Tazza tad-Dinja 2006
Kalċatur ferfiexi
Għaġġla, daħliet tard u offsajds
U wara li forsi issa l-istorbju u t-trab tal-murtali qagħad xi ftit, tajjeb li nħarsu naqra lura lejn x'seta' ġarraf dik il-lingwaġġ tal-kordjalità li kien hawn f'dal-blogg. Issa li l-foga tan-nuqqas ta' ftehim donnha ċċarat xi ftit, naħseb li kemm jien u kemm min seta' kien involut f'dal-battibekki jista' jara aħjar għala jien irritaljajt b'mod u mhux ieħor. Ma nixtieqx nikkonċentra fuq din il-biċċa tax-xogħol weħidha biss, għax naħseb li l-biċċa hi ferm iżjed kumplessa minn hekk. Niddubita hux jirnexxili nispjega ruħi sew, għax forsi bħalissa moħħi jinsab wisq fuq il-ballun biex ikun tassew kreattiv. Mhux ta' b'xejn ġieli nsib problema biex f'dan il-blogg nikteb xi ħaġa tassew togħġobni. Madanakollu, se nipprova.
Qabel xejn, naħseb li minflok sfurzajt attakk ieħor waqt il-ħin miżjud, f'dak il-ħin missni mort nistrieħ fuq il-bankina jew mort nieħu doxxa, kif wara kollox kien biħsiebni mmur nagħmel. Minfloki kont indaħħal fil-grand lil wieħed litteralment rieqed, biex la jagħti bis-sieq bl-addoċċ u lanqas jissogra twissija jew tkeċċija. Hekk jew hekk, ma tantx kien għad fadal ħin, u l-punt tad-dro kont inġibu f'logħba oħra, meta kont inkun ferm iżjed frisk u fil-forma. Iżda dak is-sens ta' kurżità tas-soltu webbilni mmur nara kienx hemm xi aġġornamenti fil-blogg, aktarx biex nara ta' malajr x'kien intqal dwar ir-rebħa ta' l-Ingliżi.
Minkejja li nemmen li kelli għala nintervjeni biex niddefendi lit-tim tiegħi, żgur li f'dak il-ħin ma kontx fl-aħjar qagħda biex nagħmel dan b'ċerta klassi u finezza, kif forsi stenna l-osservatur sportiv ta' J'Accuse Jacques. Lanqas ma kont fil-burdata li noqgħod nifli wisq f'liema pożizzjoni kien jinsab dak l-attakkant jew dak iċ-ċentrukampista. Kull ma rajt kienet id-dehra ġenerali u vaga ta' l-azzjoni, u ma qistx lanqas li warajja suppost hemm ukoll lastier pront pront għalli jista' jinqala'.
Iżda wara li flejt il-movjola għal darba u tnejn, deherli li wara l-mistrieħ aktarx kont inkun f'qagħda ferm aħjar biex inwaqqaf dik l-azzjoni permezz ta' mossa xierqa. Kont żgur intajjar il-ballun 'il bogħod mill-periklu b'mod aħjar u inqas aggressiv. Kont ukoll nara l-lasta fil-pożizzjoni l-proprja tagħha, u forsi kont inkun kapaċi niżen aħjar jekk l-attakk ta' l-avversarju kienx daqstant insidjuż jew le. Iżda minflok naħseb li dħalt għall-ballun bis-saħħa żżejjed. Kelli wisq ġenn biex nixxuttja l-ballun 'il bogħod minni b'kemm kelli saħħa, u għaldaqstant immirajt ħażin.
Intant il-logħob kien diġà twaqqaf, għax sforz il-ġenn ittakiljat lill-attakkant fil-ħin ħażin. U daħla tard, ġenwina jew mhix, hija dejjem fawl.
Ġieli anke ritaljazzjoni żejda, tard jew ta' bla ħseib, taf twassal ukoll għal fowl. Qatt ma tista' tgħid. Dan ġieli jgħodd ukoll f'każ ta' provokazzjoni, fejn forsi wieħed jifhem għala dak li jkun ikun ħass li kellu jirritalja. Tajjeb niftakru x'kien ġralu David Beckham kontra l-Arġentina waqt it-Tazza tad-Dinja ta' l-1998. F'dak kollu li nqala' Beckham ftit li xejn kellu tort, imma spiċċa ntbagħat joqgħod gallarija xorta waħda. Agħar minn hekk, kellu wkoll jitqanna bit-tort kollu huwa. X'ġara wara kulħadd jaf. Jien niftakar qisu lbieraħ, bħal ma niftakar il-gowl mħassar għalxejn ta' Sol Cambell u dak ir-referi Daniż daqsxejn m'aħniex, u l-penalties li fallew Paul Ince u David Batty.
Metafori kalċistiċi apparti, skond il-movjola jidher li r-ritaljazzjoni tiegħi kellha ssir, għax sinċerament ċerti kummenti rajthom xi ftit barra minn lokhom, speċjalment m'għand sieħbi Arċibald, li nimmaġina li ma jafx xi tfisser li tkun tbati bid-deni tal-partitarju. Jiena din kont tgħallimtha meta kont għadni biss daqsxejn ta' tifel, meta kont partitarju akkanit Belti dejjem ġej u sejjer Ta' Qali u dejjem mimli għal dawk tal-Ħamrun Spartans. Imbagħad ftit wara ġie t-tim nazzjonali Ingliż, u wara l-klabb ta' Liverpool fil-kampjunat Ingliż, u mbagħad ukoll il-klabbs Ingliżi kollha (inklużi l-Everton u l-Manchester United!), fil-kompetizzjonijiet tat-tazzi Ewropej.
Maż-żmien ikkalmajt, għax meta għalaqt dawk is-sittax-il sena l-prijoritajiet tiegħi bdew bil-mod il-mod jinbidlu. Id-dinja akkademika u artistika kont bdejt naraha kull ma tmur dejjem iżjed seduċenti minn dik sportiva/kalċistika, u minn hemm il-ħiliet u l-enerġiji tiegħi bdew jevolvu lejn id-direzzjoni ta' l-ewwel. Meta naqra d-djarji tiegħi ma' sieħbi ereżija (eżerċizzju tassew ħelu), li m'ilux bdejt nippubblika xi siltiet minnu fi Ħġejjeġ, niskanta mhux ftit kemm kont differenti. Kultant inħossni qiegħed naqra l-memorji ta' xi ħadd ieħor. Kienet bidla tassew stramba. Bdejt insir nippreferi niftaħ ktieb jew nikkolezzjona l-mużika milli mmur nagħti daqqtejn ballun jew nerfa' l-ħadid, u flok f'xi grawnd jew f'xi palestra kont issibni f'xi librerija jew f'xi kumitat lokali politiko-studentesk.
Imbagħad iffissajt fil-klassi tal-ħaddiema, aktarx sforz l-ambjent proletarju li twelidt fih u l-esperjenzi li ġarrabt meta Sajf minnhom kien fettilli mmur naħdem bħala servjent ma' missieri f'lukanda mmexxija minn erba' mostri. Minn hemm nibtet rivoluzzjoni; mhux tal-massa, iżda mentali; ġo moħħi. Il-futbol, bħar-reliġjon u ħwejjeġ oħra, kultant kont sirt narah kważi ikrah, għax bdejt inqisu bħala għodda ta' aljenazzjoni u lok ta' żvog futili. Meta tiffissa f'xi ħaġa ħafna drabi hekk jiġrilek: tara lilha biss u b'rasu jdur min jiġi jtappanlek il-viżta. Huma fażijiet tal-ħajja; hemm min joħroġ minnhom u hemm min jibqa' mwaħħal fihom. Min jużahom biex jikber, u min biex jiblieh; min biex jibni u min biex ikisser.
Ġo fija llum għad hemm bosta traċċi minn dik il-metamorfosi: illum jien agnostiku (u prattikament ateist), il-partiti saru jqabbduni apatija, l-ideat tan-nazzjon u n-nazzjonaliżmu għadhom qegħdin dejjem iżjed ibeżżawni, u l-ambizzjonijiet li kelli meta kont tifel għebu kważi kollha. U ma jiddispjaċini xejn. Madankollu, niskanta li waħda mit-traċċi tar-radiċi ta' tfuliti baqgħet ma nżabritx bħall-bqija. Din hija dik tal-futbol. M'għadnix akkanit 24/7 bħal qabel, għax m'għadx għandi l-ħin jew l-entużjażmu biex inkun xi ffissat fil-futbol. Nemmen li hemm ħwejjeġ ferm iżjed rilevanti għall-eżistenza tal-bniedem, u li kemm-il darba tkun iffissat fuq attività mhix intellettwali iżda tassew dinamika bħal m'huwa l-futbol, ma tista' qatt tissintonizza ruħek u moħħok sewwa magħhom. Kif dejjem ngħid, kollox ma' kollox il-futbol waħdu ma jissodisfanix.
F'das-sens għadni tal-fehma li l-futbol jaljena lin-nies. Għal kuntrarju ta' bosta segwaċi li naf, fil-futbol naf ukoll nara l-ikrah, u ma niddejjaq xejn nitkellem dwaru. Iżda dan ma jfissirx li m'għadnix inħobbu. Il-futbol għalija logħba mill-isbaħ, u eċitanti wisq biex tinjoraha, u minkejja li relattivament bridt, għadni sal-lum ma nistax nifhem kif nies oħrajn, l-iżjed irġiel, li ma jaħsbuwhiex l-istess. Imma dik hija storja oħra. Ma nixtieqx nidħol f'polemika bħal din, għax nemmen li f'xi ħaġa bħal din ħadd ma jista' jgħid li għandu raġun. U wara kollox, nemmen li hawn polemiki wisq iżjed rilevanti u li ta' min jidħlilhom bir-ras minn din.
La qiegħed insemmi l-polemiċi, nista' nerġa' lura għal polemika li qbadt hawn ġew, li ngħid is-sew, kienet riżultat ta' polemika oħra li qbadt ma' ħabiba tiegħi. Mhux fil-kontenut, iżda fit-temperament. Din il-persuna hija mill-aħjar ħafna, iżda naħseb li waqt id-diskursata li kellna reaġixxiet xi ftit jew wisq bħalma għamilt jien fl-aħħar bloggata tiegħi. Li kont naf li kien se jiġri hekk aktarx kont nigdem ilsieni, għax dak il-ħin ma kellix aptit argumenti. Mhux għax niddejjaq niddibatti, lanqas xejn, iżda sirt nobgħod li jkolli nħabbat wiċċi ta' kuljum ma' xi ħadd li jaħseb li għandi xi stima baxxa tiegħu jew tagħha. F'das-sens spiss naffaċċja l-istess dilemma: "X'se tagħmel l-Imżebbel? Mhux aħjar ma taqlax terremoti meta warakollox taf li aktarx m'int se tieħu xejn? Xi tridhom dal-kwistjonijiet?"
Minn banda veru, iżda sa minn tfuliti kelli ammirazzjoni romantika lejn individwi voċiferi. Jekk f'ħajti qatt ma tgħallimt xejn sew, tgħallimt li m'għandix niddejaq inkun polemikuż, saħansitra miegħi nniffsi. Polemikuż fis-sens li nqajjem il-ħsieb, mhux li nkun xi pezzakustjoni. Sforz l-istudji tiegħi, jien nistaqsi u nistħarreġ lili niffsi l-ħin kollu. Jien m'għandix kwiet, imkien. Ma nieħu xejn for granted - dik qatt. Bl-istess mod nipprova nistħarreġ kull ma nara madwari u ma nħalli xejn għaddej jew jaħrabli. Xi ħaġa li għal kotra taf tkun bla interess jew agħar minn hekk kontroversjali, erħili ngħaddas il-kuxjenza tiegħi fiha, aktarx għax nemmen li huwa proprju f'dawn l-irkejjen mudlama li jinstabu l-iżjed indizji ġenwini dwar x'inhu u x'mhux tassew il-bniedem. Kultant ikollok tħallas qares għax tmur iddeffes imnieħrek f'dal-ħwejjeġ, imma din kienet għażla tiegħi, u ma jiddispjaċini xejn. Din storja antika.
Iżda li ma tgħallimtx hu li l-ħobż irid nagħtih lil min jaf jieklu, u mhux li min "he/she couldn't care less." Wisq anqas lil min l-ewwel jipprovokak imbagħad jisfidak tiġġustifika ruħek. Wisq anqas li min, għax jaf li ma jafx, joqgħod ipoġġilek il-kliem f'ħalqek u jiżgambettak il-ħin kollu. Lanqas lil min irid ibaxxik u jiddemonizzak, minflok jirrispettak għal dak li ħdimt biex sirt. U żgur mhux lil min, għax hu supperv, issibu jipprova jieħu tiegħu minn fuq, minflok jipprova jifhem il-fehma tiegħek biex jara jista' jitgħallem minnek.
M'iniex qiegħed ngħid li l-persuna li tkellimt dwarha ftit ilu hi waħda minn dawn. Anzi, għandi ammirazzjoni kbira lejn dil-persuna, għax fil-ħwejjeġ li temmen fihom, aktarx kienet ferm iżjed attiva minni. Terġa' tgħid, minkejja r-retorika xellugija tiegħi, inħoss li din hi persuna ferm iżjed miftuħa għall-oħrajn minni, jew kif jingħad fil-lingwaġġ tat-triq, iżjed altruwista. Iżda deherli li l-imġiba tagħha fil-kwistjoni inkwistjoni kienet tixbaħ xi ftit lil dik ta' dawn in-nies, li għalkemm m'għandi xejn kontra tagħhom, nippreferi ma nitħallatx magħhom iżżejjed. Lil nies bħal dawn nippreferi nurihom il-karta l-ħamra, li f'dal każ għandha tkun is-silenzju.
Iżda mhux dejjem jirnexxili nagħmel dan. F'dik l-okkażjoni ma rnexxilix, u flok injorajt, daħħalt lili niffsi fi sqaq ta' polemika li dehret mill-bidu li m'hi se twassal imkien. Polemika li wara l-logħba ta' l-Ingliżi xejn ma kelli aptitha, speċjalment meta suppost kelli ħjiel biżżejjed li ma stajt qatt ningħata widen. Iżda ma ħmiltx nħalliha għaddejja, għax inzertat tikkonċernani b'mod personali ferm iżjed miż-żewġ kummenti innoċenti li għaddew Twanny u Arċibald. M'iniex se niftaħ kotba għax m'hux lok, biżżejjed ngħid li għalija kien argument li jikkonċernani mill-qrib, mressaq b'mod ċivili, raġunat u loġiku. Kwistjonijiet ta' filo/psikoloġija; ma kienx hemm fejn titfixkel. Mhix kwistjoni ta' preġudizzji, iżda ta' perspettiva; lanqas ta' dogmatiżmu, iżda ta' kif wieħed jinterpreta r-realtà ta' madwaru.
Fir-risposta tiegħu, Twanny kiteb li hu wkoll għandu xi preġudizzji, li fihom infushom m'humiex preġudizzji, iżda riżultat t'esperjenzi. Ħadt gost li Twanny stqarr dan bil-mod amikevoli tas-soltu. Tkun banali jekk inqis lil Twanny bħala razzist għax qatt ma ħassu komdu jgħix ma' l-Ingliżi, iżjed u iżjed meta tqis li forsi kellu esperjenzi diffiċli. Anke l-każ tiegħu huwa l-istess. Terġa' u tgħid, ċertu twemmin tiegħi huwa riżultat ukoll ta' riċerka u riflessjoni, għax jien ta' l-affari tiegħi u ma nistqarr xejn li ma nkunx stħarriġt u żint bir-reqqa. U iżjed minn hekk, ma mmurx inxerred mibgħeda kontra ħadd, u ma nemminx li hawn tip ta' nies li huma inferjuri minni għax ma tweldux bħali, imma mod ieħor. Sempliċiment nemmen li l-umanità hija magħmula minn kontrapartijiet differenti b'ħiliet diversi. Ma nemminx li jista' jkun mod ieħor. Kieku kulħadd bħali d-dinja żgur ma timxix, u aktarx kieku aħna bħala speċi lanqas biss neżistu. Xi ħaġa bħal din ma narax għala għandha tittieħed personali jew bħala xi stqarrija ta' supremazija.
Għaldaqstant ċerti reazzjonijiet fil-konfront ta' dan, u l-iżjed tiegħi, ma nippretendihomx, l-iżjed mingħand nies li ma jkollhomx idea ta' x'qiegħed ngħid. Lura d-dar ħassejtni rrabjat ħafna miegħi nnifsi, l-iżjed għax kont ħallejt lili niffsi niżloq fin-niexef. Ma kienx imissni. Suppost jien naf aħjar; ħafna aħjar. Din hija rabja li ma tantx naf nispjegaha. Meta wasalt hawn pprovajt nikkalma. Bejni u bejn ruħi għedt li wara kollox il-ġurnata ma kinitx daqshekk ħażina, għax l-Ingliżi rebħu u lagħbu wkoll xi ftit aħjar mill-aħħar darba. Dħalt fl-internet biex nara x'kien inkiteb dwar il-partita, kemm f'dan il-blogg u kemm fis-sit tal-FIFA. Imma moħħi ma kienx hemm. Ridt nitfi u norqod.
F'dak il-mument, il-kummenti dwar sapport u mistħija u l-bqija, u forsi anke n-nuqqas ta' ċarezza mingħand min esprimihom, irritawni bil-wisq iżjed minn kemm suppost. U flok ħadt nagħsa ħadt falza stikka għax bdejt nara kollox ċpar. Ċerti kummenti għalija ma kinux ġodda. Mhux l-ewwel darba li ġie xi ħadd jgħidli li din-namra kalċistika ma' l-Ingliżi ma tawgurax tajjeb għal xi ħadd b'ideat xellugin u deċiżivament anti-kolonjali. Għaldaqstant ir-rimarki ta' Twanny u Arċibald, kif jgħidu l-Ingliżi, "rang a bell". Illum jidhirli li ma kellix għala nispara daqshekk murtali, l-iżjed fil-konfront ta' Twanny u Arċibald, għax ma kellhom x'jaqsmu xejn. Iżda tlift il-kontroll tal-ballun, bħalma ġieli jiġrilu kull kalċatur. Aktarx li dak il-ħin ħassejtni miżinterpretat mill-ġdid - akkużat b'xi ħaġa li ma rridx ngħid, meqjus bħala tali li m'iniex. Il-bqija nafuh...
Nemmen xorta waħda li kelli ngħid xi ħaġa. Minkejja li kont għajjien u xi ftit xurban, dak il-partitarju akkanit li aħna lkoll forsi għandna fis-subkonxju tagħna, bħal donnu smajtu jinċitani biex niddefendi, u biex nagħmel dan billi nattakka. Forsi kellu xi ftit raġun, iżda għaġġilt, u forsi għaffiġt xi ftit ukoll.
Il-futbol jagħtik ħafna lezzjonijiet. Meta kont nilgħab il-futbol il-kowċ kien jgħidli ħafna xorti li tiskanta kemm jagħmlu sens, anke barra l-grawnd. Waħda li qatt ma ninsa hija l-fehma tiegħu li jien kont kalċatur tajjeb, iżda ferfiexi.
Il-pariri tiegħu narahom jgħoddu wkoll għal din il-kwistjoni li qbadna f'dan il-blogg. Meta tagħmel kontrattakk veloċi, trid toqgħod attent kif u meta għandek tasal għall-ballun li jkun tqassamlek ħin bla waqt minn warajk. Ma trid xejn biex titlaq tiġri fil-ħin ħażin, u bla ma forsi tintebaħ taqa' offsajd.
Dak il-ħin għandu mnejn ikollok ċans ovvju ta' gowl rebbieħ, iżda ħeqq, ikollok tieqaf tilgħab... u trodd il-ballun lura...

Mużika: Just Like A Woman - Bob Dylan
Ħatab: 0
Post a Comment
<< Lura