Thursday, June 15, 2006

Paġni Magħżulin mid-Djarji Ta' Ħalliem #2
GAZZA!

Is-Sibt, 15 ta' Ġunju, 1996

Dalgħodu ċempel Vella u għedtlu xi ħaġa fuq it-Taljani.

Fl-4.00 p.m. kien hemm l-Ingliżi kontra Scotland. L-ewwel half kien veru bla sens. Naħseb li lanqas rajt 4 xuttijiet lejn il-lasta minn kull naħa.

It-tieni half kien differenti. Fil-half time Venables qala' lil Stuart Pearce u daħħal lil Jamie Redknapp. Fit-tmien minuta tat-tieni half, skorja Alan Shearer minn diving header.

Fit-tieni half l-Ingliżi ħarġu tajjeb ħafna. Redknapp lagħab tajjeb ħafna.

Wara 77 minuta logħob Adams daħal fuq Gordon Durie fil-kaxxa l-kbira u waqqgħu
. Ir-referee orndna penalty!!! Bħal ta' l-Iżvizzera kien se jiġri! Il-penalty tah McAlister, imma Seaman laqgħu!!!

Kif eżattament laqgħaħħulu l-ballun ġie għand Anderton. Dan ta pass fit tul lil GASCOIGNE. Il-'Gazza' ħadu u baqa' dieħel. Kif ġie f'tarf il-kaxxa l-kbira qabbeż il-ballun minn fuq ras Colin Hendry, u bla ma ħalla l-ballun jaħbat ma' l-art ixxuttja xutt b'saħħtu u sammar il-ballun fix-xibka!!! Ili ma nara gowl daqshekk spettakolari minn mindu David Platt kien skorja kontra l-Belġju sitt snin ilu!






Wara li spiċċat il-logħba smajt biżibilju ta' ħornijiet. Jien tlajt fuq , ftaħt it-tieqa u daqqejt il-God Save the Queen. Wara lbist il-flokk ta' l-Ingliżi u tlaqt 'l hemm. Vella ma tantx tkellem. Illum Tonna ġie l-każin bil-flokk ta' l-Ingliżi. Issa għandna sieq fil-quarter-finals!

Diska tal-ġurnata: God Save The Queen - Queen

(Minflok l-eżekuzzjoni maġestika ta' l-innu nazzjonali Ingliż tal-Queen, li nsibuha fl-album A Night At The Opera ta' l-1976, qiegħed indoqq il-verżjoni parodika u taż-żuffjett li għamlu l-Gentle Giant fl-album debuttanti tagħhom sitt snin qabel. Wara kollox, innu tan-nejk għandhom...)