Sunday, July 10, 2005

Qima

Erġajt rajtek.

B’ħarstek imxajtna
tokrob krib sieket,
titqaħħab f'xalata.

Erġajt rajtek.

Qaħba mill-isbaħ
b’maskra ta’ mġarrba
titmiegħek mal-qżieqeż,
tiżżagħbel mal-folla.

Erġajt rajtek.

Dal-lejl nixgħellek xemgħa...

...Forsi ma tafx kif,
indawwallek ftit wiċċek.

Mużika: A Gentlemen's Excuse Me - Fish



Ħatab: 10

Blogger mistoqsija qal/qalet...

Hey!! Thanks so much for the link on your blog.. much appreciation :D

12:46 am  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

heqq, issa la qagħadt nagħmillek il-link, dnub ma tibqax tikteb! Mhux hekk? :))

1:46 am  
Blogger Arcibald qal/qalet...

News siehbi - Robert Micallef tal-blogg http://www.maltamedia.net/wt/ ghadu kif semma l-blogg tieghek hawn:

http://www.maltamedia.net/wt/2005/07/greatest-philosopher-vote.shtml

8:54 am  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Tajjeb ferm! Daqt iġibuni fuq Tista Tkun Int! :)

2:41 pm  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Issa ngħaddilek kelma 'l Rejxil għax dik ir-raħal toqgħod

10:14 pm  
Blogger mistoqsija qal/qalet...

Veru.. ghandek punt...
Hmmm qed nahsibha ta...
Imma din id-darba nibbloggja fuq stil differenti. :D X
tahseb?

12:43 am  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

U mela hekk! :)

3:26 am  
Blogger sharonspiteri qal/qalet...

I just saw this post. Jigifieri mhux jien biss qieghda nhewden fuq A Gentleman's Excuse Me dan l-ahhar?

2:12 pm  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Hekk jidher :) Propjament int fakkartni fiha għax semmejtha f'xi bloggata reċenti.

Lil Fish iltqajt miegħu xi 3 darbiet. Għad għandi flixkun Lager vojt li kien ġabli. :)

L-aħħar li rajtu kien is-Sajf li għadda u domna xi siegħa nparlaw.

2:21 pm  
Blogger sharonspiteri qal/qalet...

Intant vojt gabulek? :) Jien kont ili xi hmistax-il sena ma narah imma dan l-ahhar ergajt bdejt niltaqa mieghu regolarment ;)

9:24 pm  

Post a Comment

<< Lura