Paġni Magħżulin mid-Djarji Ta' Ħalliem #6
We shall not be moved... perhaps!
Is-Sibt, 22 ta' Ġunju, 1996
Dal-għodu lagħbna ftit futbol. Qiegħed ngħejja wisq malajr jien. Wara nofs in-nhar erġajna lagħbna.
Illum morna sal-Little Sisters of the Poor. Tgħidx kemm ħsilna twieqi. Veru għajjejt però ħassejtni sodisfatt li għent lix-xjuħ.
Illum kien hemm l-Ingliżi kontra Spanja. Sa minn filgħodu l-briju ma naqasx. Fl-ewwel half Spanja lagħbu aħjar minna u skorjaw żewġ gowls - però r-referi ħassarhom it-tnejn għax kienu offsides (naħseb li wieħed minnhom kien gowl).
Fit-tieni half l-Ingliżi ma lagħbux ħażin. Però kien hemm ftit impreċiżjoni fil-passes min-naħa ta' l-Ingliżi.
Fid-90 minuta spiċċaw 0-0. Qalbi bdiet tħabbat mija mija u bdejt nibża' li se ninqalgħu fis-sudden death. Waqt il-logħba Gary Neville ntwera l-karta s-safra u issa ġie sospiż logħba.
Fl-extra time veru bdejt nibża', però s-sudden death għaddiet u baqgħu 0-0.
L-ewwel penalti tah Shearer u skorja. Hierro ta dak ta' Spanja u ħabatlu mal-lasta ta' fuq! Wara mar Platt u skorjah. Spanja skorjaw tagħhom ukoll.
Wara mar Stuart Pearce! Però din id-darba ma falliehx! Tgħidx kemm għajjat wara li skorja! U bir-raġun!
Spanja reġgħu skorjaw tagħhom. Wara Gascoigne skorja għall-Ingliżi (b'siequ tuġgħu). Wara mar Nadal però Seaman salvah!!!
Wara l-logħba morna nixorbu u Tonna siker.
Diska tal-ġurnata: England We'll Fly The Flag - England World Cup Squad 1982

* * * * *

Ħatab: 2
Fl-ewwel half Spanja lagħbu aħjar minna u skorjaw żewġ gowls - però r-referi ħassarhom it-tnejn għax kienu offsides (naħseb li wieħed minnhom kien gowl).
Kont mingħalija li dakinhar lil Spanja ħassrulhom gowl wieħed, fit-tieni taqsima jew fil-ħin barrani... u ara x'għandek imniżżel fid-djarju tiegħek! Żewġ gowls imħassrin!! Lanqas ftakart... qed tara x'inġustizzja? :p
Jalla jkollna semi-final Spanja-Ingilterra, ħa jpattuhielkom għaxar snin wara...
Jidhirli li kienu tnejn li tħassru iżda wieħed minnhom biss li aktarx kien gowl.
Fejn jidħlu l-inġustizzji, l-Ingliżi għandha bosta stejjer x'jirrakontaw. Allaħares nibdew. Dak in-nhar inzertat ġiethom tajba, avolja imbagħad kienu ferm żvinturati fil-logħba ta' wara.
Tant tkun ċert li jpattuhielhom jekk jiltaqgħu. Ngħidlek is-sew ma tantx nixtieqhom jiltaqgħu, għax wisq nibża' li nafu naraw ħafna vjolenza. Jidhirli li l-aħħar darba li lagħbu kontra xulxin hekk ġara.
Anyway, l-Ingliżi għandhom xorti jekk jgħaddu l-fażi li jmiss - aħseb u ara kemm se jilgħabu fis-semi-finali. Fuq il-karta l-potenzjal hemm qiegħed, imma mhux qed narahom fil-forma.
Post a Comment
<< Lura