Thursday, August 18, 2005

Anniversarji kwinarji ta' albums - Awwissu 2005

Bħal ma għamilt ix-xahar li għadda, dan ix-xahar se ntella’ bloggata b’lista ta’ albums li proprju dan ix-xahar jagħlqu xi anniversarju kwinarju. Din il-bloggata issa se nibda ntellagħha lejn nofs ix-xahar, minflok lejn l-aħħar Ħadd tax-xahar kif kont ippjanajt fil-bidu.

Fl-aħħar ġimgħa tax-xahar se tidher ukoll il-bloggata tas-sensiela Tant Snin Ilu, li bħas-soltu tkun abbinata ma’ din il-bloggata.
Din se tkun titratta reċensjoni fil-fond dwar album li se nagħżel mil-lista ta’ l-anniversarji kwinarji li tidher hawn taħt.

Ix-xahar li għadda għażilt l-album Closer tal-Joy Division, li kien għalaq ħamsa u għoxrin sena. X’se nagħżel dan ix-xahar, bħas-soltu, se nħalli lilkom tipprovaw taqtgħu. Min jafni sewwa f’dan ir-rigward, x’aktarx m’għandux isib wisq diffikultà biex iġib il-boċċa eżatti fejn il-likk...


40 sena ilu:

Help! – The Beatles
Highway 61 Revisited – Bob Dylan


35 sena ilu:

Fun House – The Stooges
After The Gold Rush – Neil Young
A Question of Balance – The Moody Blues
Sunflower – The Beach Boys
Weasels Ripped My Flesh
Frank Zappa
Live at the Isle of Wight Festival 1970
The Who
Supertramp
Supertramp


30 sena ilu:

Atlantic Crossing – Rod Stewart
Born To Run – Bruce Springsteen
Ritchie Blackmore’s Rainbow
Rainbow
Free Hand – Gentle Giant


25 sena ilu:

Back In Black – AC/DC
Panorama – The Cars
Civilian – Gentle Giant
Kaleidoscope – Siouxsie & the Banshees


20 sena ilu:

Rain Dogs – Tom Waits
The Head On The Door – The Cure
Rum, Sodomy And The Lash – The Pogues


15-il sena ilu:

Bossanova – Pixies
Ritual de lo Habitual – Jane’s Addiction
Facelift – Alice In Chains


10 snin ilu:

Garbage – Garbage

Mużika: Suspicious Minds - Elvis Presley
(Nobgħodu lil Elvis. Ħafna. Bla tlaqliq ta' xejn niddikkjarah bħala l-aktar artist mużikali sopravvalutat ta' kull żmien. Ir-Re ta' Ras Żobbi! Imma xi jumejn ilu għalaq 28 sena mejjet, u ladarba qegħdin nitkellmu dwar l-istorja, f'ġieħ il-korrettezza storika, illum se ndoqq silta minn tiegħu. Imma ftakru, nobgħodu lil Elvis. U kkwotawni, għax jien la għandi x'naħbi u wisq anqas għalxiex nistħi. Nobgħodu lil Elvis, u izjed milli lilu, nobgħod il-mit li bnew madwaru.)



Ħatab: 8

Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Kemm nieħu pjaċir nara li mhux jien l-uniku wieħed li nħoss li Elvis huwa sopravalutat! Kieku taf kemm naqla kummenti mingħand nies li għalihom "Elvis iddefinixxa l-mużika" u "Elvis huwa r-Re" u "Elvis ma jmut qatt". Ħaġa mpressjonanti x'mit hemm mibni madwaru dak il-bniedem.

6:55 am  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Supertramp?

1:01 pm  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Roderick: Bħala simbolu ta' liberazzjoni kulturali u soċjali, Elvis kien wieħed mill-iżjed persunaġġi importanti tas-seklu li għadda. Din hi xi ħaġa li ma niċħadx.
Fil-qasam mużikali, għamel revoluzzjoni tremenda darba, u qatta xi tletin sena fossilizzat fiha. Din hi xi ħaġa li nibqa' nsostni.
Fil-qasam ċinematografiku, aħjar ma ngħid xejn għax meta niftakar f'dawk il-films, aqta' x'jiġrili!


Arċibald: Is-Supertramp ħarġu d-debutt tagħhom fl-1970. Il-formazzjoni tal-grupp dak iż-żmien kienet xi ftit differenti minn dik li ħafna jafuha. Din il-formazzjoni rrekordjat u ħarġet żewġ albums. L-ewwel wieħed, id-debutt, hu album interessanti ħafna li minkejja difetti tiegħu, juri sens kbir ta' avventura u tiżwieqa vasta ta' influwenzi mużikali. Jiena nħobb insibu bħala "album ħelu". Jiena għandi kopja tiegħu ffirmata minn Roger Hodgson. :)

It-tieni wieħed kien vroma totali mill-bidu sa l-aħħar, għajr għal silta waħda li għalkemm hi passabbli, xorta waħda ma fiha xejn x'wieħed jieħu nota tiegħu. Wara dan id-diżappunt il-grupp għoddu sfaxxa, sakemm tliet snin wara reġa' ngħaqad b'formazzjoni 'ġdida'. L-ewwel xogħol ta' din il-formazzjoni kien il-kapolavur minuri "Crime of the Century"...

1:37 am  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Nassumi li kont taf li jien naf min huma s-Supertramp :)

Pruvajt naqta' jekk hux sa taghmel lilhom fil-bloggata abbinata in-depth. Lilhom jew The Cure nahseb jien.

8:31 am  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Iva, imma jien ma ħsibtx li kont qiegħed tipprova taqta' x'album se nittratta dan ix-xahar. Jien ħsibt li qiegħed tiskanta li d-debutt tas-Supertramp ħareġ fl-1970. Hawn ħafna li ma jafux dwar l-ewwel fażi ta' l-istorja ta' dan il-grupp.

6:31 pm  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Siehbi limzebbel

alkemm mill germanja kuntatt mijak permezz tal blogg zammejtu, is-silta dwar il hadd flaxija ax xol qajjmitli certu melankolija, alkemm ebda hegga biex nirritorna lura. hu hsieb u niltaqaw il gimgha d-diehla

Stefan

11:30 pm  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Ma nlumekx li m'għandekx ħeġġa terġa' lura hemm ġew.

Jiena anke meta mmur jumejn Għawdex, ukoll inħossni bħalek. Aħseb u ara int mill-Ġermanja! Narak il-ġimgħa d-dieħla, nhar il-Ħamis jekk m'inix sejjer żball.

7:28 pm  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Gawdi Stefan, gawdi! Iddeverti u kif tiġi missek titħajjar tibda blogg forsi nġeddu xi memorja jew tnejn.

Saħħa u ħu ħsieb.

4:32 am  

Post a Comment

<< Lura