Sammy
Just watching the show
Over and over again
Norman: Nofs in-nhar u għadek kważi ma għamilt xejn! Ma jistax ikun nibqg
Sammy: Naf li ma jistax ikun. Naf li ma nistax nibqa’ sejjer hekk. U dan jien ili li fhimtu. Imma int mid-dehra, le.
Norman: X’qiegħed tinsinwa?
Sammy: Inti qatt staqsejt lilek iniffsek għala nagħmel hekk jien, għala dejjem b’dil-ħarsa mħassba, għala din l-apatija kollha?
Norman: Jiena ma twelidtx il-bieraħ. Bniedem naqrah.
Sammy: Fil-każ tiegħi, ma qrajt xejn. Jew, jekk qrajt, ma fhimt xejn.
Norman: Taħseb?
Sammy: Le ma naħsibx. Konvint. Imma għidli, x’fhimt dwari int f’dawn it-tliet snin?
Norman: Li int bniedem għażżien u bla inizjattiva. Xi ħadd bħalek fil-ħajja qatt ma jasal imkien.
Sammy: X’iżjed?
Norman: Li tara x’tagħmel biex tfarfar. U xogħolok jixhdu dan għax m’int tagħmel xejn, ħlief issaħħan is-siġġu, sakemm ma tkunx qiegħed tpejjep barra. Dak li fhimt!
Sammy: Qed tara kif ma fhimt xejn.
Norman: Imma int x’qiegħed tippretendi? Li tiġi hawn u titħallas ta’ xejn!? Eh?
Knew it was time
He'd made up his mind
To leave his dead life behind
Sammy: Le. Jiena nippretendi, li f’xogħoli nħaddem il-potenzjal tiegħi, li int dwaru ma taf xejn.
Norman: X’potenzal hu?
Sammy: Jiena nippretendi li f’xogħoli nħaddem dak li naf, dak li tgħallimt, dak li lili, jagħmilni individwu u jagħżilni minnek, minn Cikku, minn Peppu u mill-bqija. Nippretendi li f’xogħoli noħroġ, niżviluppa u nirrijafferma l-identità tiegħi. Ċioè, li bejni u bejn il-prodott tiegħi ma jkunx hemm distinzjoni. Xogħoli rridu li jkun jien, u jien irrid li nkun xogħoli. U dan li qiegħed nitlob, ma hux, jew, m’għandux jitqies, xi ħaġa ta’ barra minn hawn. Għall-ħaddiem, kemm bħala membru tal-klassi li jappartjeni lilha, u kemm bħala individwu, dan għandu jkun dritt sagrosant.
His boss said to him
Boy you'd better begin
To get those crazy notions right out of your head
Sammy who do you think that you are?
You should've been sweeping up the Emerald Bar
Norman:
Sammy: Ħafna. U la qegħdin nitkellmu dwar l-inizjattiva, ippermettili nistaqsik, x’inizzjativa ħadt int biex tifhem għala jien hawn ġew, kif għedt inti, m’inix inkun produttiv? X’inizzjattiva ħadt biex tipprovdili dak l-ispazju fejn jien tassew nista’ niffunzjona?
Sammy: Ħafna. Qabel dħalt hawn ma kontx hekk, imma dawn it-tliet snin għallmuni mod ieħor.
Sammy: Iltqajna mela. Lanqas jien ma naf x’se nagħmel bija nniffsi. Jiena hawn ġew inħossni moħli, midfun. Qisni dik iċ-ġiraffa b’għonqha twil li meta jsiefru taċ-ċirku jdeffsuha f’gaġġa daqs naqra. Jiena dax-xogħol ma jgħoddx għalija u ma jixraqx lill-kwalifiki li ksibt. Anzi, lili dax-xogħol jirredikolani. Mhux ta’ b’xejn li nidħol b’din l-apatija kollha hawn ġew u naħdem daqstant bil-mod. Għasfur, jekk trażżanlu l-ġwienaħ, ma jistax itir. X’jibqa’ minnu?
Norman: Lili dan kollu ma jinteressani assolutament xejn! Jiena li nara hu r-riżultat, u int dak m’intx turih. Dak ix-xogħol huwa xogħolok, trid tagħmlu int u f’ħafna inqas ħin. Fhimt?!
Sammy: Nipprova kemm nipprova, mhux jirnexxili nidentifika ruħi ma’ dan ix-xogħol. Ili ħafna nżommha ġo fija din u naħseb fiha kuljum.
He spends his evenings alone in his hotel room
Keeping his thoughts to himself, he'd be leaving soon
Wishing he was miles and miles away
Nothing in this world, nothing would make him stay
Norman: Diġà għedtlek. Ma jinteressanix!
Sammy: Lilna s-Soċjalisti sewwa jgħidulna tal-lemin, li aħna ma nirrikonoxxux lill-individwu, anzi, noħonquh! Għax huwa tajjeb li nitkellmu dwar il-ħaddiema bħala klassi waħda, l-iżjed f’sitwazzjonijiet urġenti, li taf tajjeb daqsi li bħalissa f’pajjiżna qegħdin jispuntaw bħall-ħożba, imma m’għandna qatt ninsew li l-ħaddiem, minbarra li huwa ħolqa f’katina waħda, huwa wkoll individwu, uniku, b’identità waħda. Il-klassi tal-ħaddiema hi klassi magħmula minn ħafna individwi, li l-ebda wieħed m’hu bħall-ieħor. U din hi xi ħaġa bażika li ma rridu ninsew qatt, inkella niġu klassi tal-mummji.
Since he was small
Had no luck at all
Nothing came easy to him
Now it was time
He'd made up his mind
This could be my last chance
Norman: Ara ħi, jiena m’għandix aptit noqgħod nisma’ dad-diskors fl-arja li ma jfisser xejn. Kid għedtlek, niġi naqa’ u nqum minn dawn il-ħmerijiet. Li jinteressani lili li x-xogħol jitlesta. Tħallinix niġbidlek l-attenzjoni dwar dan iżjed. Xbajt ngħidlek! Tħallinix nerġa’ narak hawn! Ara x’qiegħed ngħidlek!
His boss said to him, Now listen boy!
You're always dreaming
You've got no real ambition, you won't get very far
Sammy: Imma jiena x’tort għandi jekk il-ġlekk li qiegħed tipprova ddeffisli ma jiġinix lili? Hi daqshekk naturali għalik li tisħaq miegħi biex nqatta’ tmien sigħat nirredikola ismi u l-identità tiegħi b’dan il-mod? Inti taħseb li jagħmel sens li bil-kwalifi kollha li ksibt, spiċċajt ikkalzrat hawn ġew nikteb dwar Kalamita u s-Sur Gawdenz?... Kif qatt tista’ l-klassi medja tidentifika ruħha magħna meta qegħdin ninsulentawlha l-intelliġenza tagħha b’dal-mod? Inti bija qiegħed titkaża?! Eh? Lili dawn ma jinteressawnix lili. Jiena l-paġni li nagħmel fil-ġurnal lanqas biss inħares lejhom. Meta nkun qiegħed inqalleb fil-ġurnal naqbiżhom biex ma niftakarx li nagħmilhom. Narahom biss iqabbduni n-nawżja!
Norman: (irritat)
Sammy boy, don't you know who you are?
Why can't you be happy at the Emerald Bar?
Norman: Ma nistgħaġibx ħa ngħidlek, daqs kemm int skantat! Sewwa jgħidu fuqek hawn ġew li qisek mejjet!! Kulħadd l-istess kelma fuqek hawn! Qisek mejjet fuq żewġ saqajn!
Sammy: Le jien ħaj, iżda hawn ġew inħossni midfun ħaj taħt sitt piedi trab.
Sammy: Possibbli li tarah jagħmel sens li xi ħadd bħali, li jħossu daqstant diżinteressat u kritiku tax-xandir Malti, jintalab iħeġġeġ lill-qarrejja biex ma jitilfux l-episodju li jmiss ta’ Becky? Kif qatt nista’ nkun kuntent f’xogħoli meta ħlief nagħfas Enter kull ħames sekondi ma nagħmilx… Canale 5, Enter, Festival Bar, Enter, TVM, Dejjem Tiegħek Becky, Enter, Italia Uno, Paperissima, Enter! Ma taħsibx li dan redikolu?! Ma taħsibx li jixraqli aħjar jien! Ma taħsibx li tista’ tituliżżani aħjar lili?
Sammy: Kollox sew.
Sammy: Dażgur. Dażgur li nifhem. Mil-lat kummerċjali għandek raġun. Ix-xogħol irid jitlesta, u malajr kemm jista’ jkun. Frankament, jiena ma ġejtx hawn biex nikkontesta dan kollu. Jiena sempliċiment ġejt hawn biex nagħtik il-perspettiva tiegħi u nfehmek x’inhi l-problema tiegħi. Tant nifhem x’qed tgħid li f’dawn it-tlett snin qatt ma ħassejt li kelli niġi ngħidlek dan kollu. Assumejt li l-problema tiegħi fhimtha bla ma kelli għalfejn infissirha. Imma la l-biċċa skalat sal-punt ta’ theddida ta’ tkeċċija, kelli niġi ngħidlek “isma’, ma nafx intbaħtx, imma din hija l-problema tiegħi.” Imma la qed tgħidli li ma jinteressakx, allura, bħas-soltu, dan l-isforz tiegħi ma sewa għal xejn.
Norman: Hi x’inhi l-problema tiegħek, ma hix problema tiegħi. Jekk iddejjaqt il-bieb taf fejn hu. Itlaq!
Spread your wings and fly away
Fly away, far away
Sammy: Imma lili qiegħda tikolni minn ġewwa, ġieli anke meta ma nkunx hawn. Jekk xejn din hija sitwazzjoni umana. Tinsiex li jien hawn qiegħed inqatta’ madwar erbgħin siegħa fil-ġimgħa, kważi terz ta’ ħini. Anzi nofsu, għax terz minnu rqad, u dak tista’ lanqas biss tista’ tgħoddu.
Norman: Jiena din il-problema ma nistax insolvihielek.
Sammy: Indunajt. Kollox sew, jien sejjer nipprova nkompli... b'ħajti.
So honey
Spread your wings and fly away
Fly away, far away
Norman: Mhux tipprova. Mur u fittex lesti!
Spread your little wings and fly away
Fly away, far away
Sammy: Jiena ħa nipprova. Dak kull ma nista’ ngħidlek. Li se jirnexxili mhix xi ħaġa li nista’ nwegħdek, iżda l-fatt li se nipprova hu sinjal li jien qiegħed nifhem il-pożizzjoni tiegħek. Nittama li xi darba tifhem tiegħi u tifhem l-għala jien hawn ġew inħossni daqstant imdejjaq u frustrat.
Norman: Nerġa’ ngħidlek, u issa għall-aħħar darba, jekk ma jogħġbokx, itlaq! Tħallinix inkeċċik jien. Iżda jekk se tippersisti, se nirrakomanda lill-Bord biex iwaqqfek. U mbagħad tgħidx li ma avżajtekx. Iżjed minn hekk ma nistax ngħidlek. U issa, jekk ma jimpurtax...
Sammy: Kollox sew... Inti għamel fattik… (Jasal ħdejn il-bieb u jiftħu) U jien, nagħmel fattija.
Pull yourself together
Cos you know you should do better
That's because you're a free man
So come on honey…
Mużika: Spread Your Wings - Queen
Ħatab: 3
good post
Hehe, donni fhimtu l-punt.
Jiena fhimtu żgur sieħbi għax għalkemm ilna kważi ħames snin li spiċċajna mill-univ, jidher li xorta bqajna f'ħajja parallela. Irnexxielek tiddeskrivi s-sitwazzjoni preżenti eżatt kif inhi.
Post a Comment
<< Lura