Iżjed dwar il-Kangaroos Roża
Illum irċevejt e-mail mingħand dawk li ġabu hawn Malta lill-Kangaroos Roża.
L-e-mail taqra xi hekk:
"We would like to invite you to attend a follow-up meeting tomorrow, 5th July, at the ITC Administration Offices (2nd Floor) at 6pm, to discuss and seek your input on various issues regarding the recent Pink Floyd Concert. We value your assistance in both informing the public and helping us improve for future events.
Please inform us of your attendance via email".
Heh! Lanqas aq alla jistħu wkoll isejjħulu kunċert tal-Pink Floyd! Kważi lanqas dak ta' Hyde Park ma nsejjaħlu bħala tali, aħseb u ara aq alla dan!
Biex niftaħ parenteżi żgħira, wieħed illum staqsieni kif ma ndenjajtx ruħi nikkummenta dwar il-Live 8, għax jaf kemm jien iffissat fuq il-mużika u kemm tinteressani mill-qrib il-miżerja li jgħixu fiha l-pajjiżi Afrikani. Ir-risposta hi sempliċi. L-ewwel nett, jien ma nemminx wisq fil-karità għax ma narahiex soluzzjoni. It-tieni, ma nemminx li l-iskop ta' l-artisti li ħadu sehem kien wieħed tassew ġenwin. Għaldaqstant, dan il-kunċert m'iniex qiegħed nikkunsidrah. Għalija qisu ma sarx.
Lura għas-suġġett ta' din il-bloggata, jiddispjaċini li għal din il-laqgħa ma nistax nattendi għax għada f'dak il-ħin se nkun xogħol. Kieku ma kontx se niddejjaq immur u naqla' dak kollu li ili niġma' fl-ostja stonku tiegħi. Erħilha li mbagħad abbli min jaf kemm inżid għedewwa!
Milli jintqal f'din l-ittra, għandi nifhem li l-organizzaturi biħsiebhom iġibulna iżjed tribute bands ta' gruppi veterani magħrufin. Tgħid lil min se jkaxkru 'l hawn din id-darba? Lil Led Zeppelin tal-Kashmir, jew lil Black Sabbath ta' Betlem?
Min jaf?!
Mużika: Common People - Pulp

Ħatab: 0
Post a Comment
<< Lura