Tal-Ġenn man!
One Flew Over the Cuckoo's Nest
Forsi bla ma lkoll tassew intbaħna, kważi reġa’ ħarbilna xahar ieħor mill-camin di nostra vita. Ngħid għalija x-xahar rajtu tar xi ftit iżjed malajr mis-soltu u lejn tmiemu għoddu ħallieni bla nifs. Dan ix-xahar kien wieħed partikolari ħafna, tant li għalija nista’ nsejjaħlu storiku. Dan għax qabel xejn ħlist darba għal dejjem mill-iskomdu li mmur nitmiegħek fil-medjokrità soffokanti li kont inqbadt ilsir fiha għal erba’ snin sħaħ...
L-Imżebbel: Bonġu.
Id-Direttur: Bonġu. Ġejt għall-paġni? Għadu ftit tal-ħin ta!?
L-Imżebbel: Le, propjament ġejt nagħtik in-notice.
Id-Direttur: Se titlaq?
L-Imżebbel: Mela.
Id-Direttur: Din xi ġennata oħra minn tiegħek?
L-Imżebbel: Inkella ma nkunx jien.
Id-Direttur: U fejn sejjer?
L-Imżebbel: Għandek kollox f'din l-ittra. Jien sejjer nippakkja ħwejġi kif għandi ftit ċans. Lijf fadalli eżatt daqs kemm għandi nagħti notice. Għalhekk illum l-aħħar ġurnata tiegħi.
Id-Direttur: ?
Iva, fl-aħħar dik il-ġurnata li fiha ġejt irilaxxat mill-isptar mentali Reggie Miller waslet. Sħabi l-pazjenti kienu ferħanin daqs kemm maħsudin. Iżda jkolli ngħid li d-Direttur ta' l-Isptar deher maħsud biss, aktarx għax bla ma xtaq fehem li trid tkun proprju xi ġennata manja li tifdik mill-jasar tal-ġenn. Wara kollox, l-istorja tgħallimna li prezz il-fidwa dejjem kien il-ġenn...
Dr. Spivey: ...U milli nisma' fuqek ġenn għandek biex tbiegħ int. Minn dawk tal-Cuckoo's Nest inti!
L-Imżebbel: Jiena l-Imżebbel ta' xagħru msebbel u ala bieb żobbi! Imsomma, x'sejjaħtli hawn nagħmel bħalek inti?
Dr. Spivey: Ifhem, il-vera r-raġuni li int inġibt hawn hi għax rieduk tiġi eżaminat... biex jaraw jekk intx mentalment marid jew le. Din hija l-vera raġuni.
L-Imżebbel: Ħeqq, sa fejn nista' nifhem, hi għax jien, ermm, niġġieled u naħxi wisq...
Dr. Spivey: Bil-mod ħej. Qisekx Bruce Lee tal-porno! hehe
L-Imżebbel: Imma issa kkalmajt ta... Kemm ili hawn ma' sieħbi Ereżija fil-kapitali tal-Lussemburgu...
Dr. Spivey: Ereżija?... Eh ija! Tal-Kriżi. Dak in-nofs ras l-ieħor! Se tkunu qegħdin sew mela eh!
L-Imżebbel: Ija. Tassew ħasra li magħna m'hawnx seħibna Twanny. Iżda taqtax qalbek ħabib. Jasal żmienek ma jdumx. F'dar missierna hemm ħafna għamajjar, avolja fil-flatt tagħna għad ma għandna xejn.
Dr. Spivey: Int lili qed tgħid?
L-Imżebbel: Le, lil Twanny hux.
Dr. Spivey: Eh, ok.
L-Imżebbel: U ija mhux xorta man.... Imma m'aħniex qegħdin ninkwetaw wisq dwar l-għamara ta, għax il-benefattur tagħna Mark Vella ta' Xifer wegħdna bil-miktub li għall-ispejjeż li se nidħlu fihom se jagħmel tajjeb hu. Anke inti ta, jkollok bżonn xi sold kellem lilu. Toqgħodx tistħi.
Dr. Spivey: Eh allora che vuoi di più della vita?
L-Imżebbel: Beh, forse una milf Parigina...
Dr. Spivey: Una che?
L-Imżebbel: Ma cazzo voi strizza cervelli siete proprio tutti così schemi!!
* * * * * * *
U issa ħallina miċ-ċajt, kollox ma' kollox il-Lussemburgu għoġobni immens. Nistqarr li kemm domt hemm ħassejt ċerta kalma u serenità li f’Malta ġieli rsaqt lejha biss f'xi ftit imkejjen imbegħdin. L-arja u l-ambjent flimkien ma' l-ordni apparentement arbitrarja tal-belt għenuni nħossni iżjed trankwill u inqas instabbli mis-soltu. Għaldaqstant aktarx issa tbiegħedt xi ftit wkoll minn dik il-linja rqieqa li allegatament tifred is-sanità mill-ġenn.
Ehhh I was cured allright! Tant huwa hekk li meta wasalt lura Malta l-ewwel diska li smajt kienet All The Madmen tal-kuġin tiegħi David Bowie. Tfajtha fil-playlist tal-Winamp bejn kull silta ta' l-album Oar ta' Alexander 'Skip' Spence...
Heh, tal-ġenn man!
Mużika: All The Madmen - David Bowie
(Lil dawk kollha tal-Cuckoo's Nest)
Ħatab: 0
Post a Comment
<< Lura