Sunday, June 18, 2006

Paġni Magħżulin mid-Djarji Ta' Ħalliem #3
Un4gettable - that's us!!

It-Tlieta, 18 ta' Ġunju, 1996

Illum kienet ġurnata li ma ninshiex. Illum kien hemm l-Ingliżi kontra l-Olanda. Kif bdejna ħarġu għalina. Però mill-ewwel deher li l-Ingliżi se jagħmlu logħba tajba. Bdew iżommu l-ballun ma' l-art u bdew jaħdmu l-ballun sew.

Wara xi ftit Paul Ince twaqqa' fil-kaxxa minn Danny Blind. Alan Shearer ma falliehx! Dħalna nistrieħu 1 - 0 minn fuq. Sa l-ewwel half il-logħba kienet ibbilanċjata ħafna. L-Ingliżi lagħbu tajjeb ħafna.

Fit-tieni half rajna xalata ta' gowls! Gascoigne jagħti korner u Teddy Sheringham jogħla bir-ras u jitfa' ġewwa!! 2-0!

It-tielet kien lussu. Gascoigne iqassam lil Sheringham. Hu deher li se jixxuttja imma minflok tah lil Shearer u dan sparah ġewwa! 3-0!

Ir-RABA' kien sabiħ ukoll. Andertom irċieva pass u xxuttja xutt b'saħħtu. Van der Saar laqgħu imma ma żammux, u daħal Sheringham u skorja!!! 4 - 0!!

Ftit qabel it-tmiem skorja Kluivert li kien daħal bħala sostitut. Dak il-gowl qatalhom post fil-quarter finals għax Scotland rebħu 1-0 biss!





Din kienet rebħa storika. Fl-aħħar ħarġu Ince, Sheringham u Shearer u daħlu Barmby, Platt u Fowler.

Illum veru kont ferħan u sodisfatt. Tajna 4 lil wieħed mill-aqwa tims fl-Ewropa. Issa naraw x'se jgħidu l-gazzetti u n-nies.


Diska tal-ġurnata: God Save The Queen - Queen

(U din id-darba, biex inkomplu nidħku ftit, se nisimgħu lis-Sex Pistols! Dan kien ir-rigal ta' l-awguri li taw lir-Reġina Eliżabetta II fl-okkażjoni tal-Ġulbew tal-Fidda, fl-1977. We mean it man!)