Tuesday, July 12, 2005

Eileen Montesin, il-lejla ma' min sejrin?

Laqatni ferm artiklu dwar Eileen Montesin li kiteb l-eks-għalliem tiegħi Marco Galea fuq Tabellina. Kien artiklu li jekk xejn jurina x’faqar u x'bassezza ta’ xandir għandna f’pajjiżna.

L-artiklu wera fehim tajjeb ħafna ta’ x’effett diżastruż dan kollu qiegħed iħalli fuq l-imħuħ tan-nies. Mhux ta' b'xejn li f'dan il-pajjiż donnu ħadd ma jrid jaħseb.
Naħseb li l-aħjar kelma biex forsi tiddeskrivi lil pajjiżna hi "alieNation." Wisq nibża' li wasalna f'punt li ħadd daqs Bertrand Russell ma ddeskrivih tajjeb: "Most people would sooner die than think. In fact, they do so." Għax trid altru jkollok moħħok klinikament mejjet biex taljena rasek bil-ħmerijiet kretini ta' Becky!

Madankollu, nixtieq nagħmel xi żewġ punti. Qabel xejn, nispera li Galea mhux wieħed minn dawk li għadu jitkaża li fis-snin tmenin kellna stazzjon wieħed biss. Nispera wkoll li Galea mhux ukoll xi wieħed minn dawk li jilmenta li fi żmien il-Lejber konna poplu mġewwaħ, għax ma kellniex ċikkulata Mars jew għax ma kellna xejn sabiħ x’naraw fuq it-televixin. Illum stazzjonijiet u ċikkulati għandna bir-rimi, u milli kiteb, ir-riżultat ta’ dan kollu Galea jidher li jafu sewwa.

Rigward Montesin, nixtieq infakkru li nesa xi ħaġa importanti. Wara li ħratha minn mas-Super 1 (i.e. minn mal-Lejber), Montesin marret tiġri għand tan-Net biex tgħinhom jiġbru l-fondi għall-Partit Nazzjonalista. Dak in-nhar kellha l-wiċċ tiddikjara wkoll, u dan personalment f’wiċċu, li dejjem kellha ammirazzjoni kbira lejn Eddie Fenech Adami. Imbagħad marret ukoll tikxef sormha ma’ Daphne Caruana Galizia, x’aktarx għax kienet taf ben tajjeb kemm dil-vampira tkun għatxana biex issoff naqra demm minn m’għonq tal-Lejber.

F’dak kollu li tgħid u tagħmel, Montesin ma tiddejjaq xejn tinsulta l-intelliġenza tan-nies. Għaldaqstant, lanqas jien m’hu se niddejjaq ninsulta lilha. Fil-fatt, persuna bħal Montesin ma niddejjaq xejn niddeskriviha bħala dendula, għax f’xogħolha tajba biss biex tiddendel m’għonq min jaqlagħlha l-iżjed. U m’għonq min ma tantx jimporta, basta ddawwar lira.

U la qegħdin insemmu d-dendul, tajjeb li f’dawn il-ġranet ma ninsewx ukoll lill-Partit Laburista, li milli jidher, dan l-aħħar tgħallem ħafna mingħand Montesin!

Mużika: And The Time Is Lost - Antonio Olivari



Ħatab: 8

Anonymous Anonymous qal/qalet...

morru huduh fox kemmandkom kolla u halluwa lil montesin

12:56 pm  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

kollha ghira ghal eileen bir rispett kollu.jien nahseb li diment li ghandha daqshekk segwaci u s-surveys ghadhom juru li l-programmi taghha huma l-aktar segwiti sinjal li ghada tajba ghal qasam ta' l-ispettaklu. ovvjament kulhadd ghandu dritt jikteb kontriha kemm irid pero nahseb li hafna mill-kitba li jkun hemm kontriha ma tkunx gustifikata.

6:43 pm  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Haha. Naqbel ma ħafna mill-punti li semmejt hawnhekk. Ma nafx kif persuna li tgħaddi dawk it-tip ta' messaġġi fil-media Maltija, jirnexilha tatratta daqshekk nies.

www.tabellina.com m'għadiex tadhem? Għalfejn?

10:44 am  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Jien personalment naħseb li din il-bloggata ngħatat wisq importanza. Jidhirli li f'dan il-blogg hemm bloggati iżjed interessanti x'wieħed jara. Imma msommma...

Il-fatt li Montesin tappella għal daqstant nies huwa kumpless ħafna. Kif jgħid il-Malti, huma l-borom vojta li jagħmlu l-iżjed ħoss. F'għajnejja dan ma tantx jirrifletti tajjeb fuq l-intelliġenza tal-poplu, u hija proprju din l-osservazzjoni li tkiddni l-iżjed.

Inkwantu Tabellina, ma nafx x'ġara eżatt. Immanuel Mifsud forsi jaf xi ħaġa. Staqsi lilu. :)

10:53 am  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Fejn kienet l-ammirazzjoni kbira ta' Becky lejn is-Sur Adami fis-snin 80? Kienet hi li sturdiet lil kulhadd bir Run Rabbit Run.

3:29 pm  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Jiena naqbel li Becky hija bassa mill kbar ghax trid tiddeffes kullimkien

8:13 pm  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Jien pjuttost naqbel li ma nagħtuhiex wisq attenzjoni...

9:05 am  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

ara vera maltin ahna ta!! halluwom in nies jamlu li jridu, istja hlief nghidu fuq dik u fuq l ohra ma namlux.. pffff kemm jiddispjacini li jien maltija xi kultant meta nara din l injoranza kollha!!!

10:37 pm  

Post a Comment

<< Lura