Monday, June 19, 2006

Paġni Magħżulin mid-Djarji Ta' Ħalliem #4
Italja: Barra!

L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 1996

Jekk il-bieraħ kienet ġurnata tajba, illum ma kinitx inqas. Il-logħba tat-Taljani rajtha l-każin tal-futbol. Lil ommi għedtilha li se naraha għand sieħbi. Hemm kien hemm atmosfera sabiħa.


Wara kwarta l-Ġermanja kellhom penalti kontrihom,
imma Zola fallieh! Pero l-logħba ftit offriet spettaklu. It-Taljani aktar lagħbu kontra l-goalkeeper Ġermaniż Kopke milli kontra t-tim Ġermaniż. Il-Ġermanja lagħbet parti sew mil-logħba b'għaxra min-nies għax tkeċċa Strunz.

Il-logħba l-oħra kienet ferm isbaħ. Sa l-ewwel half iċ-Ċeki kienu 2 - 0 minn fuq. Fit-tieni half ir-Russja skurjat 3 gowls! Sa dak il-ħin l-Italja u l-Ġermanja kienu 0-0, u l-Italja kienet ġewwa. Pero ftit qabel it-tmiem iċ-Ċeki ġabu d-dro u t-Taljani nqalgħu!

Kif spiċċat il-logħba kien hemm ferħ kbir ġol-każin. Ftit kien hemm li kienu jżommu mat-Taljani. Reġa' ġralhom kif kien ġralhom fl-1966 fl-Ingilterra!!

Hemm xront tnejn birra wkoll. Kif ħriġt mill-każin smajt xi ftit ħornijiet. Ħassejtni ferħan ħafna. L-Ingliżi jgħaddu b'rebħa storika ta' 4-1 fuq l-Olanda, u t-Taljani jinqalgħu fl-ewwel rawnd!

Sacchi kien se jmut fl-intervista.

Diska tal-ġurnata: Three Lions - The Lightning Seeds
(M'għadx għandi l-verżjoni oriġinali. Minflok qiegħed indoqq dik ta' din is-sena. Xejn xejn, ingawdiha ftit. Fil-fehema tiegħi ma fadallix wisq...)



Ħatab: 1

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

http://werld-kapp.blogspot.com/2006/06/totodinja-1-x-2-fai-3-b.html

3:38 pm  

Post a Comment

<< Lura