Wednesday, October 12, 2005

Perché Lo Fai?
(Minn l-Imżebbel lil Ġeżebel)


Con le tue mani da violino perché lo fai?

Tu che sei rosa di giardino dentro di me
Come un gattino sopra un tetto di guai
Dimmi perché, perché lo fai?


Sonia,

Ilbieraħtlula

kont għedtlek li nħobbok. Imbagħad xegħlna żumbrett biex fid-dlam ninħabbu aħjar minn binhar. Iżda ħlifna li mil-labra nżommu t-tnejn ‘l bogħod. Mhux bħal Sandra u l-bqija li nqerdu ftit ftit bil-mod. Għamilna wkoll ftehim biex nistembħu f’Ħaġar Qim, ħa nissaħħru inħarsu għarwenin lejn il-Lvant għalenin, għax minn hemm titla’ x-Xemx li isbaħ minnha żgur m’hemmx.


Iżda dal-għodu

qomt u ma sibtekx ħdejja. Xi ħaġa qaltli li lura m’intx ġejja. Dal-għodu mort sibt postok fil-klikka ta’ Tewfik, u niġġist dak il-ġmiel li kont ngħożż tant fik. Mneżża’ tlaqt tippoża ħa takkwista mqar nofs doża. Ċħadt qalbi għalik tagħli, għal ħolma letali kemikali. Warajha ntlaqt fit-triq, titlajja u tinbiegħ. Issa tabilħaqq ilħaqt int il-qiegħ.


Kontra min ħadtha? Kontrik jew kontrija?


Għada

la jidlam tinsiex taħseb fija.


Pitgħada

Ma titlax xemx għalik iżda għalija.


qatt iżjed tiegħek

dejjem issa tiegħi

qatt aktar tagħna,


Edil

Il-Lussemburgu,

Diċembru, 2005.


Perché lo fai disperata ragazza mia?
Perché di sdai come un angelo in agonia?
Perché ti fai, perché ti fai del male, perché ce l’hai con te?
Perché lo fai?
E il domani diventa mai
Per te, per me, per noi.


Mużika:
Perché lo fai? - Quel Pazzo Che Grida Nei Dischi



Ħatab: 3

Anonymous Anonymous qal/qalet...

Bonjour...

2:27 am  
Blogger Erezija qal/qalet...

sabiha immens...

mela l-alterego tieghek Edil?

9:11 am  
Blogger noel tanti qal/qalet...

oghgbitni hafna imzebbel...

imma ghalfejn in-niket daqshekk sabih?

3:06 pm  

Post a Comment

<< Lura