Wednesday, June 29, 2005

L-Imnarja Żmien il-Qtil

"Aħfrilna dnubietna
bħalma aħna naħfru lil min hu ħati għalina..."


Illum l-Imnarja.

Skond
Francis Ebejer, l-Imnarja żmien il-qtil.

Għaldaqstant, illum se nagħmel kill list - lista ta' l-iżjed ħames individwi li fl-immaġinazzjoni tiegħi nixtieq nagħmel vendetta minnhom, jekk jista' jkun ala The Bride:

1. Isem: Salvu Sallbu
Raġuni: Ħjextli Hons. Degree għax għalik il-burokrazija hija iżjed importanti mill-futur tiegħi. Biex tiġġustifika din il-prijorità, għedtli li "fairness is my game." Biex niġġustifika kemm-il musmar insammarlek ġo ġismek (kif għamlu lil sidek), jien ngħidlek, revenge is a dish best served cold.


2. Isem: Fjamma Nru. 4
Raġuni: Ipprovajt iġġellidni ma' l-ikbar ħabib tiegħi li kien in-namrat uxxenti tiegħek. Jiena żammejtlek, imma ta' lifa li int, ma rnexxilekx ma' wieħed, irnexxielek ma' ieħor.
I've allowed you to keep your wicked life for two reasons...


3. Isem: Ras Kbira fil-Kabinett
Raġuni: Ħxejtli impjieg ta' traduttur biex taġevola lit-tifel il-kbir tiegħek.
...I am truly and utterly incapable of believing anything you say.

4. Isem: Fjamma Nru.7 - Ġeżebel
Raġuni: M'hemmx paċi għall-ħżiena, wisq anqas għall-infidili...
This moment, this is me at my most... masochistic...

5. Isem: Lilli Nnifsi
Raġuni: Għall-bużż.
When you grow up, if you still feel raw about it, I'll be waiting...

Now, if any of you sons of bitches got
ANYTHING ELSE TO SAY,
NOW'S THE FUCKING TIME!...
I didn't think so.

Mużika: Bang Bang (My Baby Shot Me Down) - Nancy Sinatra



Ħatab: 3

Blogger mistoqsija qal/qalet...

Wow! I must say this blog is rather violent :P

10:58 pm  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Il-vjolenza mistoqsija
Miġbura f'elf għaliex
U twasslek għall-ħruxija
Jekk int ma żżommilhiex.

2:22 am  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Kieku tassew diffiċli nżommilha naħseb li minflok qagħadt nikteb dan hawnhekk, kont immur insibhom wieħed wieħed. Mhux hekk? X'taħseb?

2:37 pm  

Post a Comment

<< Lura