tagħha u ta’ dak li fl-immaġinazzjoni tagħha kellu jsegwi fil-ftit sigħat ta’ wara.
Wara l-aċċident xi kollegi tagħha kkummentaw li Chubbuck ma kinitx sodisfatta ħafna fil-karriera tagħha għax l-istazzjon WXLT ixandar ħafna stejjer vjolenti u bla sugu sempliċiment biex jissodisfa l-gosti morbużi tan-nies.
Hija kienet spiss tilmenta wkoll li ma kinitx imħallsa tajjeb u li sid l-istazzjon kien jippreferi jħaddem lill-ġurnalisti li lesti jaħdmu bi ħlas baxx milli lil dawk tassew promettenti.
Iżda f’intervista li tat dak in-nhar stess ta’ l-avveniment, ommha żvelat li bintha kienet imdejjqa ħafna, l-iżjed għax minkejja li kellha 29 sena la kellha ħbieb u wisq anqas sieħeb jew prospetti romantiċi sodi.
Kollega tagħha qalet ukoll li l-irġiel li kienu jinteressawaha għal xi raġuni kienu jiskartawaha u jirrifjutawaha. Dan kien iqajjem fiha bosta frustrazzjonijiet emozzjonali u sesswali, li xejn ma kienu ta' fejda għal persuna b'karattru bla sigurttà, delikat u sensittiv bħal tagħha.
Hija kienet tal-fehma wkoll li ladarba f'ħajjitha ħadd ma kien jikkalkulaha, Chubbuck waslet sa fejn waslet biex forsi wara mewta xi ħadd jindenja ruħu jiftakar li kienet teżisti.
Mużika: Biljett ta' Suiċida - Oliver Friggieri/Fabio D'Amato
Ħatab: 4
Proset man
gabra ta grajjiet interessanti, bloggata li tidher li fiha x-xoghol u ricerkata sew. J'alla ma nispiccaw qatt f dan l-istat!
Iżda tassew nemmen b’qawwa li d-dritt li tagħmel dan huwa wieħed mill-iżjed drittijiet fundamentali li f'soċjetà ħielsa kulħadd għandu jkollu. Għalija ħafna mid-dinja ma jagħmel sens xejn…”
Amen.
U prosit ta' din il-bloggata mill-iktar interessanti. Sa ċertu punt, ħasra li kienet "ippubblikata" hawn biss u għad tintesa wara li tindifen taħt bloggati oħrajn 'il quddiem.
Proset sieħeb. Dawn l-aktar bloggati li jogħġbuni... dawk li jaqbdu suġġett u jinżlu fil-fond tagħhom. Veru li jrid ikollok ħin u paċenzja biex taqrahom, imma nippreferi dan it-tip ta' qari milli naqra fuq fuq u bil-ħeffa, kif forsi drajna nagħmlu f'din l-era ta' l-għaġla u ta' l-iskrinijiet.
Proset fuq kollox tat-traduzzjoni poetika ta' Teasdale... bellezza. Mhux biss fiha r-rima u r-ritmu, imma tirreproduċi wkoll it-ton sollenni ta' l-oriġinali. Kompli man... fil-fehma tiegħi t-traduzzjoni mhijiex l-oħt iż-żgħira tal-letteratura, imma parti integrali minnha. Anzi, li ma kienx għat-traduzzjoni, il-letteratura universali (jew 'supranazzjonali' kif jgħidu l-komparattisti) ma kenitx teżisti.
Dwar is-suwiċidju, naqbel ħafna mal-biljett ta' Charlotte Gilman... issa min irid jibda dibattitu fuq il-bloggosfera dwar l-ewtanażja, merħba bih. Għalkemm nibża' li jekk qatt tissemma fil-medja hawn Malta, ikun biss għax ċertu segretarju parlamentari ħareġ jikkundannaha.
Bilħaqq, dal-leħen ta' Oliver Friggieri, jew ta' Joe? Jew qed nismagħhom it-tnejn?
ps. Kenneth, nifhem dak li qed tgħid... bil-mod il-mod qisna qegħdin nindunaw li malli bloggata taqbeż ċertu livell letterarju/filosofiku/xjentifiku eċċetera, il-bloggosfera ma tibqgħax postha. Iddejjaqni din. Għala imma? Wara kollox, tippubblika fejn tippubblika, il-kitba xorta tispiċċa tindifen u titbiegħed fl-oċean!
Le Antoine, mhux għax tistona fuq blogg, xejn affattu; jien persuna li naċċetta kwalunkwe materjal fuq blogg. Madanakollu xorta nasal li nifhem min forsi jitgerrex mill-bloggosfera għax forsi ma jafx li jeżistu kitbiet mirquma bħal dawn.
(Mhu qed nipponta lejn ħadd għax bi bloggijiet bħal tiegħi l-ewwel wieħed, jista' jkun li ngerrex dawn it-tip ta' nies.)
Għalhekk jiddispjaċini li bloggati bħal dawn (u bħal dawk li drajt tikteb int, mhux għax f'wiċċek), jistħoqqilhom udjenza ikbar, għalkemm forsi sid il-blogg ma jkunx qed ifittex/irid dan.
Post a Comment
<< Lura