Saturday, November 05, 2005

Tifkira taż-Żgħażagħ tal-Fjuri

"It's been a long time since they Rock and Rolled" jgħidulna l-Led Zeppelin.

Waqt li qegħdin f'din il-fażi sewda ta' Novembru tajjeb li issa nieħdu pawża mill-malinkonija tant sinonima ma' dax-xahar u niċċaħħdu għal ftit mill-gost pervers li jaf jagħtina n-niket. Għalhekk wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Halloween tal-ġimgħa l-oħra, issa nistgħu nneħħu ż-żebgħa minn ma' wiċċna u ninżgħu l-kostumi swejdin biex inxiddu oħrajn selmin.

Għalhekk il-lejla mill-għaxra 'l quddiem ninġabru n-Naasha għal lejla ta' mużika mis-Snin Sittin u Sebgħin magħżula minni u mis-sid ta' l-istabbiliment Lenny Bonnello. Minn hemm interrqu lura bil-ħsieb lejn dawn iż-żewġ deċenji tad-deheb ħalli noħolmu xi ftit bħal dawk iż-żgħażagħ imqarbin ta' moħħhom ħafif daqs kemm ħieles u ta' qalbhom maqsuma daqs kemm qawwija.


Għalhekk il-lejla naqsmu l-imħabba, inxerrdu l-paċi, inżidu s-sess u nkattru l-bqija. U kif inkunu fiż-żifna, tajjeb li ma ninsewx... ir-Rock N' Roll...

Mużika: Woodstock - Matthew's Southern Comfort
(Aħna wlied din l-art... We are stardust, we are golden, and we've got to get ourselves back to the garden... li nseddqu bil-ward.)