Sħab I - Il-Povertà tal-Filosofija
"Il-qawwa ta' Satana fuq l-immaġinazzjoni rieqda tagħna hija tassew tat-twerwir." - Bertrand Russell (L-Inkubu tat-Teologu)
Karattri:
Karl Marx: Filosofu Ġermaniż b’dixxendenza Lhudija; 55 sena; moħħ enċiklopediku; iddedika ħajtu biex jidfi lill-Klassi tal-Ħaddiema, l-iżjed permezz tal-filosofija.
Jenny Marx née von Westphalen: Mart Karl Marx; imwielda f’familja Aristokratika; 54 sena; tħobb ħafna t-teatru u l-keep fit.
Thomas Rooney: Tifel minn familja proletarja; 12-il sena; ftit li xejn mar skola għax kellu joħroġ jaħdem kmieni biex imantni lil ommu li hija armla pulpetka; jaħdem ġo fabbrika tat-tessuti.
Post u Data:
Flat bi tlett ikmamar f'Soħo, Londra; 6 ta’ April, 1874.
Att I
Kamra tas-sodda; sodda mqallba; fl-isfond daħk ħafif, infiħ u riħa taqsam ta’ miżża.
Jenny: ...imma xi waħda tajba nkun irridha kultant.
Karl: Kultant biss?
Jenny: U mela! Kultant hux. Sewwa jgħidu, tikber u ma tibqax l-istess. U issa aħna m’għadniex żgħar hux. (Tilbes il-ħwejjeġ ta’ taħt)
Karl: Minn daqshekk veru. M’għadx għandi xi għoxrin jien. (Taparsi jfittex il-qalziet)
Jenny: Imma xorta għadek nejjieki... (Tibda tifrex is-sodda) Imma kos, kif jispiċċa l-bniedem… Filli ibiegħ is-saħħa u filli xejn!
Karl: Ħeqq, għadda dak iż-żmien meta kont issejjaħli “my little wild boar!” (Jidħak)
Jenny: (Tidħak ukoll) Kieku ngħidlek hekk illum, naħseb li nkun qiegħda nitmellaħ bik, qalbi. Mhux hekk? My dear little wild boar! (Tidħak ħafna)
Karl: U le… (Jidħak, iżda jħossu kemmxejn imbarazzat)
Jenny: U mur ‘il hemm! Ġej bil-wild boar! Mur ġibni! Lanqas ħaqq min jismagħni! (Tidħak iżjed)
Karl: (Jisserja)
Jenny: U int ħa tibqa’ hekk?! Mhux aħjar tmur tilbes xi ħaġa int!
Karl: (Jisserja iżjed) Liebes jien.
Jenny: Liebes? X’liebes?! Qisek xi statwa mfattra ta’ David! (Tidħak)
Karl: Iva. (Jippoppa sidru) Dażgur li liebes! Jiena liebes il-libsa tan-natura. Ma togħġbokx? (Jiftaħ idejh)
Jenny: (Tipprova żżomm id-daħk)
Karl: Eh? (Jiftaħ iżjed idejh)
Jenny: Imsomma. Stajt għaddejtha naqra ta! (Tinfaqa’ tidħak)
Karl: U mur ħudu aqqalla f’sormok! (Imma jidħak ukoll)
Jenny: Ħeqq, mhux hekk għadni kif għamilt ftit ilu? (Tkompli tidħak waqt li tilbes)
Karl: (Jidħak u jħossu tassew maskili)
Jenny: Oh you wild boar! (Tidħak daħk kważi isteriku)
Karl: Ħa nara nsibx il-qalziet ta’ taħt. (Taparsi jfittxu)
Jenny: Eh bilħaqq!
Karl: Eh. Xiex?
Jenny: Dak xi ħmieġ ta’ qalziet ta’ taħt kellek il-bieraħ! Madonna, taf kemm domt nogħrok fih!
Karl: Ija, ija… għax kont insejt inbiddlu l-aħħar darba. (Jibda jilbes)
Jenny: Indunajt tafx!
Karl: Ħarbitli boqqa u lanqas indunajt. (Jidħak sfurzat)
Jenny: Isssss! Ejja għoqod ħej! (Tidħak bih)
Karl: Isma' isma', ħallik mid-daħk. Fejn poġġejtuli dak? Dal-għodu fittixtu u lanqas rajtu.
Jenny: Xi trid issib? Dak armejtulek!
Karl: Armejtu!?
Jenny: Mela!
Karl: Għala?
Jenny: Għax tant għoroktu li ċarrattu!
Karl: Ostja!
Jenny: U mela! U darba oħra narmih mill-ewwel! Dik x’mandra ħallejt hemm! Saħħti m’għadhiex li kienet ta!
Karl: Ħeqq... u lanqas tiegħi kieku.
Jenny: (Minn taħt l-ilsien) U żgur, sirt qisek għoxxi!
Karl: Imma msomma ta, ħabat tajjeb li ċarrattuli. (Jitbissem)
Jenny: Ija?
Karl: Ħeqq mela.
Jenny: U għaliex?
Karl: Għax issa għandi l-unur ngħid li marti anke fi xjuħiti baqgħet iċċarratli l-qliezet ta’ taħt! (Jidħak)
(Iddoqq il-qanpiena maħnuqa tal-bieb ta' barra)
Jenny: (Tidħak ukoll)
Karl: Naħseb ġie xi ħadd.
Jenny: Iva. Tgħid Friedrich?
Karl: Ma nafx kemm.
Jenny: Mur iftaħ. Jiena sejra ninħasel u nilbes xi ħaġa sura. (Toħroġ mill-kamra, timxi ftit laġenba)
Karl: (Jibda miexi lejn il-bieb) Mhux suppost Friedrich għax dak għada fil-għodu kellu jasal minn Manchester.
Jenny: (Mill-kamra tal-banju) U la nlesti jien idħol inħasel int ta! Ara ma terġax tiġi tintefa' ħdejja b'dik ir-riħa t'inċova!... U rranġa dik id-daqna! Qisek urangutang! (Terġa' tinża' u tidħol tinħasel)
Karl: (Ikompli miexi lejn il-bieb) U le. Mela jien xi maħmuġ!?
Jenny: Tiċċajta intx! Naħseb għandek riħa ta’ vopi ġo ħalqek! (Tidħak waqt li tinħasel)
Att II
Kamra li fost użi kwotidjani oħrajn tintuża bħala living room; imbarazz u abra ma' kullimkien; inkwatru ta' Hegel imwaħħal mal-ħajt.
Karl: (Jiftaħ il-bieb) Ara min hawn! Idħol. Idħol.
Thomas: U le Sinjur.
Karl: U idħol ejja!
Thomas: (Jidħol ġewwa)
Karl: Allura Thomas, xi tgħidli sabiħ?
Jenny: (Mill-kamra tal-banju) Min ġie ħanini? Friedrich?
Karl: Le.
(Jenny tibda tilgħab weħidha bil-mod)
Karl: Ġie Thomas, it-tifel ta’ Carol. (Jimxu għal ġewwa)
Jenny: (Lilha nnfisha) Ħeh, imn’alla mhux Friedrich. Hekk jew hekk il-lejla qiegħed hawn ma’ sormi dal-madonna. Kif xbajt ma nistax inboss bih! Nispera li ma nerġax insibu f’sormi għada… lil Karl ċioè! (Tidħak)
Karl: Ġie jarana ftit.
Jenny: Għidlu jgħaddi. Għidlu jidħol. Issa kif inlesti niġi sa ħdejkom. (Tkompli tilgħab)
Karl: (Lil Jenny) Irranġa. Kompli, kompli. M'għandekx għaġġla.
Karl: Allura Thomas?!
Thomas: Hawn sinjur.
Karl: X’ġabek ‘l hawn?
Thomas: Għax Jenny jumejn ilu sellfitni żewġ xelini biex nirranġa ż-żarbun, għax kien tqattgħali xi ftit ix-xogħol. U ġejt nagħtihomlha.
Karl: U le xi trid...
Thomas: Imma la s-sinjura mħabbta, nista’ nagħtihom lilek.
Karl: U ħallik miż-żewġ xelini sabiħ!
Thomas: U le sinjur ħa! Dawn tagħkom hux. (Inewwillu l-flus)
Karl: U le żommhom żommhom. Naħseb li jkollha bżonnhom il-mama.
Thomas: (Ibaxxi ftit rasu)
Karl: Mur ara! B’żewġ xelini ‘l hawn, u żewġ xelini ‘l hemm, fejn aħna se nibqgħu ta! (Ifaqqa’ daħka kbira)
Thomas: Ija imma jien niddejjaq hekk...
Karl: Tinkwieta xejn. Żommhom, żommhom.
Thomas: Kollox sew mela, imma għidilha lis-Sinjura.
Karl: Mela, ħalli f’idi, ħalli f’idi.
Thomas: Kollox sew. Ħa mmur mela.
Karl: Diġà sejjer? U le għoqod naqra oħra. Noqogħdu nitkellmu ftit. Kos, aħna ma tantx niltaqgħu hux, avolja ġirien.
Thomas: Veru.
Karl: Poġġi ftit. Poġġi. Ili ma narak madonna!
Thomas: (Ipoġġi) Iva vera. Jien qiegħed inkun ħafna għax-xogħol. Ma tantx inkun barra.
Karl: Ħeqq! Il-kapital...
Thomas: ...u inti, tkun imħabbat ħafna tikteb l-istejjer ġieli tgħidli s-sinjura.
Karl: Stejjer!?
Thomas: Jew x’inhuma. Jiena ma tantx nifhem, sinjur.
Karl: U ħallik minn Sinjur! Mhux qiegħed tara kemm aħna sinjuri hawn ġew! Kollox se jaqa’ u ma jaqax! (Jidħak)
Thomas: Imma ommi hekk tgħidli biex ngħidilkom lilek u lill-imgħallem.
Karl: Eh ix-xogħol! Ix-xogħol! Ix-xogħol!? Kif int sejjer?
Thomas: Is-soltu hux. Dejjem l-istess storja. Anzi dan l-aħħar ġew erbat ti tfal daqsi u ġieli jkolli ma' min ngħid kelma.
Karl: Meta jkollok ċans!
Thomas: Iva veru. Ftit ikolli ċans.
Karl: Ħeqq! Hemm aħna!
Thomas: Imma x’tagħmel la ġejna fqajrin!?
Karl: Ehhh sieħeb… ħajja miżera din tagħna… tassew ħajja miżera…
Thomas: Ħeqq…
Karl: Imma qawwi qalbek ta. Taqtax qalbek.
Thomas: Minn xiex?
Karl: Xi darba, għad neħilsu minn dawk il-ktajjen li qegħdin ijassruna.
Thomas: Ktajjen? Xi ktajjen huma?
Karl: Tax-xogħol hux.
Thomas: Imma sa fejn naf jien aħna ma nagħmlux ktajjen. Aħna ħwejjeġ nagħmlu ta.
Karl: Il-ktajjen ibni… dir-realta’ kiefra li qiegħda tikolna minn ġewwa. Dawk il-ktajjen tal-kapital! Dawk il-ktajjen li kien ħolom bihom Rousseau!
Thomas: Min huwa dan sinjur?
Karl: Rousseau kien filosofu Svizzeru…
Thomas: Kien bravu mela.
Karl: Ħeqq miċ-ċwieċ ma kienx żgur!
Thomas: Nimmaġina.
Karl: Imma xorta għandi diverġenzi ideoloġiċi miegħu.
Thomas: X’għandek miegħu?
Karl: Rousseau kien fehem, imma ma fehemx biżżejjed.
Thomas: X'ma fehemx?
Karl: U forsi għalhekk ma tantx insemmih. Imma kos, qiegħed tfakkarni ara… xi darba nirreferi naqra għalih. Ma rridx immut u xi ħadd jgħid li kont insejtu. Imma bħalissa, bħalissa għandi affarijiet oħra fuq moħħi.
Thomas: (Xi ftit konfuż)
Karl: Imsomma, ommok, kif inhi?
Thomas: Imsomma sinjur. Ġurnata tajba u tnejn ħżiena. Kultant ninkwieta għax meta nkun għax-xogħol ma jkun hemm ħadd jieħu ħsiebha.
Karl: Dażgur, dażgur.
Thomas: U jien mix-xogħol ma tantx inkun nista’ nillarga, għax l-imgħallem ma jiħux gost.
Karl: Ħeh, ħalli għalih lil dak il-parassita li għandkom! (Iqum ifittex il-pipa)
Thomas: Ħeqq, x’tagħmel!? Minnu rrid sinjur.
Karl: Mhux ta’ b’xejn li ħuh qasssis dak il-wiċċ ta’ Ġaħan idjota!
Thomas: (Jidħak)
Karl: Imma ħa ngħidlek ta! Ħadd wara Ħadd, tasal ta’ kulħadd ta! Jarah sormu għad dak! Jarah għad!
Thomas: Allaħares le! Daqs kemm hu kbir!
Karl: (Jidħak) Tajba din!... (Ikompli jidħak u jimla l-pipa) Imma ara, la qiegħed tgħidli hekk, issa ngħid lil Jenny biex kultant tmur tittawlilha ftit lil ommok.
Thomas: Ija, ilha ma tiġi ftit. Tieħu gost biha ommi.
Karl: Iva. Jenny kienet xi ftit ma tiflaħx ukoll dan l-aħħar. Miskina dejjem tagħti f’dawn iż-żewġ ti kmamar dik. (Jixgħel il-pipa)
(Jenny tkompli tagħti)
Thomas: Ħażin.
Karl: Heqq, jiena mhux li qed inħossni f’sikkti wisq dan l-aħħar lanqas. Kultant ma nafx...
Thomas: Strieħ hux. It-tabib dejjem hekk jgħidilha lil ommi meta jiġi.
Karl: Nixtieq kieku. Imma ma tantx nista’ bħalissa. Imħabbat. Imħabbat ħafna bħalissa.
Thomas: Veru?
Karl: Ija.
Thomas: Biex?
Karl: Qed inkompli nikteb u norqom it-tieni u t-tielet volum tad-Das Kapital.
Thomas: Ta’ xiex?
Karl: Tad-Das Kapital. (Jippoppa sidru)
Thomas: X’inhu dan sinjur? Xi ktieb minn tiegħek?
Karl: Iva mela. Ma tafx bih int? (Iħares lejh xi ftit biċ-ċiera)
Thomas: Le.
Karl: Ħriġtu xi seba’ snin ilu.
Thomas: Ma kontx naf.
Karl: Issa qiegħed naħdem fuq it-tieni u t-tielet volum.
Thomas: Fadallek ħafna?
Karl: Imsomma, imsomma. Imma għejjejt madonna. Imn’alla jkun sieħbi Friedrich jiġi jagħtini daqqa t’id. Fejn ma nlaħħaqx jien, ikompli hu, taf int.
Thomas: Mela kemm hi twila l-istorja?
Karl: Twila. Twila Thomas. Ħafna aktar milli forsi taħseb.
Thomas: Fuq xiex inhu l-ktieb?
Karl: Id-Das Kapital huwa analiżi wiesa' u profonda tal-kapitaliżmu u tat-teoriji ta’ l-ekonomisti ta’ qabli u ta’ żmieni, bħal Adam Smith u Benjamin Franklin, fost oħrajn. (Jerġa’ jixgħel il-pipa u daħna goffa tgħattilu wiċċu) U naħseb li aħna lkoll issa wasalna f’punt kruċjali fl-istorja. (Is-sħaba titwessa')
Thomas: Mela fuq xiex inhu?
Karl: Dwar il-prattiċi tal-kapitaliżmu u l-effetti devastanti tiegħu fuqna lkoll. Qattajt ħajti kollha nikteb dwarhom, imma issa naħseb li bih dan vera lħaqt il-quċċata. Naħseb li issa tassew ħriġt lill-filosofija mill-isqaq. U anke l-istil tal-kitba tat-teżi, din id-darba huwa aktar mexxej u għalhekk tinftiehem ferm iżjed. U hekk aħjar għax dan tassew xogħol importanti li kulħadd għandu jaqra.
Thomas: Naħseb li jrid ikollok ħafna skola biex tifhmu imma!
Karl: Imsomma, imsomma. Dawn il-ħwejjeġ illum qiegħed jarahom u jħosshom kulħadd. Il-kapitaliżmu llum sar tassew vulnerabbli… iżjed minn qatt qabel. Mhux ta’ b’xejn li l-qilla tiegħu qiegħda dejjem tiħrax. U iktar ma tiħrax inqas ikun fadallu ħajja. Meta l-kapitaliżmu jibda jikkarga sewwa, taf int, it-tmiem tiegħu ma jkunx wisq ‘l bogħod. Nemmen li l-ġranet tiegħu huma mgħaduda. (Jerġa’ jixgħel il-pipa) U hekk għandek temmen int ukoll eh, għax dan, fid-Das Kapital, jidher ċar... u evidenti.
Thomas: Ma nafx ngħidlek. Imma msomma...
Karl: Dan l-istudju kien eżerċizzju eżawrenti tafx, imma ma jiddispjaċini xejn. Lanqas xejn. Naħseb li kif għedtlek, issa l-filosofija tiegħi tista' tinftiehem ħafna iżjed. Jekk xejn, issa hi iżjed strutturata u llostrata.
Thomas: Il-lostra! Tillostra l-kotba sinjur? Mela sold qamlek! Il-lostru jiswa’ l-flus ta!
(Jenny tkompli tillostra)
Karl: X’ma jiswiex il-flus fid-dinja tagħna ibni!
Thomas: Xejn hux.
Karl: U mela xiex! Kmieni stenbaħna wkoll! Kultant lanqas nemmen li kellna nkunu propju aħna li nifhmu u nartikolaw dan kollu! U issa wara dan, ħadd ma jista’ jkun iżjed importanti minna. Ħadd! Għax aħna…
Thomas: Mela laħħquk xi ħaġa sinjur?
Karl: ...u terġa' aktarx id-Das Kapital hu l-aqwa biċċa xogħol li qatt ħriġt biha fil-karriera tiegħi ta’ ħassieb u kittieb.
Thomas: Eh prosit ħej! Nawguralek.
Karl: Żgur li dan se jkun wieħed mill-pedamenti l-iżjed sodi u importanti fil-binja tad-dinja l-ġdida t’għada li aħna lkoll se nkunu qegħdin ngħixu fiha fil-futur qrib.
Thomas: Mela m’aħniex se nibqgħu iżjed hawn?!
Karl: Ħeqq, nispera li nkun għadni ħaj biex nara dan kollu jseħħ b’għajnejja. (Lilu nnifsu) Ma rridx li jiġrili bħal Mosè. Le!
Thomas: Ooohhh! X’se jiġri mela?
Karl: (Jagħlaq għajnejh u jisserja ħafna) Immaġina... Immaġina... Immaġina...
Thomas: Eh.
Karl: Immaġina l-futur, futur aħjar... Dinja waħda, tagħna lkoll, maqsuma bejnietna lkoll, skond il-ħiliet u l-ħtiġijiet rispettivi tagħna. Dinja mingħajr dawk il-misħutin qassissin u s-sidien tal-kapital, dawk iż-żewġ forċini lesbiċi jitqallbu fl-istess sodda flimkien! Dinja ġdida rridu aħna! Dinja fejn il-bniedem jiġi l-ewwel u qabel kollox għax se npoġġuh mill-ġdid hemm fuq fil-quċċċċċċċataaaa!...
Thomas: (Jibda jikkonfondi)
Karl: Xogħol, ġustizzja, libertà! Fratellanza tal-bnedmin kollha!... L-irġiel u n-nisa l-ġodda tas-Seklu Għoxrin, għa-le-nin, spalla ma' spalla, b'valuri sodi, b'viżjoni moderna, b'galbu iżda b'rieda, b'fiduċja u direzzjoni, jiskolpixxu ċ-ċiviltà!
Thomas: X'jagħmlu? Ipixxu? (Jidħak ftit)
Karl: U mbagħad daqshekk ġuħ u għaks! Daqshekk għatx! Daqshekk gwerrer! Daqshekk fruntieri! Daqshekk mibegħda! Daqshekk - daqshekk biki! Oh, oh, oh happy days!
Thomas: Iiiiii ara! Kieku sew sinjur!
Karl: (Iqum bil-wieqfa) Ħu minnek, u minn ommok...
Thomas: Eh.
Karl: Nies bħalek u bħal ommok ma jbatux iżjed. M’humiex se jibku iżjed.
Thomas: Veru mhux se nibqgħu nbatu iżjed sinjur?
Karl: Veru Thomas.
Thomas: Kieku sew!
Karl: U hekk se jkun. Għoqod fuq kliemi. Kun af Thomas, li idea li jkun wasal żmienha ma trażżanha qatt u b'xejn!
Thomas: La qed tgħidu int… (Xi ftit iżjed konfuż)
Karl: (Jikkalma) Ifhem ftit Thomas. Fid-Das Kapital komplejt nuża l-mekkaniżmi bażiċi tad-dijalettika ta’ Hegel, u s’intendi, kompljet nagħtiha forma dejjem iżjed materjali u prattika. Bil-Materjaliżmu Dijalettiku jien u Friedrich għamilna revoluzzjoni tremdenda u bla preċedent fil-ħsieb. (Jiftaħ idejh u jgħolli rasu u jdejh ‘l fuq) Fil-kitba tagħna, hemm arma miċidjali li ma tfallix - tbassir preċiżissimu jissara ħa jinħeles biex jeħles lill-umanità draba għal dejjem minn dawn il-ktajjen li qegħdin ijassruha!
Thomas: (Issa mitluf) Eh ija l-ktajjen... ta'... ta' dak Rousseau, hux?
Karl: Il-ktajjen tagħna lkoll Thomas!
Thomas: Tagħna?
(Jenny tħossha ħa tiġi u tibda tieħu ħafna nifsijiet fil-fond, iżda toqgħod attenta biex ma tantx tinstema')
Karl: (Jerġa’ jiftaħ idejh) Ifraħ Thomas! Ifraħ! Il-fidwa tal-bniedem hi fil-qrib! Il-miżerja, l-isfruttar, il-moħqrija, l-inġustizzji, it-telfien tal-ġewwieni tagħna, ir-regħba għall-misħutin flus, is-sidien tal-kapital, il-pussess tal-makkinarju tal-produzzjoni mill-ftit għad-detriment tal-ħafna, in-niket, dak ir-rifuġju miskin tat-twemmin fieragħ fil-baħħ, ix-Xarabank u l-Kalamita u l-ħmerijiet ta' kull fil-għaxija tar-Radju Marija!... u d-djufija, l-ipokrezija, il-korruzzjoni, l-injoranza, id-dmugħ u l-krib, u l-qrid tal-kotra... (Jinżel għar-rkubtejh)
(Jibda jidlam)
Karl: L-uġiegħ... hemm bżonn tas-serħan mill-uġigħ!
(Jenny kważi waslet)
Karl: ...u, u minn dik, minn dik il-mibgħeda! (Jiskot għal ftit u jqum bil-wieqfa) Imma kollox, kollox irid jispiċċa - anke r-regħba u dik il-mibegħda li xerrdu fostna dawk il-qatta ġrieden tad-drenaġġ! - dan kollu ibni, dan kollu għad ikun biss storja! (Jerġa' jgħolli jdejh 'l fuq) Anzi Pre-Storja, għax daqt jispiċċa minn fostna! Daqt! Daqt tiġi dik il-mewġa li se twitti kollox! Qed naraha! Nista’ wkoll nismagħha! Qed inħossha! Qed inħossha ġejja! Ġejja! Ġejja! Ġejja!
(U Jenny fl-aħħar tiġi)
Thomas: X'ġej? X'qed tħoss sinjur? (Iċċassat bil-beraq)
Karl: U l-istorja, l-istorja tal-bniedem terġa’ tibda!
Thomas: U mbagħad?
Karl: U mbagħad flimkien nibnu mill-ġdid!!
Thomas: Veru?
Karl: Tassew Thomas! Hemm spettru feddej li qiegħed iħuf fl-Ewropa - l-ispettru tagħna…
Thomas: Spettru?
Karl: Mela x'inhu!
Thomas: Mela vera hawn il-ħares?!
Karl: L-ispettru tal-Komuniżmu!
Thomas: Maaaaaaaaaa!!! Ħażin għax jien nibża’!
Karl: Tibżax! Tibża’ xejn! Ejja ejja, għax issa jmiss lilkom eh... (Jerġa’ jixgħel il-pipa)
Thomas: Lilna?!
Karl: Iva mela Thomas. Lilkom. Mingħajr ir-rieda tagħkom il-ħaddiema ma jsir xejn. Issa tridu tkunu intom il-ħaddiema li tqumu mir-raqda. Hemm bżonn li xxammru l-kmiem ħa tmiddu naqra jdejkom eh! Inkella ma nagħmlu xejn! Mhux hekk Thomas?
Thomas: Aħna?
Karl: Intom mela! Mela min jekk mhux intom? Intom il-ħaddiema – il-klassi tal-ħaddiema - l-iktar forza progressiva li ħalaq alla!… (Jitfixkel) erm... li hawn fid-dinja ridt ngħid, skużi, ħadt żball…
Thomas: U ija, mhux xorta… (Jgħolli ftit spallejh u jħares fil-vojt)
Karl: Intom Thomas...
Thomas: Eh?
Karl: Int u sħabek il-ħaddiema.
Thomas: Eh aħna xiex?
Karl: Ingħaqdu! Ingħaqdu hux! (Jibda jippanikkja)
Thomas: Għalxiex?
Karl: Għax issa intom tridu tkunu li xxandru u xxerdu kitbietna u twettquha, b’dik ir-rieda deċiżiva tagħkom ilkoll flimkien! Intom il-ħaddiema!
Thomas: Anke jiena?
Karl: Mela! Intom kollha, u ħadd ħadd iżjed! Intom tridu tkunu li ġġibu din il-bidla! Le! Le! M’huwiex biżżejjed li ninterpretaw lid-dinja, Thomas. Le, dak mhux biżżejjed ibni! Irridu nibdluha! Issa rridu nibdluha!
Thomas: U kif?
Karl: (Eċitat) Irridu nirbħu dik il-ġlieda tal-klassi! Irridu nirbħuha! Ingħaqdu! Tibżgħu xejn! Ħa jibqa' demmkom jiġri sħun u tagħna r-rebħa fl-aħħar tkun! Għax hemm bżonn! Hemm bżonn! U hekk se jkun! ...għax is-sewwa jirbaħ żgur għax kun af li issa l-bniedem xeba'… (Jixraq, iħoss nifsu jinqata’ u jibda jqaħqaħ)
Thomas: Kollox sew sinjur?
Karl: (Jonfoħ) Iva, iva… Iva (Jerġa’ jsib in-nifs bil-mod) X’kont qed ngħid?
Thomas: Ma nafx sew ta… Għandikun fuq xi ġlieda f’xi klassi u li rridu niġġieldu biex nirbħuha, hux?
Karl: Eh Iva. Iva Thomas. Il-ġlieda tal-klassi – l-istorja ta’ kwalunkwe soċjetà li qatt eżistiet sa mill-ibgħad żminijiet. Dejjem l-istess!
Thomas: Imma jiena m’għandix klassi ta. Jien skola ma mmurx... u sa fejn naf jien, ma għandi xi ngħid ma’ ħadd…
Karl: (Jagħtih ħarsa ta’ ħniena) Eh ibni… ikolli ngħid... ikolli ngħid xi ftit aljenat inti.
(Jenny tqum mill-banju tonfoħ u tibda tixxotta.)
Thomas: Aljen?!
Karl: Le, aljenat! X'aljen hu! Distratt jiġifieri... Għandek kuxjenza falza, kif jgħid sieħbi Friedrich. Għalhekk ma tafx li tinsab f’nofs ġlieda storika. Int bħalissa parteċipi f’mument tassew tassew kbir, f’dik il-gwerra li se ttemm kull gwerra. Inti ma tafx għax aljenat, imma jien naf, għax lili xejn xejn ma jaħrabli.
Thomas: Imma lili ma qaluli xejn. Se jiħduna niġġieldu?! Ġejja xi gwerra imma sinjur?
Karl: Il-gwerra ilha magħna Thomas! Ilha magħna sa mir-revoluzzjoni industrijali. U magħna se tibqa’ sakemm il-proletarjat jibqa’ klassi fiha nnifisha. Hemm bżonn li intom ssiru klassi għaliha nnfisha. Mhux klassi fiha nnifisha tridu tkunu, imma klassi għaliha nnifisha! Hemm differenza, u importanti din eh...
Thomas: (Bla kliem)
Karl: Qed tifhem?
Thomas: Jien naħseb aħjar immur ta.
Karl: Imma din importanti. B’hekk biss tistgħu ssiru aġent ferm tal-progress. Klassi waħda – rieda waħda – gwerra waħda! Klassi katalista tissara b’sodizza kontra s-sistema ka-pi-ta-lis-taaaaaaaaaaaaaa! Gwerra! Gwerra! Gwerra lis-sidien tal-kapital!
Thomas: Imma aħna x’irridu nagħmlu eżatt sinjur?
Karl: Ingħaqdu f’għaqda waħda u minn hemm immexxu! Qiegħed nimmaġinakom ara.... Nimmaġinakom, waqt li nisma' dik l-Eroicaaaaa! Serbut interminabbli ta’ suldati – suldati, suldati ta’ l-azzar, mixjin, weqfin, b’determinazzjoni Spartana, mixjin, mixjin mixjin lejn il-ħelsien! Lejn il-ħelsien! B'rajna f'idejna! Mixjin lejn il-ħelsien! Lejn il-... (Jerġa' jixraq sewwa)
Thomas: (Jibda jippanikja) Imma inti żgur kollox sew sinjur? Tantx tkidd saħħtek ta! Ikkalma ftit, ma tmurx titlagħlek il-pressjoni!
Karl: (Jerġa’ jsib in-nifs) Kollox sewwa Thomas. Kultant hekk jiġrili. M’għandi xejn, m’għandi xejn. Tinkwetax.
Thomas: Ħa mmur sinjur mela ta, għax ommi qiegħda tistennieni u għada rrid imbakkar għax-xogħol.
Karl: Kollox sew. Kollox sew. Sellili għal ommok.
Thomas: Inservik. (Ikun se jaqbad miexi ‘l barra)
Karl: Anzi Thomas... isma qabel tmur.
Thomas: Għidli. (Idur lejh)
Karl: Għamilli pjaċir żgħir. M'iniex se ndewmek.
Thomas: Mela le. Għidli. Xi trid? F’xiex nista’ naqdik?
Karl: Din li se ngħidlek issa hi xi ħaġa li int u sħabek tax-xogħol tridu tkunu tafuha sewwa. Ħa ngħidha likek biex terġa’ tfakkarhielhom. Nimmaġina li diġà jafuha, imma tajjeb li jerġgħu jisimgħuha.
Thomas: Kollox sew. Għidli.
Karl: Mela… mela.. (Ipoġġi bil-qegħda u jerġa’ jixgħel il-pipa) Ara Thomas, intom il-ħaddiema m’intomx ulied il-borgeżija. Il-kundizzjonijiet u l-mekkaniżmi interni tas-sistema kapitalista fihom innfushom, tridu jew ma tridux, tgħaqqadkom flimkien u trawwem fikom kuxjenza kollettiva. Hija propju din il-qagħda tagħkom li tifformalkom din il-kuxjenza; l-ewwel bħala individwi u mbagħad bħala klassi waħda… b'ideoloġija waħda…
Thomas: Xi klassi hi din imma?
Karl: U ladarba intom ilkoll qegħdin fl-istess ilma, ma jistax jonqos li l-kuxjenza tagħkom, għad li hi xi ħaġa personali, maż-żmien issir waħda kollettiva. Hi xi ħaġa li tinsab ta’ bil-fors fikom ilkoll, u tkunu tassew boloh jekk ma tisfruttawhiex biex tqumu flimkien kontra l-isfruttar tas-sidien tal-kapital. Għalhekk tridu tingħaqdu, għax mingħajr għaqda m’intom xejn! Kull ma tkunu materja prima f’idejn is-sidien tal-makkinarju tal-produzzjoni. Sempliċiment għodda f’idejn il-borgiżi. Magni tax-xogħol. U din, din mhix ħajja. Mhux veru?
Thomas: Eh…
Karl: Issa… mela... hawn il-qofol ta’ kollox, huwa proprju l-konflitt tal-klassijiet.
Thomas: Iva għedtli xi ħaġa fuq il-klassijiet l-ewwel.
Karl: Ara, jien u Friedrich intraċċajna dawk il-liġijiet universali li huma omnipreżenti f’kollox. Aħna, biex niftehmu, insejħulhom il-liġijiet tal-Materjaliżmu Dijalettiku.
Thomas: X’jiġifieri?
Karl: Il-kelma dijalettika ġejja mill-Grieg - diagestai - li tfisser tiddiskuti, tiddibatti, tmeri, tikkontradixxi eċċetera eċċetera.
Thomas: Ma nafx bil-Grieg sinjur.
Karl: L-arti u x-xjenza tad-dijalettika oriġinat mill-Greċja Antika. Platun, Sokrate u Zenone kienu fost dawk il-Griegi li kienu ħassieba dijalettiċi. Tassew ta’ l-għaġeb il-Griegi! Kemm hi kbira l-Greċja hux?!
Thomas: Ma nafx. Qatt ma mort sinjur.
Karl: Kbar kienu l-Griegi… Ħafna kbar... Mhux daqsna imma xorta kbar. (Jerġa’ jixgħel il-pipa) Imma x’aktarx li ħadd minnhom ma laqat il-musmar fuq rasu daqs Eraklitu, li kien qal li kull ma jeżisti huwa fi stat jew proċess ta’ bidla kontinwa, bla heda, ma taqta’ xejn. Dawn il-liġijiet tad-dijalettika jiggvernaw l-iżvilupp tan-natura, ta’ l-istorja, tas-soċjetà u saħansitra tal-ħsieb u tax-xjenza. Il-kontradizzjoni, jew in-negazzjoni tan-negazzjoni, hi dak il-fulkru prinċipali li jreġi kollox.
Thomas: Iva veru għandek raġun, imma issa jiena naħseb aħjar immur...
Karl: Stenna sekonda, stenna, għax din se tiġu bżonnha wkoll. Ta’ l-aħħar din… Hegel, li kien għalliem tiegħi, dan kien fehmu qabli, imma, madonna kien, wisq, wisq mitluf iħuf fis-sħab ta’ l-Idealiżmu. Ma seta’ qatt japplika dawn il-ħsibijiet għad-dinja materjali ta’ madwarna. Kien wisq, wisq moħħu fis-sħab madonna…
Thomas: Kien iħobb ix-xita forsi.
Karl: L-idea tiegħu kienet brillanti ta, anzi brillantissima… imma, imma, imma, kienet qiegħda rasha ‘l isfel, u għalhekk, kienet inutli hux… moħlija… u m’hemmx xi ngħidu, ftit li xejn prattika wkoll. U dan Thomas, dan fl-istorja tal-ħsieb kien tassew korriment kolossali, kif kien irrimarka tajjeb sieħbi Friedrich.
Thomas: Istja! Veru? Imma korra xi ħadd?
Karl: Imma kun af Thomas, li dan ma jnaqqas xejn mill-ġenju ta' Hegel eh! Il-filosofija tiegħu hi monument kolossali ta' l-ispirtu kbir u nobbli li kien ħasibha u sawwarha! Hegel! (B'ton kważi ta' theddid) Min kien qatt kien ikbar minn Hegel! Eh? Min? Min? Xi Platun bil-forom u r-Reppublika u l-ħmerijiet! Jew xi Hume? Lanqas biss kien jaf li jaf li qiegħed jgħix f'dinja!! Eh? Jew xi Tumas Akwinu bil-qaħba Summa u Kristijiet?!...
Thomas: (Imwerwer)
Karl: (Irrabjat) Mijiet ta' snin niktbu u nitgħallmu l-imbarazz! Metafiżika skaduta! Epistemoloġija tal-fatati u Teoloġija kretinaaaaaa! X'inhija l-morfina? X'inhija l-morfina ħdejn dan l-opju li njettawlna?! B'dawn irridu nimxu 'l quddiem aħna? Eh? Imma xi darba, xi darba, kollha għad jintesew dawn il-qatta inkompetenti taaaaaaaaaa! (Irrabjat iżjed) Ħadd! Ħadd minnhom ma kien 'l fuq minn Hegel!
Thomas: (Imwerer iżda iżjed iċċassat)
Karl: Mela għid warajja Thomas! Ejja ngħidu flimkien... (Jidritta ruħu) Hegel!... Presente!... Hegel!... Presente!... Hegel!... Preeeesenteeee!...
Jenny:(Tgħajjat mill-kamra tal-banju) Cadavere! (Tidħak)
Karl: (Ma jismagħhiex... u mn'alla!)
Thomas: (Bla kliem)
Karl: Ejja għid miegħi! Onore! Onore! Onore a Georg Wilhelm Friedrich Hegel!!!... Ejja Thomas!!
Thomas u Karl: Onore! Onore! Onore a Georg Wilhelm Friedrich Hegel!!!
Karl: U mela hekk ħa!
Jenny: (Terġa' għajjat mill-kamra tas-sodda) U x'ix-xjaten tgħarrqek qed tgħajjat hemm barra int!!! Lanqas ħaqq min jisimgħek qisek miġnun!
Karl: (Ma jweġibhiex u jpoġġi bil-qegħda) Hekk mela! (Jikkalma) Imma toqgħod tgħid hux... Mn’alla... mn'alla konna jien u sieħbi Friedrich li… (Jieqaf jaħseb)… poġġejna l-idea ta’ Hegel f’postha, fejn għandha tkun, fuq saqajha... għal fehim u s-servizz ta’ kulħadd. Ma stajniex nibqgħu sejrin hekk. Issa nistgħu nifhmuha faċilment, u fuq kollox, nużawha kif imiss. (Jerġa' jieqaf jaħseb)
Thomas: (Jiċċassa)
Karl: Thomas, il-Materjaliżmu Dijalettiku, u l-Materjaliżmu Storiku, huma l-ġebla tax-xewka tal-filosofija tagħna u tal-ħelsien tal-proletarjat dinji, li nemmnu li għandu jseħħ ma jdumx. U għalhekk, intom il-ħaddiema, intom dawn tridu tkunu tafuhom sewwa... fuq ponot subgħajkom jekk jista’ jkun... (Jerġa’ jixgħel il-pipa) Tridu tkun lesti u magħqudin għal kwalunkwe eventwalità. Isimgħu sew minni.
Thomas: (Konfuż)
Karl: Imma issa daqshekk. Naħseb li... li dan għal-lum biżżejjed.
Thomas: Ija ija għax daqt jidlam.
Karl: Iva veru... Twassaluli dan il-messaġġ, għada fil-għodu, meta tmur għax-xogħol?
Thomas: Ngħid lill-imgħallem li trid tkellmu jiġifieri?
Karl: Le! (Kemmxejn irrabjat) Ara l-ieħor x’jiġi jgħidlek ukoll!
Thomas: (Ikkonfondut) Lil min mela?
Karl: Lill-ħutna l-ħaddiema hux!
(Tidħol Jenny, bi tbissima)
Jenny: Hemm hu! Reġa’ qabadha hu! Ħaddiema u mhux ħaddiema!
Karl: U oqgħod int! Min qabbżek fin-nofs lilek?! Ħallini! Qed nibgħat miegħu messaġġ importanti.
Jenny: U ħallih tifel madonna! Ara kif iċċassajtu ħa! Ħadtlu rasu naħseb! Mhux biżżejjed ħadt tiegħi u ġennint lit-tifla!
Karl: U inti tindaħalx! F'kollox trid tiddeffes! Int fejn tifhem bħalek!? Int f’xi dramm ta’ Shakespeare jew tal-Bronk tifhem!
Jenny: U mmur ‘l hemm ja żmagat! U ara x'se ngħidlek. Għada fil-għodu itlaqli 'l barra ta, għax irrid naqla' qalgħa t-tapiti!
Karl: Iva qiegħda tfakkarni ara, għada għandi qadja importanti fil-għodu.
Jenny: Aħjar!
Karl: Jekk Friedrich jilħaq jiġi qabli għidlu jgħaddi tard wara nofs in-nhar għax ma nafx kemm se ndum.
Jenny: (Lilha nnifisha) U mela tant aħjar! Dażgur li ngħidlu jgħaddi. Ħalli f'idi sabiħ. (Titbissem filwaqt li tirranġa xagħrha)
Karl: Twassaluli dan il-messaġġ, Thomas?
(Jenny toħroġ mill-kamra)
Thomas: (Ma jweġibx)
Karl: (Jieqaf jaħseb ftit) Ara tridx niktibulek malajr, għax forsi tinsa xi ħaġa. Stennieni ħa niktiblek nota ta’ malajr u aqrahielhom. Trid?
Thomas: Jiena ma tantx naf naqra sinjur. Ma tantx mort skola.
Karl: Eh iva bilħaqq. (Jieqaf jaħseb)
Thomas: Jiena m'iniex bravi bħalek. (Ibaxxi rasu)
Karl: U msomma Thomas. Int m'intix injorant ta, u dan li qiegħed ngħidlek ma tridx tkun xi filosofu biex tifhmu. Affarijiet ta' kuljum dawn. Mhux hekk?
Thomas: (Ma jweġibx)
Karl: Ara ħa niktiblek nota malajr. Jekk tiġi f'diffikulta, għaddiha lil xi ħadd minn sħabek. M'għandekx ikollok problemi... Naħseb hekk aħjar, x’taħseb?
Thomas: (Jerġa' ma jweġibx)
Karl: (Ħosbien) ...Donnok m'intx se taqdini hux?
Thomas: (Jerġa' ma jweġibx)
Karl: (Ħosbien) ...Hux?
Thomas: Sinjur, jien mhux għax ma rridx…
Karl: Mela xiex?
Thomas: Imma inti veru taħseb li aħna qatt nistgħu nifhmuh dan kollu?
(Jenny titfi d-dawl u tidħol torqod)
Karl: (Jimmuta ssummat)
(Jidlam)

* * * * * * * * *

Mużika: Dazed & Confused - Led Zeppelin
Ħatab: 0
Post a Comment
<< Lura