Wednesday, December 14, 2005

Kelmtejn ta' malajr...
wara l-katastrofi kolossali

Insellmilkom ħbieb,

kif forsi tobsru, bħalissa jien ninsab il-Lussemburgu. Jgħix miegħi hemm ċertu Kriżi li skond l-aħħar aħbarijiet iddeċieda li jirtira mill-bloggosfera għax m'għandu xejn ġdid xi jgħid.

Nimmaġina li xi wħud minnkom ħasbu li l-blogg Ħġejjeġ intefa' bħal ħafna oħrajn ukoll. Iżda le, m'huwiex il-każ. Xi darba, nispera mhux wisq fil-bogħod, għad nerġa' lura.

Biex ma ntawwalx (għax bħalissa ftit li xejn għandi ħin), kelli nieqaf nibbloggja għal ftit għax:

1) ta' l-onvol qatgħuli l-bandwith għax qbiżt il-limitu tagħhom u għalhekk ma stajtx inżur siti. Għaldaqstant ma stajtx nibbloggja lanqas;

2) kelli ħafna preparamenti x'nagħmel qabel insiefer, u bħalissa, imħabbat b'ħafna xorti meħtieġa biex nissetilja. Barra dan, għandi bosta proġetti f'moħħi li ma nafx sewwa sew kif u jekk nistax, jew iniex, se nwettaqhom;

3) bħalissa fil-flatt tiegħi m'għandix aċċess għall-internet, u milli nista' nara, biex indaħħlu (l-internet, u mhux xi ħaġa oħra), fadalli x'nistenna xi ftit mhux ħażin;

4) U FUQ KOLLOX, taritli l-harddisk (d-D:) tal-kompjuter. Fiha kien hemm maħżunin madwar 3,000 album u bosta audio lectures tal-filosofija u eluf ta' ebooks! Kif jgħid il-Malti, dak li warrbet in-nemla, ġarritu l-ħemla. Imsomma, kif sejjaħtilha jien, katastrofi kolossali. Ikkumpatuni għax il-veru ser niġġennen.
Irnexxieli nsib nixtri mill-ebay, u biz-zalza, hard disk identika biex forsi nibdlilha l-mainboard tagħha u taħdem. S'issa għadha ma waslitx...

Sakemm xi darba terġgħu tisimgħu mingħandi, saħħa.

Mużika: Ironside - Quincy Jones



Ħatab: 7

Blogger Coemgen qal/qalet...

Mel'ejja!

Qed niehu gost li sibt wahda tal-kavjar! Kellu bzonn tahdem sieheb.
Issa li suppost ghandek magna tax-xoghol u bandwith illimitata, ma ghandekx skuza biex iddum daqshekk ma terga twaddab xi haga ghall-qari.

Sahha

9:57 pm  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Proset siehbi... irnexxielek. Halli lil min jisimghek u jaqrak imma issa, sa nkunu nafu ftit dwar il-misavventuri li ghaddej minnhom hemm :)

Il-festi t-tajba btw, li cert li sa jkunu ahjar milli kieku ghadek tinzel il-kazin tal-union tikteb dwar Gawdenz :)

12:45 am  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Coemgen: Tgħoddx il-flieles qabel ma jfaqqsu sieħbi!
Għad irridu naraw jekk il-hard disk li xtrajt (bi prezz fenomenali) taqbilx. Suppost għandha taqbel imma la ma rajthiex ma nistax nghid.
Wiehed irid jara wkoll jekk il-hsara hix fil-mainboard kif qed nissoponi jien jew le. Jekk mhux il-każ, is-sitwazzjoni tikkomplika ferm u ferm izjed!

9:29 am  
Blogger Erezija qal/qalet...

is-sitwazzjoni kkumplikata se tibqa' għax fid-dinja ta' l-imżebbel kollox ikkumplikat :)

9:36 am  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Issa kif ħa tikteb fuq il-pantomima ta' Gawdenz mil-Lussemburgu?

12:15 am  
Blogger gybexi qal/qalet...

ejja bbloggja aaaaa...!

:)

4:45 pm  
Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Ostra għada ma waslitlikx il-HD?!

12:19 pm  

Post a Comment

<< Lura