What We Did On Our Holidays
U wara mawra rħisa iżda mżejjna b'(kważi) kollox f'art id-Duka tal-Lussemburgu ta' moħħu, il-Ġaħan Malti tan-Nanna Venut neża' l-qalziet stil ruffjan-Pwerto Rikan u rritorna daħqan fuq dik il-qaħba gżira ta' qalbu. Hemm reġa' ngħaqad ma' Żeża ta' Bubaqra, Ġanni Ċapċap, Peppi tal-Pipa, il-Bambin ta' Praga, iz-Zija Lavinja, is-Sur Gawdenz Bilocca, is-Saħħara tal-Bidnija, Gizzy, l-Imżebbel u l-bqija, u qalilhom bosta ħmerijiet dwar kemm ra ħwejjeġ sbieħ.
Ħasra li l-ebda proxxmu minn dawn m'hu xi artista Pariġina żvelta ta' mezza età li tqatta' sigħat twal titgħarraf dwar il-ħsibijiet ta' Voltaire jew titpaxxa bin-noti folk Britanniċi tal-Fairport Convention. Ħasra wkoll li meta l-Ġaħan Malti kien qiegħed f'din l-art tal-meravilji u l-Imdawwlin, dawn ix-xorta ta' nisa baqgħulu ġewwa miġburin jissaħħnu fi djarhom, aktarx rashom 'l isfel imdendlin mal-linef u l-brazzi tal-kmamar tas-sodda lussużi ma' xi borgiż Ewripidu b'ħiliet akrobatiċi ta' l-għaġeb. Għaldaqstant il-Ġaħan Malti kellu jibqa' l-art bil-pipa sħuna ddaħħan f'id waħda u bix-Xalla l-Ħamra tperper fl-oħra.
Iżda minkejja li l-Ġaħan dellu tqil u baħnan, xorta għadu ma qatax qiesu li xi darba għad jasal joftoq lilu nniffsu minn għoxxu sa żokortu. Dan għax mit-tmintax il-sular seta' josserva sewwa popolazzjoni mdaqqsa ta' nimfi b'xuxtom bin-nokkli jitlajjaw bħal fjokkli fil-widien, ix-xmajjar u l-foresti pittoreski tal-qalba l-ħadra ta' l-Ewropa. Anke huma għarfuh, l-iżjed ċerta xbejba Indjana mogħnija bis-sitt sens u b'xi wieħed jew tnejn mis-seba' dnubiet il-mejta.
Iżda qiegħed jingħad li l-Ġaħan Malti jbati bin-nawżja, u li għaldaqstant għalih ftit li xejn se tkun ta' fejda li poġġewh hemm fuq jissendika d-dinja mit-tmintax-il sular. Tgħid veru minn ġot-taġen se jintasab fin-nar? Mah! Chi lo sa? Forsi veru; forsi le. Fi kliemu stess, "la Nausée, qu'est-ce que c'est?"
U mela la tinkwieta xejn Sur Ġaħan. Lanqas temmen, għal kollox ħasbulek hemm fuq! Meta tħossok se taħbat tistordi dejjem tista' tmur tlaħlaħ imnifsejk f'dik il-latrina pompuża li ibqa' ċert li bħalha ma ssib imkien. There's plenty of room in the rest room, you know. La tibżax. Hemmhekk mis-suffetti taqa' fuqek irxiex kisja fwieħa tfuħ biex tistejqer xi ftit mid-dlam kiesaħ u oskur tar-ruħ.
Imbagħad, meta tħossok frisk u biżżejjed san, tkun tista' tmur bil-lajma kollha tissokta tħarbex xi ħaġa ta' kaf kaf dwar l-iġsma tal-pariri bl-ilsien taċ-ċuqlajta u l-bigilla. Jekk trid, tkun tista' wkoll terħilha tmaħħaħ bħas-soltu dwar il-fenomenu ta' l-iskarsezza grossa ta' intellettwali femminili u l-faqar abbundanti tal-partit tal-femministi eċċentriċi Svediżi. U m'hemmx xi ngħidu, ċerti li t-tħambiq imqanqal tiegħek li l-ġid dinji xejn m'hu mqassam kif imiss se jissokta.
Imbagħad, meta bħas-soltu tassew tkun xbajt minn kollox, mur asal wasla sal-widien imwerqqin bl-għerien tal-firien kollha lwien u ta' l-antenati liberi trogloditi. Minn hemm tarahom jgħammru, jitgħammru, ifaqqsu u jimmarċjaw bħan-nemel u l-wirdien il-mostricciattoli lesbiċi Razzisti, Faxxisti, Kapitalisti u Kommunisti.
Qed tifheeeeeem?
Mużika: Stranger In A Strange Land - Iron Maiden
(B'dedika lil sieħbi Ereżija li miegħi sejjer jegħleb il-Kriżi f'art il-Borgiżi. It's a far better world, but no brave new world, no brave new world...)

Ħatab: 3
qed inxomm riħa ta' trogloblogg, il-blogg mill-gherien
x'faqa ta blog!! proset :)
nice choice of music
U ħallik miż-żobb ta' Maiden! :P
Post a Comment
<< Lura