Kangaroos Roża u Lunatiċi Varji
Minkejja li ili tliet snin ikkalzrat ġoż-żobb ta' post tax-xogħol fejn nipprova naħdem ma nieqafx niskanta bl-injoranza grassa u l-faqar intellettwali li jeżistu hemm ġew. Ma nafx kif minn tant storduti, kelli nkun proprju jien li ninqabad f'morsa bħal din. Wisq anqas ma naf għala kelli nitwieled fuq dil-qaħba gżira. Li kieku l-fakultajiet razzjonali tiegħi m'għadhomx jaħdmu sewwa, kieku ili li għamilt ħerba minn hemm ġew ala Keyser Soze!
Illum lanqas ilħaqt dħalt għax-xogħol li ma bdejtx nisma' dwar il-kunċert (jew aħjar ix-show) tal-Pink Kangaroos ta' nhar is-Sibt li għadda. S'intendi smajt bosta eloġji dwar kemm dawn il-kangaroos huma bravi u dwar kemm "tassew madunna lanqas temmen, qishom il-Pink Floyd ta' veru!" Issa li kieku kienu l-Pink Floyd ta' veru, jiġifieri dawk ta' l-epoka post-Final Farce eċċetera eċċetera, ukoll kienet tkun problema. Aħseb u ara meta m'humiex!
Insomma, biex ma ntawwalx, jiena għedtilhom li ddisgustajt ruħi ħafna bil-mod kif biċċru bla ħniena The Great Gig In The Sky u speċjalment Careful With That Axe Eugene. Kollox issaportejt; il-prezzijiet m'għola alla, l-istennija interminabbli biex nixtri hot dog togħma ta' żbub, il-bdabad jiffollaw qishom klandestini biex jinqdew mal-barijiet, il-pre-farsa mużikali patetika mingħand l-iskużi Winter Moods, l-inklużjoni ta' siltiet medjokri bħal Sorrow u Learning To Fly, il-pawsa donnha interminabbli f'nofs ix-show u saħansitra l-isteriżmu baħnan tal-mogħoż u n-nagħaġ waqt l-eżekuzzjoni prevedibbli ferm tat-tieni parti ta' Another Brick In The Wall.
Għalaqt għajn waħda għax hemm ġew sibt ruħi bla ħlas u allura ma paxxejt lil ħadd bi flusi. Mill-bqija dawn għalija setgħu ma ġew xejn. Jiena minn dejjem kont kontra l-kunċett ta' tribute band. Ngħid jien, jekk inti taf iddoqq strument, l-għala ma tipprovax toħloq xi ħaġa ġdida u friska int stess minflok tirkeb fuq il-karru ta' ħaddieħor? Għaldaqstant, nemmen li gruppi simili m'għandhom l-ebda raġuni valida għala jeżistu u għalhekk ma nħossx li għandi nagħtihom importanza.
Issib min jgħidlek li meta tismagħhom taħseb li huma l-Pink Floyd stess għax l-interpretazzjonijiet tagħhom mistgħaġbin kemm huma fidili lejn l-oriġinali. Isss grazzi! Bħal dak li qallu li jrid ikollok mużiċisti ta' barra minn hawn biex idoqq nota b'nota l-mużika tal-Pink Floyd! Kull mużiċist b'ħiliet tekniċi medji jgħidlek li l-mużika tal-Pink Floyd mhix diffiċli wisq biex tindaqq. Barrett, Waters, Mason, Gilmour u Wright ma kinux xi mużiċisti tekniċi wisq, speċjalment meta mqabblin mal-gruppi Progressivi ta' żmienhom.
Li kien jagħmel lill-Floyd kbar ma kinux il-ħiliet tekniċi, iżda l-intelliġenza, l-immaġinazzjoni fertilissima u l-ekonomija. L-attitudni tal-Pink Floyd f'dan is-sens kienet li less is more; bi ftit jagħmlu ħafna, u b'mod mill-iżjed inċiżiv. Għaldaqstant, x'aktarx li l-Pink Floyd kien l-iżjed grupp effettiv fost il-gruppi Progressivi tas-Sebgħinijiet, dejjem jekk nistgħu nirreferu għalihom jew nassoċjawhom mal-Prog Rock. U huwa proprju għalhekk li nirrispettahom iżjed minn xi Emerson, Lake & Palmer. Għalhekk, dan l-għaġeb kollu dwar il-fatt li jinstemgħu bħalhom narah vojt - kas klassiku ta' much ado about nothing.
Ieħor li ltqajt miegħu qalli li kien beħsiebu jmur minħabba l-light show. Tassew qiegħed sew dan. Għad irrid niltaqa' ma' għanbaqru bħalu! Jien ngħid għalija, biex nara light show nista' faċilment noqgħod id-dar u nixgħel il-Christmas Tree. Xejn xejn, noħroġha ftit mill-gwardarobba għax ili xi erba' snin ma naraha. Ngħid is-sew, bejnietna, nimmissjaha xi kultant, avolja jien ala bieb żobbi minn Ġesù Bambin!
Minkejja dawn l-ilmenti, f'xi mumenti waqt ix-show ma ddejjaqtx sa barra, l-iżjed għax l-eżekuzzjoni ta' The Dark Side of the Moon kienet diċenti. Imma meta smajthom jħanżru silta perfetta bħal Careful With That Axe Eugene ma flaħtx iżjed u nfexxejt noffendihom sitta la sinistra.
Wieħed mill-insulti kien jgħid xi ħaġa hekk:
"You pretentious bastards go home! Mhux imbilli għamiltu d-Dark Side kollu. Lili m'intomx se taħxuni ja libaaaaa! Istħu! Shame on you! Shame on you fucken wankers!"
S'intendi, dawk li kienu ħdejja ma qabdux irkaptu ta' x'il-ostja kien ġrali. Ma niskantax li ħasbu li blajt balla pilloli u kont iddraggjat. U m'għandniex xi ngħidu, żgur li ma kellhomx l-iċken ħjiel ta' x'kien jisimha dik is-silta. Jekk smajt sewwa, wieħed Floydista bravu ħafna li kien ftit warajja dak il-ħin illumina lil sħabu li kienet "ġejja High Hopes."
Xtaqt noħroġ 'l barra, imqar sakemm jispiċċa dak l-istupru, imma minn fejn kont ma stajtx. Dnub li s-smiegħ mhux bħal ħars. Ma tistax tagħlaq widnejk sewwa biex ma tisma' xejn meta tħoss il-bżonn. Poeta Malti darba kiteb li Meta l-qalb ma tiflaħx iżjed, infexx fil-għana. Jiena meta widnejja ma jkunux jifilħu iżjed, ninfexx nidgħi. U dak il-ħin hekk għamilt u issa li qiegħed nerġa' niftakar, hekk għandi aptit nerġa' nagħmel.
Lanqas il-kollegi għorrief tiegħi ma fehmuha din illum. Wieħed li jippretendi li jaf ħafna qalli li jien miġnun. Mhux li kien qiegħed jgħid ħażin. Jiena li qattajt għomri kollu nipprova nissara kontra l-konformiżmu, ma niskantax li xi ġbejna ordinarja bħal ta' dan tgħoddni bħala miġnun. Anzi, mingħand xi ħadd bħal dan, nieħdu bħala kumpliment.
L-ironija hi, li wara li ħanaqni nipprova ndaħħallu f'moħħu x'ridt infisser, ġie aq alla jgħidli li s-silta li kont qiegħed nitkellem dwarha la kien jaf biha u wisq anqas kien jaf li nhar is-Sibt il-Kangaroos iżżattu biex idoqquha! Sewwa ngħid jien. Jekk is-sur Lowell qatt ma qal xejn sew, fuq il-famuż Ġaħan Malti żgur li għandu raġun biex ibiegħ! Ma non ragoniam du lui, ma guarda e passa...
Ftit qabel intemm kollox, nhar is-Sibt ħrabt lejn in-Naasha, fejn kelli ndoqq bħala DJ waqt lejla ta' mużika Rock Progressiva u Psikadelika, b'emfasi speċjali fuq il-katalgu ta' grupp jismu Pink Floyd. Il-lejla semmejtha Echoes - A Night for Assorted Lunatics, b'referenza għal wieħed mill-ismijiet li kien ikkunsidrat mill-grupp bħala isem għal dak l-album li wara semmewh The Dark Side of the Moon.
Il-playlist kont diġà lħaqt ħejjejtha u litteralment bażwritni, għax peress li kont bla mixer, kelli noqgħod qalla nżabbab neditja, nimmikksja u nissempilja fiha minn qabel bħal kurnut. Apparti hekk, qagħdt attent li fiha jkun hemm sekwenza u ċerti temi partikolari, waqt li niżgura li kemm jista' jkun mill-gruppi Progressivi u Psikadeliċi ewlenin tas-Snin Sittin u Sebgħin ma nħalli barra lil ħadd.
Għal min jinteressah il-playlist kienet din:
Pink Floyd - Seagulls
Piece 1 - Echoes
1. Pink Floyd - Echoes (part 1)
Pink Floyd - Seagulls
Piece 2 – Atom Heart Mother
2. Genesis - Watcher of the Skies (intro)
3. Pink Floyd - Atom Heart Mother (part 1)
4. Yes - I Get Up I Get Down
5. King Crimson - In The Wake Of Poseidon
6. Pink Floyd - Atom Heart Mother (part 2)
Pink Floyd - Seagulls
Piece 3 – A Passion of Secrets
7. Pink Floyd – Sysyphus (part 1)
8. Andrew Lloyd Webber - The Last Supper (part)
9. Andrew Lloyd Webber - Gethsemane (I Only Want To Say)
Pink Floyd - Seagulls
10. Pink Floyd - Careful With That Axe, Eugene
11. Pink Floyd - Saucerful of Secrets (part 1)
12. Andrew Lloyd Webber - Crucifixion
13. Pink Floyd - Saucerful of Secrets (part 2)
14. Andrew Lloyd Webber - John Nineteen: Fourty-One
15. Aphrodite's Child - The Seventh Seal (part)
Pink Floyd - Seagulls
Piece 4 – In The Lap of the Gods
16. Queen - In the Lap of the Gods
17. Aphrodite's Child - Seven Bowls
18. Queen - The Prophet's Song
19. Jethro Tull - My God
20. Van Der Graaf Generator - We Go Now
Pink Floyd - Seagulls
Piece 5 – The Great Gig In The Sky
21. Emerson, Lake & Palmer - Fugue
22. Renaissance - Prologue
23. Illusion - Isadora
24. Supertramp - A Soapbox Opera
25. Pink Floyd - Us And Them
26. Pink Floyd - The Great Gig In The Sky
27. Pink Floyd - Mudmen
28. Queen - Lilly of the Valley
29. Van Der Graaf Generator - Refugees
30. Camel - Spirit of the Water
Pink Floyd – Seagulls
Piece 6 – In The Court of the Pink King
31. Premiata Forneria Marconi - Introduzione
32. King Crimson - The Court Of The Crimson King (part 1)
33. King Crimson - Epitaph
34. Pink Floyd - The Narrow Way (part 3)
35. Genesis - Seven Stones
36. Le Orme - Breve Immagine
37. King Crimson - The Court Of The Crimson King (part 2)
Pink Floyd - Seagulls
Piece 7 – A Dream Within A Dream
38. Black Sabbath - Black Sabbath (intro)
39. Alan Parsons Project - A Dream Within A Dream (part)
40. Alan Parsons Project - Arrival
41. Pink Floyd - Bike (part)
42. Pink Floyd - Time
43. Black Sabbath - Black Sabbath (intro)
Pink Floyd - Seagulls
Piece 8 – Space Oddities
44. David Bowie - Space Oddity (part)
45. Pink Floyd - Astronomy Domine
46. Pink Floyd - Speak To Me (part)
47. The Beatles - Tomorrow Never Knows
48. Black Sabbath - Am I Going Insane (part)
49. The Beatles - A Day In The Life (part)
50. Black Sabbath - Am I Going Insane (part)
51. Pink Floyd - Jugband Blues (part)
Pink Floyd – Seagulls
Piece 9 – Is There Anybody Out There?
52. Pink Floyd - Is There Anybody Out There? (intro)
53. Aphrodite's Child - Seven Bowls
54. Genesis - Supper's Ready (part)
55. Genesis - Dancing With The Moonlit Knight (part)
Pink Floyd - Seagulls
56. Pink Floyd - One Of These Days
57. Pink Floyd - Wish You Were Here
58. Pink Floyd - Is There Anybody Out There?
59. Genesis - Horizons
Pink Floyd – Seagulls
Piece 10 – Animals – Three Different Ones
60. Pink Floyd - Pigs (part)
61. Pink Floyd - Dogs (part)
62. Pink Floyd - Sheep (part)
63. Pink Floyd - Fearless (part)
64. Pink Floyd - Echoes (part 2)
Pink Floyd - Seagulls
Proprjament jiena kont mistieden indoqq fil-party uffiċjali tal-grupp stess li sar l-Axis wara x-show. Iżda peress li kont ilħaqt wegħed lil tan-Naasha li se ndoqqilhom, irrifjutajt l-offerta. Bħala offerta ta' l-Axis kienet vantaġġuża. Kont se ndoqq quddiem xi 2,000 ruħ u ndawwar xi ħamsin lira. Iżda għalija l-irġulija tiġi qabel kull kunsiderazzjoni oħra, u għaldaqstant għażilt li ndoqq in-Naasha. Wara kollox, in-Naasha huwa t-tieni dar tiegħi.
Nies ma ġewx ħafna għax ix-show tal-Kangaroos spiċċa iżjed tard milli kien mistenni u naħseb li kien hemm ħafna traffiku. Iżda s-sidien tal-bar, il-koppja numru wieħed tad-dinja Lenny u Mickey, apprezzaw ħafna l-isforzi tiegħi, u jien iżjed minn hekk ma stennejt xejn. Tant hu hekk li jien u ħabibti ma ċċaqlaqniex minn hemm qabel instemgħet l-aħħar nota tal-playlist u ħriġna minn hemm fis-sitta ta' fil-għodu. U mn'alla, għax wara l-battikata nobis li ħadt biex għamiltha kont deċiż li jekk xi ostja madonna jfettillu jbabasieli mqar b'sekonda waħda li hi waħda, nifqagħlu tazza tal-pinta ġo nofs rasu u nitlaq aq alla 'l barra.
Jien u ħiereġ min-Naasha, b'wiċċi minn quddiem stajt ngħid li mużikalment tajt show aqwa mill-Kangaroos Roża ta' żobbi. Biss biss, il-verżjoni brillanti ta' Careful With That Axe Eugene li nsibu fin-naħa live ta' Ummagumma nstemgħet kif jixraq. Għal-lanqas, ix-xejn xejn.
Bilħaqq, jiena magħruf, fost laqmijiet oħrajn, bħala L-Imżebbel, għax jien
1. neħodha kontra t-tagħlim universali ta' Benedittu XVI,
2. nisma' d-diski tax-Xitan,
3. ninnamra mal-Marxiżmu,
4. nixrob ħafna nbid ħażin
5. u nagħmilha ma' xbejbiet tal-ħoġor...
Għalissa saħħa!
Mużika: Careful With That Axe, Eugene (live) - Pink Floyd
Ħatab: 2
Proset siehbi tal-blogg il-gdid - merhba fil-bloggosfera kif jghidu. Kemm tizvoga hux! :)
Narak.
Ma nistax ngħid li ma ħadtx gost naqra.
Pero' ma nistax nifhem kif tgħid li tajt show mużikali aħjar jekk int kont qed iddoqq mis-CDs u dawk kienu jdoqquhom live. Kif iż-żobb tista' tqabbel iż-żewġ affarijiet?
Li naf waqt "Careful With That Axe, Eugene" hu li proprju f'dak il-ħin, il-maġġoranza tan-nies kienu mpenjati jidgħu bis-seba' allat u l-mitt qaddis għax l-għejja u l-uġigħ ta' dahar kien qed jagħmel tiegħu.
Fqajtni mbagħad met'għidt li ħasibha "High Hopes". Fejn semagħhom il-qniepen?
Post a Comment
<< Lura