Kelmtejn Qabel Immorru
Skantati ngħoddu l-ħin u minn idejna
bħall-ilma jqattru s-snin kesħin moħlija.
Is-snin muniti sbieħ, muniti foloz.
(Skantati Ngħoddu l-Ħin - Oliver Friggieri)
L-erbgħa u nofs...
Nobgħodhom l-ispjegazzjonijiet.
Ċioè, nobgħod nagħlef lil dak li jkun bl-imgħarfa dwar dak li jfettilli nagħmel. Is-soltu nippreferi nħalli lil dak li jkun jipprova jsib tarfi waħdu milli noqgħod nfissirlu bil-punt u l-virgola dwar il-kif u l-għala.
X'aktarx jien qatt m'hu se nkun għalliem tajjeb. Il-kunċett tal-buffu kożmiku jogħġobni immens, u għad li ma nemminx f'alla, spiss naqbad lili nniffsi nispekula dwar x'kien jaħseb Alla kieku kellu jisma' lill-filosofi u l-artisti jispekulaw dwar l-eżistenza tiegħu jew tagħhom. Nimmaġina li b'xi mod dan irid jgħaddih il-ħin.
Iżda għal xi raġuni, li sinċerament ma nafx sew x'inhi, illum irrid nikteb dwar kif sibt ruħi fil-bloggosfera, u nispjega l-għala qtajtha li nsir parti minnha. Jista' jkun li llum qiegħed nagħmel dan għax m'għandix dwar xiex nikteb, jew għax għandi bżonn naljena moħħi b'xi ħaġa frivola, jew għax bħalissa qiegħed għax-xogħol u m'għandi xejn x'nagħmel ħlief nisma' kollega anzjan tiegħi jċanfar lill-minutieri għax m'humiex juruh il-ħdax u kwart.
Bħal-lum, fix-xift tal-Ħadd fil-għaxija, kollox jidher u jinstema' iżjed monotonu mis-soltu u qajla ssib xi ħaġa x'tagħmel. Jekk isir xi omiċidju fuq l-għatba ta' l-istamperija, niddubita nindunawx...
Il-ħamsa u għoxrin...
Xi ftit ġimgħat ilu għamilt eżami biex forsi ma tafx kif inħalli "lil din l-art qaħba" u mmur naħdem bħala traduttur il-Lussemburgu. Is-sena li għaddiet kont diġà ksibt ċertifikat ta' mertu fit-traduzzjoni mill-kumpanija Lexicom Translation Services, iżda minħabba intervent tassew kurjuż mill-Gvern, dan iċ-ċerifikat illum sar jiswa ferm inqas mill-karta li hu stampat fuqha. Rigward dan id-deprezzament tas-sħarijiet, x'aktarx Immanuel Mifsud jaf xi ħaġa iżjed minni, għax kien wieħed mill-għalliema impjegati mal-kumpanija li kienet tħarriġna.
Madanakollu, f'dak l-eżami kont ħassejtni mort tajjeb ħafna, tant li wara mort xrobt xarba nbid ma' ħabib tiegħi u dħalt id-dar tard u mandra. X'tagħmel?! Tajjeb jew ħażin, il-gosti rikreattivi tiegħi minn dejjem kellhom xeħta kemmxejn Bakkika. Kulħadd b'xi hobby, min bil-kelb u min bid-doggie.. u min bil-pussy...
Is-sitta u għaxra...
Dak in-nhar meta dħalt lura d-dar sibt ruħi npaċpaċ fuq l-MSN ma' sieħbi Arċibald, li bħali żmien ilu missitu x-xorti mbierka li jitħarreġ taħt l-awspiċju omnixxenti tal-Kokka f'tal-Qroqq(a). Ladarba dak iż-żmien jien u Arċibald konna kumpanni intimi fl-Akkademja tal-Komunikazzjoni tal-beatu Salvu Chircop, minn żmien għal żmien bqajna naġġornaw ruħna dwar (i)l-(miż)avventuri tagħna fid-dinja tax-xogħol. Dawn it-taħditiet kienu saru iżjed spissi mindu l-ambizzjonijiet u l-prospetti professjonali tagħna sseddqu qatigħ bil-miġja ferm mistennija fostna tar-Rebbiegħa l-Ġdida.
L-aħħar avventura tiegħi kienet proprju l-eżami li semmejt ftit qabel, u għaldaqstant, dak in-nhar ma nqastx li nagħtih titrifa fuq fuq dwarha. Kien hawn li tarrafli li l-Lussemburgu hemm xi bloggejja Maltin jaħdmu ta' tradutturi. Din dlonk qabbditni l-kurżità nesplora l-bloggs ta' dawn l-immigranti żleali. Iżda qabel xejn, l-ewwel blogg li rajt kien proprju ta' sieħbi Arċibald, li naħseb li hu wieħed mill-iżjed bloggs satiriċi li għandna jitbissmu fil-bloggosfera Maltija. Ma ninsa qatt il-bloggata tiegħu dwar il-Beatles u l-Papa, biex inkun semmejt waħda, li hi miktuba bi stil li jikkumplimenta tajjeb ferm mas-sens t'umoriżmu li dejjem nafu mogħni bih.
Lil Arċibald ili nafu mindu kelli sittax-il sena. L-ewwel darba li ltqajna kien f'kunvent tas-sorijiet f'Tas-Sliema, waqt weekend meeting tal-Chrisco (Christian Community!) f'Novembru ta' l-1996, fi żmien meta jien kont għadni ferħan se ntir bir-rebħa elettorali tal-partit taċ-ċittadin. Iżda b'xorti ħażina f'dak il-weekend ftit li xejn kellna ċans nitkellmu, għax jiena u tnejn minn sħabu ssakkarna ġo kamra għalina u b'rasu kien idur kieku xi ħadd azzarda jtellifna. F'jumejn konna kkunsmajna madwar sittin bott birra u biżibilju Camels u Marlboros ħomor bla filtru.
Dak il-ħin, f'xi kamra fis-sular t'isfel miżgħuda bi xbiehat koroh ta' l-Eċċe Homo, in-nagħaġ il-fidili ntasbu jaqsmu l-esperjenzi intimi tagħhom dwar il-preżenza ma taqta' xejn tal-Mulej f'ħajjithom. Intant, fis-sular ta' fuq, aħna konna mitlufin nisimgħu l-Black Sabbath, id-Deep Purple u l-Led Zeppelin.
Dak in-nhar ħsibna li xejn ma jista' għalina. Dak in-nhar urejna lil kulħadd kemm aħna r-Rockers konna ala-bieb-żobbna. Dak in-nhar ħsibna li tassew konna kbirna. Imma dik storja oħra…
Is-sebgħa neqsin kwart...
Din il-biċċa xogħol ta' l-ibloggar kienet xi ħaga li, għal bosta raġunijiet, minn dejjem kont noħlom biha. L-idea li tkun parti minn netwerk vast ta' individwi minn kull rokna ta' "l-misħut globu" minn dejjem saħħritni. Mhux biss minħabba li l-blogg hu mezz ta' espressjoni u komunikazzjoni tassew ħieles u sa ċertu punt, anke bla fruntieri, iżda wkoll għax kapaċi jgħaqqad flimkien bosta mħuħ f'proċess kontinwu tassew intriganti ta' qsim ta' esperjenzi u ideat.
L-ewwel esperjenza tiegħi f'din id-dinja kien permezz tal-live journal. Xi sena u nofs ilu kont nikteb f'sit live journal bil-psewdonimu ta' Dog Man Star, li slittu minn isem ta' album fenomenalissimu tal-grupp altnernattiv Ingliż Suede. Iżda ma kontx domt wisq ma tlift il-ħeġġa u l-entużjażmu, x'aktarx għax dehrli li l-maġġoranza tal-komunità Maltija residenti f'dan is-sit kienet magħmula minn tipi li xi ħadd m'ilux tahom it-titlu ta' l-elite krepuskolari. Issa jekk dawn it-talin "fil-fond ta' qalbhom" humiex tassew "miżerabbli ħafna" ma nafx. Kull ma naf hu li lili, bħal ħafna ħwejjeġ oħrajn li qiegħed niltaqa' magħhom dan l-aħħar "nel quarto di cammin di nostra vita", saru jaħbtu jqabbduni n-nawżja...
Is-sebgħa u nofs...
Meta Arċibald irreferieni għal dawn il-bloggs erħejtilha nistħarreġ sewwa sew x'ħobż jieklu dawn il-bloggejja. Qabel xejn, ħadt interess fil-bloggosfera għax b'xi mod xtaqt nistabilixxi kuntatt ma' dawk li kienu żgiċċaw minn taħt il-friex imdennes tal-"qaħba gżira" biex marru jitbaħardu fil-briedel lussużi Lussemburgiżi. Il-perċimes fost dawn huma Mark Vella, li għadu ma fehmnix eżatt x'xebħ jara bejni u d-dulliegħa (l-aħmar forsi?), u Jacques Rene Zammit, li hu avikot elokwenti li Miss Melita dan l-aħħar xlietu b'arroganza u b'riħa ta' ġobon minn dak l-Għawdxi.
Lil ta' l-ewwel ma ltqajt miegħu qatt, iżda naf sewwa lil ħuh, li meta konna novizzi fl-iskola tan-nuna f'Tal-Qroqq(a) konna nqattgħu sigħat twal nitħaddtu dwar is-Soċjaliżmu Radikali, is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-assurdità (skond hu) tar-Rock Progressiv, li jien dak iż-żmien tant kont għadni infatwat warajh.
L-aħħar darba li rajtu kien xi sena nofs ilu f'xi triq mkissra ġo Paceville.Niftakar li dak in-nhar kien telliffli date ma' tfajla bomba Finlandiża, għax bqajt nitħaddet miegħu dwar… il-falliment evidenti tas-Soċjaliżmu Ewropew ta' żminijietna. L-għada, meta rġajt rajtha, għażilt li magħha nkun sieħeb mill-iżjed veritier, u għedtilha l-verità u xejn inqas mill-verità dwar l-għala ħallejtha "stranded like an idiot in the midst of teenage Arab perverts" għal xi tliet kwarti sħaħ.
Il-bqija immaġinawh intom, għax il-Malti tiegħi mhux tajjeb biżżejjed biex jitraduċi sewwa ċerti espressjonijiet poetiċi li tlissnu minn qiegħ qalbha f'dawk il-mumenti sbieħ ta' seħer u ġenn l-imħabba....
It-tmienja u kwart...
Lil Jacques niftakru jimmilita fl-SDM u l-KSU ma' l-ulied Maltin ta' de Gasperi u Jacques Monet. Dak iż-żmien huwa kien President maribond tal-Kunsill Studenti Universitarji, fil-waqt li jien kont sovversiv imqarqaċ fil-kukkanja tal-konfoffi Soċjalisti, fost qlafat Marxisti, Mintoffjani nostalġiċi u partitarji Santjani. Tiskanta kemm dak iż-żmien il-kappa Għaqda Studenti Soċjal-Demokratiċi kienet tiġbor taħtha sfumaturi differenti ta' lwien ħomor. Illum wisq nibża' li taħtha għadha tiġbor biss minn dawk ta' l-aħħar, li huma wkoll, dan l-aħħar saru jqabbduni xi ftit tan-nawżja.
Meta sirt naf lil Jacques jiena kont ħriġt għall-elezzjonijiet tal-KSU f'isem il-moviment studentesk xellugi u pretenzjuż IDĠ - Impenn Demokratiku Ġdid. F'temp ta' jumejn kont ħarbixt abbozz (li baqa' abbozz) ta' manifest elettorali flimkien ma' Aaron Farrugia, li llum għadu jissielet biex jsib postu fl-għola qċaċet ta' dak li għad fadal minn dak li kont tant inħobb insibu bħala l-Partit tal-Ħaddiema. Lill-klikka infami ta' Jacques konna akkużajniha li hi anti-demokratika, għax tappoġġa sistema elettorali bażwija li tiggarantixxi li tal-lemin jibqgħu dejjem fit-tmun tad-destin ta' l-istudent.
Niftakar li kont ukoll bagħat ittra lill-istudenti universitarji kollha. Fiha kont erġajt sostnejt l-istess akkuża: "... Għalhekk fuq il-kampus kull ma jmur qiegħda tinħass il-ħtiega li fix-xena politiko-studenteska jkun hemm Impenn Demokratiku Ġdid..."
Forsi dak in-nhar ma konniex morna żmerċ sa barra, għax id-diskrepanza bejn il-voti miksubin mill-SDM u l-IDG ma kinitx xi waħda daqstant notevoli. Qatt ma kienet li xi grupp ikkontesta lill-SDM u ġabar madwar 40% tal-voti kollha mitfugħin. Kienet xi ħaġa li lanqas aħna ma konna qegħdin nobsru. Għaldaqstant għalina din kienet rebħa relattiva. Wara li għadda kollox u l-poplu Malti ħareg bi ħġaru fit-toroq jiċċelebra r-rebħa tas-suċċessuri ta' Jacques u sħabu, aħna sħaqna fuq li sħaqna li bis-sistema tas-Single Transferable Vote l-għaqda/grupp/ma nafx kien itella' ta' l-anqas tlett kandidati fl-eżekuttiv tal-KSU.
Xi ħadd kien ħareġ ukoll bl-idea oriġinali ħafna li dak lil dak l-eżekuttiv nittimbrawh bħala "illeġittimu", iżda dak in-nhar jien kont għaqli biżżejjed li ma nħallix din l-istqarrija tasal għand l-istampa, ma jmurx xi ħadd ifettillu jikkopjana.
Sena wara għamilna kampanja simili, iżda ferm iżjed qawwija, fost l-imħuħ teneri u innoċenti ta' l-istudenti tal-Junior College. Dik id-darba kien irnexxielna ntellgħu sparati lill-kandidati tagħna kollha. Fil-għodu konna qegħdin ilkoll niċċelebraw l-White Arrow u naqbżu mad-diska... Children ta' Robert Miles, fil-għaxija konna l-aħbar prinċipali fil-bullettin ta' l-aħbarijiet ta' One News. Fi stqarrija għall-istampa jiena kont ktibt li din ma kinitx biss rebħa għax-xellug studentesk, iżda wkoll trijonf deċiżiv għad-demokrazija.
Imbagħad sena wara xi żewġ komaradi ġiegħelu lill-eżekuttiv uxxenti tal-KSJC jbabas bi żball, jew għal bżonn (immarka skond il-ġudizzju/preferenza tiegħek), l-istatut biex naċċertaw rwieħna li fl-elezzjoni li kienet riesqa niksbu l-istess riżultat. U dak in-nhar kien hemm xi erbgħa wiċċhom tost akkużawna li aħna ma konniex tassew demokratiċi.
Intant, it-toroq tiegħi u ta' sieħbi Jacques infirdu. Dr Zammit illum qiegħed ipappiha l-Lussemburgu, fil-waqt li jien għadni hawn nisma' lill-kollega tiegħi jilmenta li għad fadal xi sagħtejn oħra...
Id-disgħa u ħamsa...
Il-bloggs tat-tradutturi Maltin insibhom utli ħafna, għax jekk xejn, jagħtuni ħjiel dwar kif inhi l-ħajja fl-alta soċjetà f'art id-Dukat. X'aktarx li din kienet l-iżjed ħaġa li għall-ewwel żammitni interessat fil-bloggosfera. Imbagħad skoprejt bloggs interessanti oħrajn ta' individwi partikolari ħafna, uħud minnhom ukoll persuni distinti, li bħal Jacques iġibuli ħafna memorji.
L-iżjed wieħed li nsegwi fost dawn hu dak ta' Immanuel Mifsud, li permezz ta' bloggtu, wara seba' snin eżilju, issa stabbilejt miegħu mill-ġdid xi forma ta' kuntatt frekwenti. Minkejja li dan il-kuntatt huwa biss virtwali, it-tgedwid tiegħu jibbastani tajjeb ħafna biex nitfakkar mill-ġdid f'dawk l-għomeliji dwar il-poeta Malti favorit tiegħi Achille Mizzi.
Immanuel Mifsud kien wieħed mill-iżjed persuni influwenti f'ħajti.
Għaldaqstant kuntent ħafna li sibt mezz bħal dan biex inwassallu dan il-messaġġ.
Immanuel, kont int li xegħelt fija in-namra għal-letteratura u anke għall-filosofija, l-iżjed għax minkejja li l-għomeliji tiegħek suppost kienu jittrattaw is-suġġett ta' l-ewwel, dawn spiss kienu jkunu iżjed lezzjonijiet ta' din ta' l-aħħar. Dan huwa fatt xi ftit sorprendenti, l-iżjed meta tqis li int miegħi wasalt fejn l-għalliema tal-filosofija li kelli forsi ma rnexxilhomx jaslu: li tqanqalli l-ħsieb u l-kurżità "li nistħarreġ l-iżjed ħwejjeġ mistura fil-bniedem".
Kont int ukoll li introduċejtni għall-ideat tal-Post-Moderniżmu, għar-Relattiviżmu (li sal-lum għadni ma naċċettahx fit-totalità sħiħa tiegħu), it-teatru ta' l-assurd ta' Beckett, il-psikoloġija ta' Freud, l-Eżistenzjaliżmu Franċiż, il-Kubiżmu ta' Picasso u l-mużika ta' Beethoven u Chopin, fost oħrajn. Kont int ukoll, flimkien ma' Adrian Grima u għalliem ieħor li llum m'għadux magħna, li bqajt tħeġġiġni nesperimenta bil-kitba.
Kieku ma kienx dan kollu, forsi jiena llum m'iniex dak li jiena llum…
L-għaxra neqsin għaxra...
(…Intant, waqt li qiegħed noqtol il-ħin nikteb dil-bloggata, li donnha ma trid tispiċċa qatt, daħlitli aħbar bil-fax mid-Dar Ċentrali tal-Piedi Piatti di Malta. L-aħbar tarrfitli li xi ħadd li kien fl-istess klassi miegħi fil-Year 4, u wara wkoll fl-istess skola fis-Sekondarja, il-lejl li għadda nqabad mill-Pulizija f'Paceville fil-pusses ta' 325 pillola ecstasy u anke tal-kokaina u l-eroina. Il-fax tgħid ukoll li dal-għodu hu u sieħbu tressqu l-Qorti b'urgenza u li bħalissa qegħdin jinżammu arrestati fil-Faċilità Riformatorja ta' Kordin.
Inzerta li dan l-aħħar lil dan it-tali ġieli lmaħtu xi drabi fil-kumpanija wisq sabiħa ta' l-eks-tfajla tiegħi. Issa fuq min din jogħġobha tmur tintelaq suppost li m'għadhiex biċċa tiegħi, imma nistqarr li nirrita ruħi mhux ftit u ninkwieta ferm meta naraha tagħmilha ma' ċerti persuni. Imsomma, ejja ngħidu li ninfiska dejjem, tkun ma' min tkun. Jiena "tifel għajjur. Full stop."
Din l-aħbar ħasditni bil-kbir, kemm għax lil dan iż-żerbinott għadni niftakarni nikkustinja miegħu dwar kull ħsieb li jista' jgħaddi minn moħħ ta' tifel, u iżjed u iżjed għax qalbi donnha ħebritni li din l-ostja din id-darba redgħatu b'mod bil-wisq differenti minn kif is-soltu tiggosta tagħmel.
Għaldaqstant, biex naċċerta ruħi li ma jissemmiex isimha, qrajt u erġajt qrajt din il-fax xi tlieta jew erba' darbiet. Din id-darba x-xorti għażlet li ċċartilha ħalqha, għax milli jidher fi tmiem il-ġimgħa li għadda ma kinitx fil-kumpanija xejn sabiħa ta' dan ix-xifajk. Madanakollu, dan mhux se jiskansalha l-iskomdu li fil-futur qrib tidher quddiem l-ogħla interpreti tal-liġi biex twieġeb dwar bawxata simili li daħħluha fiha dawk sħabha, li skond hi, kienu jħobbuha ferm iżjed minni.
Kultant lanqas nemmen li minkejja li għadda ftit taż-żmien mhux ħażin, f'sitwazzjonijiet bħal dawn ħsiebi dlonk itir għaliha. Kull meta nisma' b'xi każ bħal dan jagħti estru biex inċemplilha ħa nara tkunx tinsab tajjeb, għax naf sewwa kemm igerfixha u jisseduċiha dat-tgerfix. Żgur iżjed minn kemm qatt irnexxieli jien. Iżda mbagħad niftakar li m'għadniex nitkellmu.
U niftakar ukoll li nħobbok, daqs kemm nobgħodok, u li nħobbok, u li nobgħodok daqs kemm inħobbok… u issa l-warda s-sewda li xtrajtlek iżda qatt ma lħaqt tajtek neżżajtha mill-petali kollha... Għax int, issa m'għadekx toqgħodli iżjed qisek l-għaxra u għaxra...
L-għaxra u nofs...
Blogg ieħor li nsegwi ta' spiss huwa t-Tempji Mqabbda ta' Robert Micallef, li minn hawn nirringrazzjah ħafna talli x-xahar li għadda għoġbu jżejjen lil bloggti bi tliet premji Roberts. L-inizjattiva ta' Robert, li jwettaqha b'dedikazzjoni sfiqa, forsi nistgħu nsejjħulha meta-bloggar, għax il-prodott aħħari tagħha huwa blogg dwar il-bloggs. U apparti dan, ma rridux ninsew il-listi eżawrenti tiegħu dwar dak li tajjeb jew ħażin, ikun qiegħed jitħarbex ta' kull ġimgħa fil-ġurnali rikki lokali tagħna.
Imbagħad hemm il-blogg ta' Twanny, li huwa poeta, lingwista u traduttur mustaċċun. Il-blogg tiegħu nqisu bħala tribut mimli mħabba lejn l-ilsien Malti f'sens wiesa', tant li fih issib tagħrif dwar il-lingwa Maltija li ma ssibux f'sorsi oħrajn kif ġieb u laħaq. Dan l-aħħar kelli x-xorti niltaqa' miegħu xi darbtejn. Minkejja l-merti akkademiċi tal-blogg ta' Twanny, l-iżjed ħaġa li tolqotni fi Twanny hu Twanny inniffsu, li f'moħħi spiss nassoċjah man-nom "tjieba".
Twanny hu Samaritan twajjeb... u jiena, dak il-ħalliel makakk li fl-aħħar ta' ħajtu għamel l-akbar serqa, il-great domain robbery. Imma lili jżabbu mhux jaqbduni...
Il-ħdax neqsin ħamsa...
U fl-aħħar ma rridx ninsa nsemmi Ħġejjeġ, il-blogg ta' l-Imżebbel… il-Pulċinell ta' Ġeżebel u x'naf jien, li frankament ormai qtajt qalbi nsiblu rkaptu. Dan daqqa jitfalna xi poeżija, daqqa xi dramm sovversiv u nejjieki li lanqas l-iżjed teatrant m'aħniex ma jazzarda jtella', daqqa joħroġ b'xi ħamallata, daqqa jsabbat jew jgħolli mas-sema xi artist, daqqa jispekula dwar il-Bniedem il-Ġdid tas-Seklu Wieħed u Għoxrin, u sejrin...
Bejnietna, wara li qrajt dak it-tgerfix kollu, qtajtha li jkun ta' fejda għalina li ma nikkontemplawx wisq dwaru. Biżżejjed għal-jum it-taħbit tal-ġurnata. Mela non ragoniam di lui ma guarda e passa...
U jekk hawn xi ħadd kurjuż dwar għala bloggtu semmih Ħġejjeġ, u fuq għala l-Imżebbel, jew inkwantu xi jrid jgħid biha din tal-Pulċinell ta' Ġeżebel, ngħidlu li fil-ħajja hawn ħafna ħwejjeġ iżjed interessanti dwar xiex iħabbel rasu, dejjem jekk ma taħkmux barra minn fuqna n-nawżja. Imma dik ukoll hi storja oħra…
U fuq kollox, li tkun taf xi tfisser l-Imżebbel x'differenza se tagħmillek f'ħajtek?
U issa Ġeżebel ilha mejta u midfuna eluf ta' snin.
U Pulċinelli mas-saqajn għad hawn kemm trid!
U jiena nobgħod l-ispjegazzjonijiet...
Nobgħodhom daqs kemm bħal-lejla nkun qiegħed nistenna bil-ħerqa li jdoqqu
il-ħdax u kwart...
Mużika: Aħseb fit-Tifel - Shazam
(Illum irrid indoqq xi ħaġa bil-Malti. La semmejt lil dik il-madonni, kont se nitfa' d-diska "Xemx" ta' The Tramps, li l-bieraħ fil-Broadband Gathering daqqewha wkoll l-iXtruppaw. Iżda fittixt kemm fittixt ma stajt insibha mkien.
Allura se ndoqq l-unika mp3 bil-Malti li għandi, "Aħseb fit-Tifel" ta' Shazam. U waqt li nisimgħuha, naħsbu ftit f'dak it-tifel imqareb, li bħalissa qiegħed jitqalleb għall-ewwel darba fuq sodda nofs kedda ġo toqba mudlama f'Kordin, waqt li jgħid lilu nnifsu kemm kien ċuċ... għax ħallihom jaqbduh...)

Ħatab: 8
Onorat bi kliemek, ja mzebbel! Grazzi hafna ta' din il-bicca tal-mustacci. Li kieku ma kontx inkisser il-lingwa Maltija ma' kull haga li nikteb, kont nobromhom ;-)
Interessanti hafna l-istejjer dwar l-avventuri politici-studenteski fl-Università. Naf li hawn hafna bloggejja li hadu sehem attiv fihom, u Jacques digà kien irrakkontali gentilment xi esperjenzi tieghu. Niehu gost insir naf aktar ghax dawn affarijiet li tlift ghalkollox minhabba li studjajt barra.
Sahha,
Twanny.
Bil-haqq,
http://www.marz-kreations.com/Nostalgia/MalteseSongs/MalteseSongs.html
Hu gost!
X'naqra kelmtejn fuq il-bloggejja sieheb :) Inkredibbli kemm jirnexxielek taghmel affarijiet extrakurrikulari fil-hin tax-xoghol hux lol
Tal-Chrisco niftakarha ghax qas biss kont naf x'laqatni meta dhalt JC - ma kont naf lil hadd u dhalt ghas-socialising iktar minn xejn. Dawk it-tnejn li semmejt - specjalment wiehed minnhom (l-iehor ma nafx) ghadu jdoqq f'grupp religjuz s'issa.... jigifieri mhux imbilli taghmilha tar-rocker u l-alazobbu meta jkollok sittax - dak facli. Id-difficli huwa biex taccetta f'hajtek li dak kollu li ghallmuk tal-muzew minn mindu kellek 5 snin kien hmerijiet - id-difficli huwa li propjament taghmel xi haga f'hajtek dwaru minnflok tghaqqad banda Christian rock filwaqt li tghid li alazobbok.
Imma nsomma... qlajtli ftit memorji mhux hazin - kont kwazi insejt hafna mill-affarijiet u ghal mument gieni dubju jekk grawx vera jew kienu biss holma ta' xi hajja ohra li ghext - specjalment partijiet sostanzjali minn dak il-weekend. Imnalla ma kienux jezistu digital cameras dak iz-zmien ghax kieku r-ritratti kienu jittormentawni ghall-bqija ta' hajti :)
E u grazzi talli semmejt il-blogg 'satiriku' li bazikament huwa biss dak li jghaddi minn mohhi u li ssoltu jintilef wara ftit sekondi :) CU xbin u nawguralek ghall-avventura tal-Lussemburgu :)
Ironikament, jien dak iż-żmien kont kandidat il-Miżew, għalkemm ftit ġimgħat wara bewwiġt 'il barra.
Dak il-weekend għadni niftakru qisu lbieraħ. Niftakar sewwwa kull ma rajt u smajt; kull ma għedt u kull ma qaluli; kull ma għedt minn wara dahrahom u kull ma qalu minn wara dahri. Niftakru ferm aħjar minn dak li għamilt dal-għodu.
Rigward dak li skond int, qiegħed fi grupp Christian Rock, aħjar ma tantx nikkummenta. Kull ma nista' ngħidlek hu li għadni sal-lum ma nifhimx eżatt minn xiex inhu msawwar. Kien hemm żmien meta kont infittxu ħafna, imma imbagħad inqalgħu xi "aċċidenti" li f'għajnejja biddluh totalment.
Rigward l-ieħor, maa tantx jidher li mexa fuq il-passi tiegħu, għax sa ftit ilu kien għadu jdoqq il-bass fi grupp Death Metal. :)
Inkwantu r-ritratti, x'imkien għandi għandi mazz ritratti ta' dak il-weekend, u naf nies li għandhom ferm iżjed minni. :))
Sieħbi, dak hu żmien li ma jitħassar qatt, u nimmaġina, li anke int, bħali, kultant tixtieq li għadek imwaħħal hemm.
Izda l-hajja tkompli...
Stramba imma kieku ma semmejtux int kont kwazi eliminajtu kompletament mill-memorja dak il-weekend. Ritratti zgur li m'ghandix u miniex cert jekk irridx nara. U b'differenza tal-maggoranza tan-nies li kienu hemm, wara li ghadda dak il-weekend jien qatt ma kont nigi kuljum fil-ghodu ghall-quddies qabel il-lectures - l-irqad kont narah ferm iktar importanti dak iz-zmien u nista nghid li z-zmien tani ragun. :)
Aktar nara t-tieni s-sena jien bhala nostalgika - meta kont ghaqqadt dak l-ispeci ta' grupp rock u daqqejna fl-istudents festival. Imma dik storja differenti (twila wkoll). Il-hajja kompliet imma u ghada miexja bil-free...
J'alla ssib dak li ma sibtx hawn. Ħsiebek hemm u in bocca al lupo.
Splengun: Grazzi
kenneth: Tmur fejn tmur fid-dinja, ibqa' ċert li se ssib l-intoppi. Iżda hawn, milli nista' nifhem, minn dawn biss issib. Forsi dik hija d-differenza.
Saħħiet sieħbi, u żomm il-kuntatt.
Post a Comment
<< Lura