Sunday, July 31, 2005

Anniversarji kwinarji ta' albums - Lulju 2005

Ta’ kull xahar se ntella’ bloggata b’lista ta’ albums li fix-xahar li nkunu qegħdin fih ikunu għalqu xi anniversarju kwinarju. L-iskop mhux li nikteb xi reċensjonijiet dwarhom, għax minkejja li nixtieq, ftit li xejn għandi ħin. Għaldaqstant il-ħsieb tiegħi hu sempliċiment li nfakkarhom.

Madanakollu, min huwa interessat jista’ jaqra reċensjoni tiegħi dwar wieħed minnhom fil-ħarġa ta’ it-TORĊA ta’ kull l-aħħar Ħadd tax-xahar. Is-soltu jkun hemm ukoll verżjoni espanisva tiegħu fuq dan il-blogg u xi minn daqqiet anke fuq is-sit tal-ġurnal. L-album ta’ l-għażla tiegħi għal dan ix-xahar li jintemm proprju llum kien Closer tal-Joy Division, li dwaru dehret reċensjoni tiegħu llum f’it-TORĊA u verżjoni itwal tagħha fil-bloggata ta’ qabel.

* * * * * * * * * * * *


Anniversarji kwinarji dan ix-xahar:

  • 40 sena:

Out of Our Heads – The Rolling Stones

Summer Days (And Summer Nights) – The Beach Boys

Go Now (Magnificient Moodies) - The Moody Blues

  • 35 sena:

Cosmo's Factory – Creedence Clearwater Revival

John Barleycorn Must Die – Traffic

Just A Collection Of Antiques And Curios – The Strawbs

  • 30 sena:

Fleetwood Mac – Fleetwood Mac

Metal Machine Music – Lou Reed

Sabotage – Black Sabbath

  • 25 sena:

Closer – Joy Division

Crocodiles – Echo and the Bunneymen

Vienna – Ultravox

  • 20 sena:

A Secret Wish – Propaganda

Phantasmagoria – The Damned

Philip Oakey & Giorgio Moroder - Philip Oakey & Giorgio Moroder

  • 5 snin:

Parachutes – Coldplay

* * * * * * * * * * * *

Mużika: Decades - Joy Division