Monday, March 27, 2006

U Reġa' Rxiex
(Lil Loulou)


Hawn reġa' rxiex mill-ġdid
Iraxxax fuq rasi bħal tifkira antika,
Iċarċar ma' ġismi bħal taħsisa friska.

Irrid niġġerra f'dal-beraħ ta' l-irjieħ
Ejja niżżagħblu bħal żewġ ħwejtiet żienjin,
Nixtieq niċċafċaf f'wiċċ dawk l-ibħra t'għajnejk
Għax hix tassew ruħek li qed tbexxex f'dal-ħin?



Mela kellimni

Bħal m'għamlu l-maħbubin.

Imxi miegħi
Bħalma qed jagħmlu l-maħbubin.

Tkellem miegħi
Bħal m'għad jagħmlu l-maħbubin.




Għax hawn għadu jraxxax mhux ftit
Jinfirex tul moħħi bħal ħrafa għammiexa,
Iddamdam ġo sidri bħal dehxa għaxxiexa.

Ejja nitqàru f'dal-baħar ta' l-irjieħ
Irrid nintreħa noħrom qalb merħla barrin,
Nixtieq nitgħargħar f'qiegħ dawk il-beraq għajnejk
Nirra nitgħarrqu mgħallqin it-tnejn mgħannqin.



(Traduzzjoni libera tal-lirika tad-diska "Here Comes The Rain Again" ta' l-Eurythmics.)

Mużika: Here Comes The Rain Again - Eurythmics



Ħatab: 1

Anonymous Anonymous qal/qalet...

Jien hawn. issa, lbierah u ghada.

12:16 am  

Post a Comment

<< Lura