Paġni Magħżulin mid-Djarji Ta' Ħalliem #5
Weekend ieħor fis-Seminarju tal-Virtù
Il-Ġimgħa, 21 ta' Ġunju, 1996
Illum tkellimna ħafna fuq il-futbol. Jien u Tonna nkejna ħafna lil tat-Taljani. Bħalissa ninsabu ferħanin. Però Vella ma jifhimx fil-futbol, u lanqas Russell ma jifhem wisq. Imbasta jitkellmu!
Fis-seminarju konna kollha f'kamra waħda, però l-kamra kien fiha s-soddod. Kif dħalna tgħidx kemm iġġilidna bl-imħadded!
Illum tgħidx kemm għamilna briju! Konna jien, Tonna, David u Alister. Tgħidx kemm kantajna "We Shall Not Be Moved"
Illum Russell kien se jaħraq nofs għalqa. Vella qabbad biċċa karta u Russell tefagħha fil-ħaxix niexef. Kellna ninżlu nitfuh għax kien se jaqbad sew. Tgħidx x'daħna kien hemm!
Dun Frans induna li konna aħna. Meta bdejna nitfuh Russell gara ġebla u ġiet fuq subgħajn Vella. Tgħidx x'għaġeb għamel - qisu baħnan!
Fil-għaxija ħriġna. Jiena ċempilt id-dar imma ma sibt lil ħadd.
Illum Johnny kisser tmien madumiet. Skond Vella, dan tela' max-shower fejn kont qed ninħasel jien biex jarawni għarwien u waqqa' tmien madumiet. Tgħidx x'ħoss għamlu! Però d-Dun ma qallu xejn.
Illum xrobna xi ftit inbid ukoll.
Illum kelli norqod ħdejn id-Dun għax bdejt nagħmel l-istorbju.
Karl ġab logħba jisimha 'The Game of the Year'. Din sabiħa ħafna.
Diska tal-Ġurnata - We Shall Not Be Moved

Ħatab: 4
ustja... dun frans l-ispagu?... jew bianco?
Bonnici. Ma nafx jgħidulux l-ispagu. L-aħħar li rajtu kien fuq it-televixin jirraporta l-andament tal-konklavi f'Ruma, is-sena l-oħra.
Jekk niftakar sew, Dun Frans Bianco kien instab mejjet fil-għodu fis-sodda minn Dun Frans Bonnici. Pero m'inix ċert.
Dun frans Bianco was found died in his bed. in the morning of the year 1994 on december 3rd if not mistaking.
Jekk m'iniex sejjer żball, kien l-1995 għax jidhirli li jien kont hemm. Irrid nivverifika mad-djarju.
Biex tara d-djarju online mur: http://halliem.blogspot.com
Post a Comment
<< Lura