Tista' Tkun Int! - Tifkiriet Proletarji
So if you want my address it’s number one at the end of the bar
Where I sit with the broken angels, clutching at straws and nursing our scars...
(Sugar Mice - Marillion)
Il-bieraħ wara x-xogħol erħejtilha għal għand Leli l-Bamboo biex nieħu tnejn wiski bil-kwiet, waqt li bħas-soltu, nisma’ iżjed dwar kemm hi "liba l-ħajja" minn irġiel anzjani u ta’ mezza eta.
Meta nara lill-klijenti li jpoġġu hemm, nara ukoll kif xi darba għad/forsi/ma rridx inkun; bla sold fuq xiex naħlef, bil-qalziet se jaqgħqali bil-bażwa, nofsni fartas, kważi bla snien iżda b’żobbi għadu jrid.
Naħseb li lejn dawk l-imsekna li jkun hemm għall-wiri fuq it-televixin, dawn għandhom ċerta amirazzjoni. X’aktarx li jżommuha mistura, iżda għajnjehom jikxfuhom. Jammirawhom għax dawn ikollhom il-bajd imorru jikxfu sormhom fuq it-televixin, mentri huma l-qoħob tagħhom iferruhom biss max-xorb meta dan jibda jagħmel tiegħu. Hemm ilsienhom fl-aħħar iċedi, u tgħidx kemm tisma’ stejjer.
Wara li jkun spiċċa jippresiedi dawk l-orġi tar-ruħ, Mario jmur jinġabar id-dar, jintefa' jifli l-pedini u jistenna l-ħin jgħaddi sakemm isiru t-tmienja, biex imur aqqalla jlegleg. Hemm isib lil ommu fis-sodda, xiħa għakka u marida, u jmur jitfilha l-fannijiet, biex is-sold li jkun warrab mill-pensjoni imur jaħxih fil-lottu. Imbagħad imur għand Leli u joqgħod jgħidlu kemm il-siegħa ħexa jistudja n-numri, u dwar kemm din id-darba ċert li mhux se jerġa’ jfallilu. Imbagħad jinduna li Leli mhux jagħti kasu, jew għax ikun ilu jixrob minn fil-għodu, jew għax miskin, ma tantx jisma.
Minn dak in-nhar donnu ddarras min-nejk u baqa’ ma reġa’ missu qatt. Il-vera l-kontra ta’ ħuh Ġorġ, għax meta kien ġie jqatta’ erbat ijiem hawn mill-Awstralja, kemm sab ħqab ġol-Marsa għamilhom għoqda. Illum Mario jgħid li ma jridx jaf bil-“pastażati” għax jibża’ mill-kankru taż-żobb u l-AIDS, iżda jien ma tantx nemmnu. F’widnejja l-iskuża tal-bass iżjed treġi. X’taħsbu?
Ruħi tfaħħar il-kobor bla qies tal-Mulej,
għax miegħi għamel ħwejjeġ kbar.”
Wara li jiżvoga l-intern mal-Mulej, Mario jerġa’ jmur id-dar, jitfi l-fannijiet lil ommu, u jintefa’ jistudja l-imġieba kattiva tal-liba numri. Imbagħad imur għand Leli, u mbagħad imur jinġabar fil-gorbox, għax l-għada jkun irid iqum kmieni biex imur mal-Kariżmatiċi.
* * * * * *
Ix-xorb beda jeħodni u qabadni n-ngħas u bdejt naħseb biex inżarma. Iżda imbagħad beda l-Euronews, u lil dawk ta' "Tista' Tkeun Int", lin-ngħas, lil Mario u l-bqija nsejthom, biex nara sewwa sew x’kien ġara f’Londra ftit sigħat qabel. L-ewwel ġie ġuvnott b’wiċċu kollu dmija u b’għajnejn mgħammda, qisu pirata, jitkellem dwar minn xiex kellu jgħaddi. Imbagħad ġiet tfajla sabiħa, b’sidirha sabiħ mimli, u tkellmet ukoll dwar l-attakki terroristiċi. U dlonk qabeż Mario u kkummenta dwar żejżietha, u staqsa jekk din tqaxxrux.
Blair - Nor will we allow it to stop the work of this summit.
L-Imżebbel - What work? You bloody idiot!
Ċensu Kanolli - Qallibblu naqra Lel lil dal-madonna aqqalla!
Fredu - Mario, ara x’naqra laħam hemm faċċata!?
Ċensu Kanolli - Ara dan f’xiex moħħu! U qallibblu minn hemm al madonni! Tgħid mhux se jisma' minnek il-Blair! haha
Blair - It is particularly barbaric that this has happened on a day when people are meeting to try to help the problems of poverty in
L-Imżebbel - Qatta' ipokriti! Dawk li intom!
Blair - … and the long-term problems of climate change and the environment.
L-Imżebbel - Solve aqqalla? What about the
Idoqqli ż-żobb ta’ mowbajl. Jekk hemm xi ħaġa li vera nobgħod hi li xi ħadd iċempilli waqt li nkun qiegħed
L-Imżebbel - Hello!
Lolita - Hello sweet. How are you?
L-Imżebbel - Min iż-żobb int?
Lolita - Hi. I’m Nadiushka.
L-Imżebbel - Nadiushka who?
Lolita - Oh, we met last week at Coconut. Or you were too drunk remember?
L-Imżebbel - Eeeehh! Mela int aqqalla!?
Lolita - Listen hun, I just bought a new car and I was wondering whether you’d like to meet...
L-Imżebbel - U fuck off qal madonna! Issa ġejt iċċempel li ma kont tieħdu ġ'għoxx ommok!
Indri l-Ħoblu - Ajma żobbi Mario, ġej il-Bush! Tħobbha l-bush Mario?! ħaħaħa
Lolita - Hey!
L-Imżebbel - Aqtawha naqra aqqalla intom qal madonna!
Lolita - Hey you, who the fuck you think you are! Fuck you!
Chirac - If the ambition of the terrorists was to prevent us from carrying out our work, then they failed…
L-Imżebbel - Yeah, of course. Next week maybe. Ċaw.
Kif qtajt dlonk deher Bush, il-paladin u d-difensur tal-liberta. Lil Bush sabuh il-ġurnalisti barra, iżda kif rahom dlonk mar dritt fuqhom hu, qisu Cowboy Bebop. Qalilhom xi ħaġa moħġaġa, u b’sidru ppuppat temm iwissihom li “the war on terror goes on". Imbagħad telaq jimxi lura bil-mod, qisu l-Mazing Z, u daħal ikompli fuq xogħlu; fuq dak il-proġett ta' fejda maħsub biex isalva lid-dinja.
Wara l-Euronews uriena bosta xeni tal-ħerba li kien hemm Londra, u jien komplejt imtlejt iżjed bir-rabja, kważi bir-ragħwa f’ħalqi. U fuqi ġie sieħbi Mario, jistaqsini għala qiegħed nisħon, “dan kollu għax mietu erba’ fucken British”.
U jien dort fuqu, u bla ħsieb għedtlu, “Illum erba’ fucken British. U għada, tista’ tkun int.” Imbagħad bdejt miexi ‘l barra. Jien u ħiereġ qbadtlu qabda sormu, u reġa’ beda d-daħk...
Indri l-Ħobblu (smajtu mill-bogħod): Ahhh Mario! Qed tara kif din id-darba kont int! ħaħaħaħa
* * * * * *
Jien u miexi lura d-dar bħal donnu tarli n-ngħas. Kif wasalt insib lil missieri rieqed u lil ommi tisma’ l-qrid tal-fidili fuq il-qaħba Radju Marija. Għedtilha tbaxxilu għax kien sar il-ħin, u erġajt twiddibt mill-ġdid dwar in-nar ta' l-infern.
Bqajt tiela’ dritt f’kamarti. Remmbilt sigarett bomba, inżajt għarwien ħuta u nfajt aqqalla npejjep. Dak il-ħin qisni rajt kollox idur bija u moħħi ffolla bil-ħsibijiet. F’moħħi reġgħu ġew Leli u Mario, l-AIDS, in-nar ta’ l-infern, l-ħerba f’Russell Square, ix-xeni tar-Rivoluzzjoni Russa li kont rajt b’tant orgażmu f’xi programm ta’ Alessandro Checci Paone, l-eluf mejtin bil-ġuħ jew sfruttati madwar dal-misħut globu, dak il-liba Stalin, dik il-qaħba ta’ ġimgħa ilu, u dawk ix-xeni makabri f’Tiananmen Square ta’ l-4 ta’ Ġunju, 1989. Dan ta’ l-aħħar hu avveniment minn dawk li dejjem nipprova ninsa, għax iħammarli wiċċi u jkiddni ħafna.
Intant, fuq ir-radju t’ommi bdiet ir-reċ(i)ta tar-Rużarju, bil-misteri tat-tbatija u l-ħmerijiet l-oħra kollha tas-soltu, qisu DJ dilettant jabbuża l-ħin kollu mill-istess erba' loops. Għall-mument ftakartni ma' ringiela soċji u kandidati tal-Miżew, wieqaf dritt dahari mal-ħajt b’idi fuq sidri, u ngħid:
li nħobbu d-disprezzi u ninħabbu b’imħabba kbira.”
Imbagħad ftakart meta s-Supuljun kien ċanfarni u heddidni li jkeċċini darb’għal dejjem, għax f’xi ktieb ta’ Dun Ġorġ Preca ħallejtlu nota ffirmata tgħid hekk: “Alla tagħna, isma' t-talb tagħna, oħroġ ġismek u ilgħab magħna.” Dan kien ġara ftit jiem wara li jien u xi erba’ magħżulin oħra għamilna l-Proponiment tal-Kastita. Dak in-nhar kelli biss xi tnax-il sena. Ftakart li anke hu kien wissieni dwar in-nar jaħraq ta’ l-infern u dwar il-korla divina t’alla.
Infqajt nidħak waħdi u erġajt ftakart f’Mario u fl-għoxxux riħa ta' pipi.
L-Ewwel Misteru tal-Tbatija: Meta Sidna Ġesú Kristu għamel l-orazzjoni fl-ort u għereq l-għaraq tad-demm.
Meta
Ftakart f'dawk l-ostja pipati jintu aqqalla pesti, waqt dawk il-diskussjonijiet interminabbli dwar id-Dittatorjat tal-Proletarjat u l-Materjaliżmu Dijalettiku, dwar il-globalizzazzjoni u l-ħniżrijiet tal-kumpaniji milti-nazzjonali, dwar il-kollass inevitabbli tal-kapitaliżmu u dwar "il-kbir tagħna" Che Guevara. U erġajt smajtna nirromantiċċizzaw dwar it-twaqqif l-Istati Komunisti Ewropej Magħquda, li skond ma konna ngħidu, konna se nibdewh propja aħna minn hawn Malta, biex imbagħad nestenduh għall-bqija tad-dinja. Konna wkoll ddisinjajnilu emblema, li nofsha konna sraqniha minn xi sit t'erba' moħħ ir-riħ bħalna. Tiftakar Stephen?
Ftakart ukoll f'kemm-il nofs ras ċanfarna għax kien jilbes xi ħaġa ta' l-Adidas u n-Nike, u f'meta darba konna dabbarna xebgħa ta' l-ostja mingħand dawk it-Taljani taċ-ċirklu, għax fetlilna mmorru nimmarċjaw favur id-drittijiet ta' l-annimali. Dak in-nhar tgħidx kemm ħadna gost, naqilgħu bis-sieq fil-bajd u nduqu l-bżieq u t-trab ta' l-art, għax ħassejna rwieħna kburin u martri Soċjalisti. Imbagħad kienu ġabuna fuq Striscia La Notizia, u qagħdu jdaħħku l-alla bina, u l-għada morna niddandnu li ġabuna nissawtu fuq it-televixin.
Ftakart ukoll f'Marija, l-iżjed mara li kont naħseb li nħobb, u f'meta wara sena telqitni, għax fil-funeral ta' missierha kont għedtilha li missierha kien "traditur tal-klassi tal-ħaddiema, għax kien biċċa plumber mejjet bil-ġuħ u jivvota lin-Nazzjonalisti". Ftakart ukoll f'kemm ftit wara kont bkejt u tajt fuq wiċċi, u f'kemm kont stħajt inħares fil-mera, għax kont intbaħt li sirt aqqalla mostru.
Ftakart ukoll li l-għada Stepehen kien ġie jiġri jifraħli, għax kont "għelibt prova oħra fl-eżami tagħna ta' l-azzar". Skond hu, dan kollu kien taħriġ meħtieġ għal meta l-ġlieda tagħna favur il-proletarjat u kontra s-sistema tiqliel u tiħrax. Iżda illum Stephen sarilna mlaħħaq fil-ġerarkija maniġerjali tal-McDonalds, għax dawn ippremjawh tajjeb talli kien idejjaq żobb il-ħaddiema. L-aħħar darba li rajtu kien qiegħed ma' mara kollha ċpiepet u jimbotta biċċa pushchair. Kien ilmenta li kien ilu ma jarani, u tarrafli wkoll li "aħna issa kbirna, u l-Komuniżmu m'għadux iżjed moda."
* * * * * *
Ir-Raba’ Misteru tal-Tbatija: Meta Sidna Ġesú Kristu għabbewh bis-salib u tela’ l-Kalvarju.
Bdejt nisma’ l-innu waqt li nipprova ma nagħtix każ tal-pappagalli li kien hemm ireddnu fuq dak iż-żobb ta’ radju t’ommi.
L-Internazzjonali Soċjalista trijonfanti reġa’ beda, bid-daqq tat-tnabar u t-trumbetti. U jien fis-seba’ sema...
L'Internazionale futura umanità!
noi siamo dei lavoratori.
Rosso un fiore in petto ci è fiorito,
una fede ci è nata in cuor.
Il-ħames misteru tat-tbatija: Meta Sidna Gesù Kristu kien mislub fuq is-salib u wara tliet sigħat ta' agunija miet.
entro terra, nei campi, in mar
la plebe sempre all'opra china
senza ideali in cui sperar.
Su, lottiamo! l'ideale nostro fine sarà
l'Internazionale futura umanità!
Qaddisa Marija, omm Alla, itlob għalina midinbin issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna...
Un gran stendardo al sol fiammante
dinanzi a noi glorioso va,
noi vogliam per esso siano infrante
le catene alla libertà.
non più servi, non più signor:
fratelli tutti esser dobbiamo
nella famiglia del lavor.
Su, lottiamo! l'ideale nostro fine sarà
l'Internazionale futura umanità!
Lottiam, lottiam, la terra sia
di tutti uguale proprietà
più nessuno nei campi dia
l'opra ad altri che in ozio sta.
Sliema għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesu'.
E la macchina sia alleata,
non nemica ai lavorator;
così la vita rinnovata
all'uom darà pace ed amor.
Su, lottiamo! l'ideale nostro fine sarà
l'Internazionale futura umanità!
Qaddisa Marija, omm Alla, itlob għalina midinbin issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna...
Avanti, avanti, la vittoria
è nostra e nostro è l'avvenir;
più civile e giusta la storia
un'altra era sta per aprir.
noi corriamo per l'Ideal:
via, largo, noi siam la canaglia
che lotta pel suo Germinal
Sliema għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesu'.
Su, lottiamo! l'ideale nostro fine sarà
l'Internazionale futura umanità!
U l-innu marċ reġa' beda. Fl-isfond tfajt ritratt artistiku kbir ta’ mara għarwiena, u qagħadt nosservah... u waqt li demmi jiġri sħun, ipprovajt naqta’ min, għall-bniedem, jaf ikun l-aqwa mexxej fost dawn it-tnejn.
And if you ever come across us don’t give us your sympathy
You can buy us a drink and just shake our hands
And you’ll recognise by the reflection in our eyes
That deep down inside we’re all one and the same
We’re clutching at straws
We’re still drowning...
(The Last Straw - Marillion)
Mużika: L-Internazzjonali Soċjalista (mmiksjat bl-addoċċ mar-reċita tar-Rużarju Mqaddes)
Ħatab: 12
Hello! A ticket to Hell!? Hell is aplace in Norway so you can by a ticket to Hell. ha...ha...
Kemm hadt gost naqra dil-bloggata, Kevin.
Qrajtu l-artiklu ta' I. Mifsud f'Tabellina? Ghandu konkluzjoni tajjeb hafna.
Ta' min jibdlu l-isem ta' dak il-programm ghal "Sa Tkun Int... li tirrimetti".
Il-bierahtlula qaltli n-nanna li issa n-nies jistghu jivvutaw l-istorja li l-aktar ghogbithom(!!!) ... iktar ma batew il-protagonisti, iktar flus jaqilghu.
Imma dak li qal Mario dwar l-erba' fuckin' British jinkwetani ferm aktar.
ostja
u jien naf min qed jilghab l-imhatri fuq liema storja se tirbah!
Xej' sew, tzigane.
sweet blog
hadt buzz tal ostja naqraha. tbissimt u anki ghajnejja hmaru xi dasqsxejn
Nixtieq nirringrazzja lil kull min kiteb xi kummenti rigward din il-bloggata. Għal min jinteressah, il-bloggata erġajt tellajtha b'xi żjidiet u tibdiliet żagħar.
Fre, din il-bloggata taf idaħħak ħafna, iżda fil-fond tagħha taħbi niket kbir. Fl-aħħar mill-aħħar, m'hi xejn ħlief bloggata dwar l-assurd. Għalhekk, hi bloggata dwarna lkoll.
l imzebbel. ghalekk ghidtlek, ghajnejja hamruli. ghalekk ghogbitni wkoll. qisha storja tal buffu mdejjaq li jdahhaq. heh.
ma kontx nahsbek daqstant radikali fil hsibeijiet politici tieghek anqas. ghogobtni.
rigward tista tkun int: xtruppaw jghiduha tajjeb.... u jekk tibkilna daqsxejn, ingibuk fuq tista tkun int. Ibkilna, ha ntuk ir rigali. Rajtuh meta sabu mara xiha ghakka minn qalb ir raba ta had dingli? Tghix go kamra fl-gheliqi. m ghanda xejn, imma wiccha jixghel, tahdem l ghalqa, dawl elettriku m ghandiex fil kamra, imma kuntenta kif inhi. HAduha fil programm, u tawha session ghand Marion's beauty salon. u xi weekend break gol 5 star hilton.
dawn nies bla fuckin mohh, u bla kuxjenza.
...intant, iż-żewġ partiti, l-iżjed dan li għandna fil-Gvern, jieħdu pjaċir għax fl-aħħar sibna sostitut tajjeb għal welfare state!
Issa m'għadx hemm bżonn iżjed li jkollna fondi merfugħin biex nieħdu ħsieb liċ-ċittadini tagħna. Issa għandna "Tista' Tkun Int!", għandna l-Istrina ta' Peppi, u għandna wkoll lil Dun Ġorġ u lil Silvio Parnis fuq is-Suwper Wann!
X'nambuh is-Soċjaliżmu issa! Dak miet! Insih! Issa għandna lil "Tista' Tkun Int!" Kif tista' ma tarahx!
Ummiiii Maaaaaaaaa!!!!
Ghandek xi qarib ghandu xi kankru? Innominah ha jkun jaf bih kulhadd u la jistrieh imbghad jghidlu, "taf kemm kellu nies?!?!?"
Ħallik man, forsi ma tafx kif in-nies jivvutawlek bħala l-aqwa storja li kien hemm u tirbaħ xi ħaġa!
"Lookin' good, Rejxiiil!"
"Doqqli daddy!"
It-"Tista' Tkun Int" għaliha tgħodd. Tista Tkun Int li Ssir Miljunarja. Kull fejn taraha b'karozza isbaħ mill-oħra, kowtijiet tas-suf u dan-nejk kollu li ż-Żeża ta' Bubaqra li tliegħeb quddiem it-TV il-Ħadd fil-għodu, qatt ma toħlom li jkollha. Imma kulħadd b'xortih fid-dinja...
Il-biċċa hi li il-preżentaturi tal-programm huma eroj f'għajnejn in-nies.
Immaġina kieku l-awturi tagħna jinqraw daqs kemm hemm nies jaraw Tista' Tkun Int!
Rigward dil-bloggata nixtieq ngħid xi ħaġa oħra. Fiha biċċiet sew li huma fittizji. Hi essenzjalment għaġna bejn esperjenzi personali, oħrajn ta' ħaddieħor u oħrajn immaġinarji. Imma naħseb li l-aktar importanti huma tiegħi. Fl-aħħar mill-aħħar kull esperjenza fil-moħħ tevolvi.
Post a Comment
<< Lura