Taħbira ta' massakru fil-qrib
Ilbieraħ fit-tard, bħas-soltu, irħejtilha lejn in-Naasha ma' ħabib kbir tiegħi li kumbinazzjoni kont iltqajt miegħu Paceville ftit ħin qabel. Il-lejla ta' nhar il-ġimgħa kienet waħda pjuttost stramba, tant li kontra s-soltu, kellna xorti jekk qattajna nofs siegħa ġewwa.
In-Naasha kien hemm lejla Punk. Barra kien hemm numru żgħir ta' Punks u numru mdaqqas ta' nies libsin stil Punk, iżda milli smajt ftit ħin qabel kien hemm bosta iżjed. Qabel wasalna daqq xi grupp Punk Malti jismu Pupi tal-Logħob u smajt li xi wħud qalgħu wkoll xi nkwiet ma' sieħbi l-Fre tad-Dripht.
Hekk kif konna deħlin in-Naasha, sieħbi spiċċa daħal f'argument sħun ma' xi ħadd li jiddifenixxi ruħu bħala skinhead. L-argument kien dwar jekk l-oriġini proprja ta' l-iskinheads kinitx proletarja jew ultra-leminija. Sieħbi beda jsostni li l-iskinhead huwa simbolu lemini, waqt li l-ieħor beda jirribatti li huwa fenomenu li oriġinarjament ġej mill-klassi tal-ħaddiema. L-argument saħan iżjed milli bsart, iżda baqa' inkonkluż.
Jiena f'dan l-argument ma ndħaltx għax dwar dwar l-iskinheads m'iniex informat sewwa, u allura ma ridtx noħroġ ta' dickhead. Barra minn dan, dak il-ħin ma kontx f'burdata li nidħol f'iżjed polemiki. Ilbieraħ kont diġà nħnaqt biżżejjed nikkustinja ma' erba' fanatiċi Lejboristi tal-familja dwar dik iż-żobb ta' konferenza tal-Partit. Din tar-ratifika tal-kostituzzjoni Ewropea lili tagħtni ġewwa wisq, u għalhekk ippreferejt nintefa' x'imkien għal kwiet biex la nara u lanqas nisma'. Għalfejn kelli nkompli naħxi weekend f'sormu? Mhux aħjar insir ħara jew immur insib xi pudur?
Kif kont dieħel in-Naasha qam argument dwar xi epidemija ta' influwenza, li skond ma ntqal mistennija tiknes għoxrin fil-mija tal-popolazzjoni dinjija. Tnejn minn dawk li bdew jitħadtu jaħdmu l-isptar San Luqa. Minn kif bdew jitkellmu, ħadt l-impressjoni li fuqna reġgħet ġejja xi pesta jew li konna qegħdin nitkellmu dwar xi massakru spettakolari.
Sieħbi, li daqt jilħaq spiżjar, indaħal fiha għax inzerta li kien diġà infurmat dwarha tajjeb. Jiena ħadt interess ukoll, għax l-influwenza lili u lil ommi tħobbna b'imħabba tal-ġenn. Dak in-nhar inzerta li għal darba ma tantx kont imdamdam wisq bl-inbid, u għalhekk stajt insegwi dak li beda jiġri madwari xi ftit aħjar mis-soltu.
Inzerta t-Times dal-għodu rrapportat xi ħaġa bi prominenza dwar dan il-virus fuq il-faċċata tagħha. Madanakollu, minn dak li smajt ilbieraħ kien hemm xi punti li lit-Times ma waslulhiex. Il-punti ewlenin li niftakar minn dak kollu li smajt huma dawn:
- Fuqna ġejja epidemija ta' influwenza ta' l-għasafar li se tibda mill-Asja u tinfirex mad-dinja kollha;
- Qiegħed ikun stmat li din se toqtol għoxrin fil-mija tal-popolazzjoni dinjija;
- Dan il-virus kapaċi jaħxik mid-dinja f'inqas minn tliet ijiem;
- Dan hija xi ħaġa li tiġri kull madwar tletin sena (Darwin?);
- Tliet kwarti ta' l-istaff mediku fl-isptar San Luqa mistenni joħroġ bis-sick leave;
- L-anzjani huma fost dawk l-iżjed li se jintlaqtu, tant li d-djar tax-xjuħ mistennijin jitbattlu kollha;
- Dawk li jibilgħu ħafna antibijotiċi għal kull ħaġa ta' xejn, u li bħali jpejjpu u jixorbu ħafna, għandhom iżjed riskju li jlaqqtuha. Dawk li jġerruh ħafna mhux inqas;
- L-aħjar modi kif tilqa' għal din il-virus huma li tagħmel eżerċizzji fiżiċi, li kemm jista' jkun ma tiblax antibijotiċi għal xejn u li tinvesti f'maskri protettivi bħal dawk li konna naraw waqt l-epidemija tas-SARS. Min forsi ma jsibx, jista' mqar jinqeda b'xi tanga jew xi kondo. Basta xxid xi ħaġa. Dejjem aħjar mix-xejn;
- Ħadd ma jaf meta se joħroġ dan il-virus. Jekk smajt sewwa, qiegħed jitbassar li dan jaf joħroġ f'Jannar li ġej jew f'ta' wara. Wieħed qal ukoll li suppost dan ħareġ xi tliet snin ilu;
- Il-kumpaniji farmaċewtiċi Amerikani, li ħafna minnhom huma mmexxijin mil-Lhud, biħsiebhom iwaqqfu l-esportazzjoni tal-mediċini lejn l-Ewropa. Wieħed preżenti sostna li dan huwa eżerċizzju opportunist ta' preservazzjoni tar-razza;
- Il-gvernijiet Ewropej, inkluż dak in-nofs kedda tagħna, qegħdin jippreferu jibqgħu siektin biex ma jaqilgħux paniku żejjed;
- Vaċċin kontra dan il-virus letali s'issa għad m'hemmx.
Int għadek kif ġejt aġġornat.
Fil-waqt li nawguralek il-kumplament tal-ġurnata t-tajba, insellimlek.
SAĦĦA!
Mużika: Roads - Portishead
* * * * * *

Ħatab: 2
Mela sena fadalli ħaj għax illaqqatha żgur. Oqgħod tbaħnan l-iskola u tbagħal.
Jaf jagħti l-każ li min kien qiegħed jitkellem beda esaġera iżda jien rajtu vera konvint u li jaf x'kien qiegħed jgħid. Ngħid għalija allarmani. Issa ma nafx.
Post a Comment
<< Lura