Thursday, July 21, 2005

Tifkira Ta' Fjura Għażiża Minn Qalbi

"int il-ħaruf li titlajja
fl-għelieqi ta' l-atman u
qalbi tixgħelek bil-mantra u
moħħi jafdak bħal tarbija lil ommha

ntellgħek mill-baħar imlibbes/sa bil-perli

tal-qilla moħbija fil-kranju ta' rasek

Prussjana tfakkarni f'ruħ Wagner u l-biki

ta' Goethe ja spirtu ta' l-ilma beatu kemm
tlellex f'għajnejja bħad-dawl ta' l-opa! u
nħobbok..."

(De Profundis - Doreen Micallef)

Waqt li kont qiegħed inqalleb f’xi kotba antiki, fi ktieb minnhom sibt poeżija li kont ktibt lill-poetessa u drammaturga Maltija Doreen Micallef fil-jum tal-mewt tagħha.

Micallef bħala kittieba minn dejjem kienet taffaxxinani, tant li għadni msaħħar wara l-versi tagħha sal-lum. Meta kont student fil-Junior College (u part-time xurban il-White Arrow), lil sħabi kont ngħidilhom li rrid insib mara bir-ruħ u l-ispirtu ta’ Doreen Micallef.

Dak iż-żmien kont ngħidilhom ukoll li ridtha ukoll b’xi "ġisem "imqaddes" ta’ attriċi famuża tal-porno, u forsi għalhekk s'issa fit-tfittixa tiegħi dejjem fallejt. Madanakollu lil Doreen Micallef bqajt insegwiha sal-lum, għax inzerta li maż-żmien tgħallimt inħobb u napprezza l-letteratura bil-wisq iżjed mir-rivisti tal-porno.


Sfortunatament maż-żmien tikber, iżda jekk tibqa’ interessat f’dawn il-ħwejjeġ, x'aktarx f'ħajtek se tkompli tiltaqa’ ma’ persunaġġi oħrajn li donnu bla ma trid għalik isiru ikoni. U xi minn daqqiet, ikona tkeċċi lill-oħra. Xi darba kelli lil Nico, imbagħad Janis Joplin, imbagħad lil Annie Lennox, u wara lil Dolores Cristina u riċentement lil Daphne Caruana Galizia.

Iżda llum lil sħabi ngħidilhom li rrid insib xi mara bħal Beth Gibbons, li l-vuċi u l-lirika tagħha nzertaw ifakkruni ħafna fil-poeżija ta' l-istess Doreen Micallef. Xi minn daqqiet tfakkarni wkoll fil-versi ta' Nick Drake u fil-filosofija ta' Søren Kierkegaard.

Fil-Jum tal-mewt tagħha, lil Doreen Micallef kont ħarbixtilha poeżija. Iż-żmien tal-Junior College kien ilu xi ftit li għadda, iżda n-namra għax-xorb u l-poeżiji kienet għadha hemm. Għalhekk ma tridu xejn biex meta kont ktibtha kont ukoll xi daqsxejn imċempel. Iżda jista’ jkun ukoll li qiegħed ngħid hekk biex niġġustifika l-fatt li hi xi ftit tal-qamel, għax lili din il-poeżija illum m'għadha togħġobni xejn.

Madanakollu, ladarba sibtha, illum xorta waħda nixtieq naqsamha magħkom, għax jekk għal xejn iżjed, ta’ l-inqas tfakkarna xi ftit f’din il-poetessa u drammaturga Maltija li (forsi bħali) żgur ma ħaqqhiex tintesa.

U m’hemmx xi ngħidu, lili tfakkarni wkoll fi żmien il-Junior College, meta l-ħajja, għad li forsi ma tantx għadda wisq żmien, kienet tidher ferm itwal u isbaħ mil-lum.



Xi Darba, Jien U Int (Lil Doreen Micallef)


Xi darba jien u int
noħorġu barra flimkien,
mal-lejl... bil-lejl... fil-lejl...


Imorru nimir
ħu f’x'imkien kwiet, għas-skiet
u nintefg
ħu ngħoddu l-kwiekeb,
nikta nikta, waħda waħda...

Imbagħad naqtagħlek kewkba, għalik
u nillostrawha sa ma tleqq, daqs mera,
biex fiha ifiġġ dak wiċċna... bla maskri...

U jekk trid,
naqbad il-qamar b’id waħda
u nagħtijulek kollu f’idejk,
imqar għal daqsxejn…


U b'beżbuża minn xuxti
nimsaħlek demgħa minn t'għajnejk,
minn ma' ħaddejk...

U mbagħad, nieħdok
biswit kaskata
u ninżgħu għarwenin it-tnejn,

u nitgħammdu, fix-xmara...

Imbagħad, inwegħdu lis-sema
lil ba
ħar, u lil xulxin
li m’aħna se mmutu qatt...

filwaqt li naraw ix-xemx tiela’
jien u int...
jien u int…


...jien u int…


Jien u int, illum forsi kitarra skurdata,
tokrob b'uġiegħ

li ħadd ma jrid jisma’...


Iżda fuqna ‘l quddiem
għad jisbaħ jum ġdid,
jum li ma jintemm qatt...

Xi darba, jien u int

għad inħarsu sew

f’għajnejn xulxin...

... jien u int... ... jien u int

1 ta’ Diċembru, 2001
Jum il-mewt ta’ Doreen Micallef

Mużika: Mysteries - Beth Gibbons & Rustin Man



Ħatab: 2

Blogger Kenneth qal/qalet...

Ħasra li 'l "Dolores Cristina" qatt ma narawha hekk fil-Parlament. Tort tal-ħwejjeġ naħseb.

1:33 pm  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Dolores... la Malena!

6:03 pm  

Post a Comment

<< Lura