Dwar Xejn (1)
Hekk kif inqum minn raqda t'erba' sigħat, nagħti titwila 'l barra u nsib dix-xemx ta' wara x-xita ta' dal-għodu ħierġa minn dawk is-sħab mdennsin matutin. Ta' l-għaġeb kif sar jaqleb it-temp hawn dan l-aħħar, m'għandux kwiet, dejjem jara x'se jaqla' u jivvinta. Hekk kif ħriġt minn dik il-kamra mudlama ttamajt li t-twieqi tal-purtieri magħluqin biex forsi ma nitgħammix. Għajnejja jidrawh wisq id-dlam. Inħobbu. Inħobbu għax inħossu jqawwini u jiftaħli moħħi beraħ. Nikteb l-Odissea fid-dlam, jew nitlgħalek niġri ma' sur imkaħħal qisu m'hu xejn. Iżda fid-dawl ma jkolli aptit u ħila nagħmel xejn.
Kienet sensazzjoni stramba din ta' ftit ilu, imsomma kollox kien xi naqra konfuż, bħal ma dejjem ikun is-soltu filgħodu. Imma din kienet xi ftit agħar: qawma ħin bla waqt mill-ewwel siesta li qatt ħadt kemm ili ngħix hawn u dawk ir-raġġi tax-xemx jaħbtu ma' wiċċi. Wara dik il-kedda u t-tixriba għasra li ħadt dal-għodu meta mort inwassal lil dik, dix-xemx kollha ma għandix aptitha. Imsomma, jekk niġi f'dan, qatt ma jkolli aptitha, l-iżjed fil-għodu.
Imbagħad bħal dejjem, kelli dawk il-qatta' mixxelanji ta' reminixxenzi vagi tal-ħolm stramb u morbuż tas-soltu. Dan issa tant drajtu li m'għadnix nagħti kasu; qtates kull kulur jissaltjaw għal fuqi għal għarrieda minn kull naħa, nisa li kelli x'naqsam magħhom, oħrajn li għandi xorti niftakar x'jisimhom, kollegi ta' żmien il-gazzetta, uċuħ ta' ħbieb li jitfaċċaw u mbagħad dlonk jisparrixxu, xi tħabbira via sms għall-għarrieda li ġara xi ħaġa d-dar mingħand ħija, il-paranojja s-sigaretti qegħdin imarrduni, il-qatgħa li ġieli nieħu x'ħin idoqq il-mowbajl, it-toroq u l-bars veri jew mistħajla fl-inħawi tal-Fgura, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien, u ġieli wkoll ix-xeni bellezza li kont noħroġ nara ħara mejjet f'nofs ta' lejl minn dik id-daqsxejn ta' kamra ta' Stefania fil-Munxar.
Fl-isfond, biex tkompli tagħqad il-geġwiġija, ħafna drabi nisma' mużika psikadelika li jew kważi qatt ma nagħraf jew rari niftakar sewwa. Hija konfużjoni stramba li tfeġġ ġo moħħi hekk kif inqum, donnha moxpit ta' ħsibijiet jiżfnu f'xulxin xi diska punk imħarbxa bl-addoċċ ta' malajr ftit minuti qabel xi kunċert għall-benefiċenza. Ħafna drabi wara ftit ma nibqa' niftakar xejn; moħħi donnu jeqridhom u jarmihom bħal xi fajl żejjed li tħassar fil-kompjuter. L-iżjed imbagħad meta nistembaħ sewwa. Hemm dlonk nintebaħ li kollox ikun għadu "tajjeb ħafna", u nixgħel sigarett, u minn dan kollu ma jibqa' xejn; kollox jittajjar minn moħħi bħad-duħħan tas-sigarett li mingħajru, għadni ma drajtx inqum sewwa. Ma naħsibx li qatt nidra, għax mn'alla jkun hu fil-għodu, mhux imbilli jgħidu t-tobba.
Diż-żobb ta' xemx li qiegħda taħbat m'għajnejja waqt li nfajt nikteb bla ma naf għaliex u dwar xiex, hawn fuq il-veru ma nistax nidraha. Dak iż-żmien li kien jidlamlek xi l-ħamsa ta' wara nofs in-nhar kont insibu konfortanti. Kollox donnu kien jerġa' jieħu l-ħajja f'dawk il-ħinijiet ta' filgħaxija. Toħroġ mix-xogħol u qisek tinqabad ġo xi dokumentarju dwar l-ispazju; kullimkien dlam ċappa bit-toroq, id-djar u l-fanali kollha mixgħewlin, l-iżjed lejn dawk il-foresti ta' ħdejn ix-xmara ta' lejn il-Grund. Rari ħassejtni hekk Malta. Kważi qatt, ħlief xi drabi f'Wied Babu jew il-Munxar, jew ħdejn l-Addolorata meta konna ninżlu hemm isfel inpejjpu u nisimgħu lil Joy Division bil-lejl fil-karozza. Mill-bqija Malta kollha duħħan u nugrufun kont naraha. Meta nittawlilha mill-għoli mit-twieqi ta' l-ajruplan, nistħajjilha xi pulmun ta' xiħ mikul bil-kanċer, bħal dawk li ħadt gost nosserva fuq l-internet il-ġimgħa l-oħra.
Kemm kont inħossni tajjeb f'dak id-dlam, tant li anke lid-dawl kont narah sabiħ, l-iżjed meta jkun qiegħed jirrifletti ġo l-ilma, għax ikun biss dekorattiv, kemm jimla' kemm kemm, kif suppost, kif ikun f'kamarti meta nixgħel xi xemgħa ħamra jew tnejn. Inħossni nkun qiegħed nimraħ f'dimensjoni oħra, jew f'xi pjaneta oħra, avolja, biex inkun għedt kollox, dan ma jkunx kaġun biss tas-seħer nottorn ta' dan il-post. Imma tiskanta, anke fit-toroq, id-dwal jidhru xort'oħra, donnhom jinqalgħu iżjed imma fl-istess ħin ma jtellfu xejn. Hawn fuq bil-lejl meravilja, jaf iġennek daqs kemm ikun qawwi. Tinsa li xi darba kont taħseb li m'hemmx aqwa mill-ġiri u t-tiżbil fit-toroq urbani ta' Paceville. L-arja t'hawn biss biss diġà biżżejjed. Nieħu n-nifs f'dawk il-foresti kont inħossni qisni xi ħadd deffisli flixkun ilma ġo ħalqi u sforzani nixorbu kollu f'daqqa bil-fors. Ta' l-għaġeb, ġieli lanqas dik il-lublieba li npejjep ma kienet tagħtini. Imma bħal dejjem imbagħad jerġa' jisbaħ, u xejn ma jibqa' tant jimpressjonani, ħlief xi xalata borra 'l hemm u 'l hawn meta jfettilha tagħmel.
Sa ftit żmien ilu, meta kont għadni Malta, kont naduraha x-xemx, u kont nisħet is-siegħa u l-mument li jgħaddu x-xhur tas-Sajf. Dik l-umdità ma' ġismi kont inħossha tikolli għadmi kollu qabel il-waqt, l-iżjed meta konna nkunu fil-klassijiet tas-sekondarja, hemm fuq nilqgħu r-riħ minn ġo dawk it-twieqi mkissrin fuq l-għolja Verdala. Bil-kemm kont inkun nista' naqbad il-bijro sewwa, u kont nimrad ta' spiss, ġieli anke gravi. Minn hemm kont bqajt ma naħmilhiex ix-xitwa, għax imbagħad ħadtha fuq demm id-dars u ma rridx naf biha iżjed. Imma mbagħad darba wasal Novembru, u laqqgħani ma' Ġeżebel, li għallmitni kif titbattal minn ġewwa biex toqgħod b'idek miftuħin f'nofs it-triq, tħoss it-taqtir tax-xita jtektek ma' wiċċek u jaħslek minn fuq s'isfel. Imbagħad bdejt nifhimha xort'oħra, għax magħha x-xitwa kellha ċerta maġija. Il-kesħa bdejt naraha tagħmel sens u tassew fhimt x'kont qiegħed nitlef. L-iżjed ħdejn dak il-baħar ix-Xagħjra, jew ħdejn dawk iċ-ċimiterji kollha dwal ħomor inemnmu.
Jew forsi jien kont nimmaġina hekk, għax kont nitgħaxxaq naraha liebsa dawk id-dbielet u l-kowtijiet suwed stil Gotiċi li kienet tilbes. U darba din kien fehmieli 'L-Ġenju'. Anke din kien qata': li maż-żmien bil-mod kont sirt inħobb jew nittollera kull ma kienet tiggosta, għax kont għadni nifhimha li biex tħobb lill-ħmar trid tibda billi tħobb lil sidu. Forsi kien għalhekk li x-xitwa kont bdejt insir inħobbha; imbagħad kien lilha li kont sirt nobgħod, għax kont jien li ħriġt ta' ħmar, għax dejjem kien moħħni fiha. Illum fhimt li trid tkun vera ħmar biex ikollok sid li ma tkunx tista' tgħaddi mingħajru, iżjed u iżjed meta jinzerta xi mara. Sewwa kien qalli 'L-Ġenju.' Imma għall-inqas tagħllimt inħobb ix-xitwa, jew nobgħodha anqas, kif tridu. Ix-xejn xejn.
Meta ġejt ngħix hawn kulħadd wissieni dwar l-istess ħaġa: "ilbes sew għax hemm jgħidu li kważi dejjem xitwa, u jagħmel ħafna bard u int tbati bl-irjiħat". Mur għidilhom għala kont inbati bl-irjieħat. Kemm ili hawn għandi xorti blajt riħ wieħed, avolja wara kollox, kien hawn, u mhux Malta, li ħassejtni se mmut wara dik il-ħniżrija li mort naħtaf għand it-Tork. Kienet indiġistjoni tal-biża', li aktarx ikkawżat dak li fi kliem sempliċi t-tobba jsibuh bħala heartburn. Jgħidu li dan iġib sintomi qarrieqa u allarmi foloz ta' diżordi kardijaka. Imma foloz u m'humiex, meta jagħtuk tibda taħseb ħafna ħsibijiet ta' barra minn hawn, l-iżjed jekk tkun xi wieħed bħali. Iżda ftit minuti wara kont qiegħed ixxamplat fuq is-sodda nisma' lil Paganini iħanxar vjolin qisu l-miġnun, waqt li npejjep sigarett, u oħroġ il-għaġeb, qisu qatt ma kien xejn. Dak il-ħin ħassejt moħħi jifflowtja f'dak id-dlam b'dik l-intensità tremenda ddamdam ġo rasi. Li kont nemmen fis-sopranaturali, kont ngħid li sewwa kienu jgħidu li kien imxajtan dal-vjolinist. Biex ma nsemmix kemm rajt xorti jduru bija, qisni kont marbut ma' dawra durella li kif taqbad tirranka terġa' tbatti biex imbagħad terġa' tibda żżid, bħad-diski Post-Rock li dejjem ġejjin imma ma jaslu qatt. Imbagħad ħadt ir-riedni f'idi, u tfajt valtzer qabbież ta' Jacques Brel, u immaġinajt ruħi niżfen lambranzetta mal-mewt. Imbagħad tfajtha fuq is-sodda u qagħadt naqbeż fuq l-istonku tagħha, Bdejt ngħidlha, "qiegħda tieħu gost hux, ja qaħba!" Hi ma rrispondietx, is-soltu tagħha.
Tidkux bija, imma ngħid għalija tassew kont qiegħed nieħu pjaċir, iżjed minn meta kont nibla' l-Es waqt dawk il-parties li kienu jsiru fis-Sajf il-Grotta. U la flaħt lil dak sinjal li ma kelli xejn. Mela kont ħsibt ħażin. Fisseriji tal-moħħ dawn. Xejn iżjed. Stħajjil li ġieli tinqabad fih meta tintebaħ li anke inti ukoll, bħall-oħrajn, tabilħaqq vulnerabbli. Żmien ilu kull fejn kont immur qabel dejjem kont inżomm ġo fija dik l-illużjoni falza li xejn u ħadd ma jista' għalija, u li jien sempliċiment spettatur nara xi film tajjeb maħdum minn atturi, li msieken, inzertaw mortali. Kont nimmaġina li r-riżultat ta' l-evoluzzjoni ta' l-istorja tal-bniedem kont proprju jien u li l-univers kollu u kull ma fih kien inħoloq għalija. Imma minn banda lanqas taqgħtini tort, għax dak iż-żmien kont nahseb li tassew sirt għaref, daqs 'Il-Ġenju'. "Jien mhux bniedem - jiena dinamite!"", kont ngħidilhom lin-nies, u kont inħażżeż din jew il-kelma Overman ma' kullimkien; mat-twieqi jew mal-windskrijns tal-karozzi pparkjati maħmuġin, mas-sijts ta' tal-linja b'xi marker iswed permanenti, u ġieli anke mal-ħitan ta' xi latrina pubblika. Kien ukoll il-messaġġ li kien jilqgħani x'ħin nixgħel il-mowbajl kull fil-għodu.
Imma llum m'għadx għandi dik iċ-ċertezza u dik il-qagħda awtorevoli, bħal dik li jkollu 'L-Ġenju' meta joqgħod ifisser l-univers lin-nies. Xejn minn dan. Issa qaddisi sar bħal dak ta' Marx: 'De omnibus dubitandum - iddubita kollox'. Għall-inqas dak bqajt inżommu, u forsi għalhekk spiss inħossni bejn ħaltejn. Kultant sirt nibża' minn kollox, l-iżjed meta ningħalaq f'dik il-kamra mudlama ta' l-isterjo, kollha dħaħen ta' inċens u sigaretti. Hemm nibda nimmaġina ħafna ħwejjeġ mhux tas-soltu, u ħafna drabi wara ma nkunx nista' norqod sewwa jew norqod ħażin. Mhux ta' b'xejn noħlom dak il-griefex u nqum ikrah b'dik l-apatija kollha. Mhux ta' b'xejn dejjem b'dak l-uġiegħ ta' ras, qisni għandi xi fellus ikrah itektek ġo rasi sa minn sbieħ alla.
Dan l-aħħar qiegħed niffissa wkoll li bilfors irid ikolli xi ħaġa, bħal xi bomba tal-ħin moħbija fil-fond ta' sidri li appik li tisplodi. U ġieli tassew inħoss dak li nkun qiegħed nimmaġina, għax inġibu b'idi jien, anzi b'moħħi, kif kien jgħid lil ommi dak il-professur li smajt li miet sena ilu. Imbagħad wara li jgħaddi kollox, immur infittex dwar dak li nkun ħassejt fil-wikipedia u noqgħod nitbissem naqra dwar is-sintomi varji tal-mard kollu li jeżisti, l-iżjed dwar dawk il-qattiela silenzjużi letali li jiġu fuqek għall-għarrieda u jħalluk tal-kolp, daqqa u ġewwa. Qatt ma niftakarni naqra daqstant ħwejjeġ dwar il-mediċina, speċjalment jekk ma jkunux, għall-inqas, b'xi rabta mill-qrub mal-psikoloġija. Imma sewwa nagħmel nitgħarraf dwar dawn l-affarijiet. Kif darba kien qalli 'L-Ġenju', wara li kienu għoddhom qabduna bid-drogi u ġabruna: "kun af li qattus trid tidra tħares lejh biex tieqaf tibża' minnu. Imbagħad wara saħansitra ssir tħobbu. Ipprovaha". Imma l-biċċa hi li hawn ġieli iżjed agħar, għax niffissa u aktar nibża'. Irrid ngħidlu din biha xi darba.
Niftakar, meta kont daqsxejn ta' tifel, ġieli kien ifettilli noqgħod id-dar flok immur l-iskola, biex wara nofs in-nhar insegwi l-puntata li jmiss ta' xi sensiela cartoons. Kont nibki lil ommi li ma niflaħx, waqt li nipprova nikkonvinċi lili nniffsi li tassew kont marid, u vera kienet titlgħali xi ħajta deni. Ġieli għamiltielhom lil dawk tal-gazzetta wkoll, l-iżjed biex inħarbat xi xift għal ta' l-apposta, b'vendikazzjoni. Dak iż-żmien kont inħobb naħxiha lura lis-sistema, u jekk ma kontx nilgħab kont inħassar, akkost li nqarraq. Ma kont nagħmel xejn ħażin. Kultant li tigdeb għal bżonn mhux dnub. Imbagħad lil tal-gazzetta iżjed u iżjed, għax huma wkoll qatta' giddibin, kollha kemm huma, mhux kif kont naħseb qabel ma mingħalihom għamluli pjaċir u daħħluni magħhom.
Imma dak iż-żmien, jaħasra, kont għadni innoċenti, dejjem moħħni fil-Komuniżmu u f'Che Guevara, għax kont għadni nħobb lin-nies, mhux bħal-lum. Illum ħafna nies saru jdejquni, l-iżjed dawk li moħħhom biss fil-ħmerijiet, avolja msieken ma jagħmluli xejn lili b'daqshekk. Warakollox, jiena l-istramb, mhux huma. Imma ma rridx ikolli x'naqsam magħhom iżjed, għax b'xejn ma tfehemhom, għalxejn tgħidilhom. Anzi mhux talli hekk, talli wħud ikunu jridu jieħdu tagħhom minnfuq, u jien m'għadnix interessat iżjed nikkustinja ma' dawk. U la magħhom u lanqas ma' ħadd. Dan l-aħħar sirt daqsxejn miżantropu. Ma tantx għadni nħobbhom lin-nies. Sirt wisq ta' waħdi.
Jien sirt inħobb biss lill-istambi, lil dawk l-erba' qlafat li jiżgiċċaw ħfief mill-folol aljenati, qishom dawk li jisirqu l-kartieri minn bwiet in-nies f'dawk is-swieq iffolati ta' Sqallija. Ma tarahomx b'nemes imma jkunu huma li jagħmlu d-differenza kollha. Dawn li sirt inħobb huma ta' dik ix-xeħta; tizji tassew strambi, ħafna. Kemm ili hawn innotajt xi tużżana minnhom. Iva, lil dawn inħobbhom. Inħobbhom għax meta narahom nikkonsla li mhux jien biss...
(jissokkta)
Tizju Fittizju
Mużika: Flaming Telepaths - Espers
(Din il-bloggata li tidher hawnhekk qiegħda tieħu post dik ta' jumejn ilu. Il-bqija se jidher bil-mod b'mod espansiv f'bloggati futuri, min jaf meta.
Minkejja li l-karattri ta' dawn ir-rakkonti semi-awtobijografiċi huma mnebbħin min-nies li tabilħaqq għext u ltqajt magħhom, kull xebħ ovvju li jista' jkun hemm ma' nies veri huwa biss b'kumbinazzjoni. Dan ma jgħoddx għal dawk l-individwi li tawni permess nikteb dwarhom.
Dan il-blogg aktarx se jieħu pawża qasira minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet ta' għeluq snini u l-vaganzi ta' l-Għid li se nqatta' fi Franza u f'Malta.)

Ħatab: 2
Kif tbiddila l-impressjoni hux meta xi haga tara l-gewwieni taghha... mux il-bnedmin biss jewwilla imma nke gazzetta......
Adni nsegwik!
illum l-ewwel darba li qrajt il-blog tieghek....naf li ma tfisser xejn imbilli wahda li qatt ma ltqajt maghha tghidlek prosit...imma xorta se nghidlek :o)
PROSIT.
Post a Comment
<< Lura