Wednesday, October 04, 2006

Please Don't Touch!
Le għall-qerda ta' Wied il-Għajn!

Bl-estensjoni tal-limiti ta' l-iżvilupp proposti, Wied il-Għajn se jisfa vittma mill-ġdid ta' għawġ ambjentali ieħor.


Din il-mappa ta' Wied il-Għajn tressqet lill-MEPA. Il-kontorni taż-żoni mmarkati bl-aħdar juru s-siti proposti li jikkwalifikaw għall-iżvilupp. Dawn jistgħu jidhru żgħar, iżda ejja nagħtu ħarsa eqreb lejn il-mappa:


Il-vleġġa l-blu turi l-knisja parrokkjali ta' Sant'Anna...


...u dan huwa l-bandli.


Hemm 6 żoni li huma maħsubin għall-iżvilupp. L-ikbar fosthom hija Żona A. Din kienet tressqet mill-Gvern (salib l-isfar). Parti minnha hija art agrikola mill-iżjed fertili.


It-tieni u t-tielet l-akbar żoni huma Żona D u E. Dawn jinsabu wara l-piċċ tal-waterpolo u l-bandli taż-Żonqor rispettivament.


Żona D hija mogħnija b'ġmiel naturali kbir, b'ħafna siġar tal-ħarrub u bajtar tax-xewk...


...u b'bosta arbuxelli.


Mgħadudin f'daqqa, dawn is-sitt żoni jkopru medda ta' art li hija għoxrin darba daqs daqs iż-żona tal-knisja ta' Sant'Anna.


Imma dan tassew hu meħtieġ?

Fix-xhur tas-sajf, il-lokalità ta' Wied il-Għajn diġà qiegħda jkollha taħseb għall-ħtiġijiet ta' 20,000 resident; illum din hija waħda mill-iżjed bliet Maltin li qegħdin jikbru b'rata mgħaġġla.

Il-konġestjoni tat-traffiku ija problema serja, l-iżjed fi tmiem il-ġimgħa. Jekk Wied il-Għajn se jkompli jikber aktarx is-sitwazzjoni se tkompli tiggrava.


Jekk ill-limiti tal-bini se jkomplu jitwessgħu, żgur jiżdiedu mijiet ta' appartamenti ma' dawk li diġà hemm.


Diġà qegħdin jinbnew numru kbir ta' appartamenti li għandhom jimtlew ma jdumux. Dawn se jkomplu jżidu mal-konġestjoni. (Triq il-Ħamrija, Triq l-Aħmar, Triq ta' Gidwet, Triq tal-Gardiel, Triq il-Kavallieri ta' Malta)


Inħawi oħrajn se jiġu żviluppati fil-futur qrib. (Triq l-Għassies, Partijiet sostanzjali minn Ta' Monita)


Il-lista ma tispiċċa qatt.


Ara tistax tiċċumbahom: tmien meżonetts semi-detached u żewġ bangalows semi-detached fi Triq Thomas Ashby.


U issa, tista' tarahom aħjar?


Bħalissa l-għelieqi jidhru hekk:


Imma minn hawn u ftit ieħor jistgħu jiġu hekk:


U fl-aħħar hekk:


Wasal iż-żmien li jsir xi ħaġa. Semmgħu leħinkom. Tkellmu ma' l-MPs tagħkom. Ħudu sehem f'attivitajiet favur l-ambjent.


Għandna bżonn ambjent san sabiex nieħdu n-nifs bla xkiel u nagħmlu xi ftit eżerċizzju u nistrieħu.


L-ebda numru ta' qsari ma jista' jieħu post l-ambjent naturali.


Tieħu xejn bħala fatta!



Mużika: Dancing With The Moonlit Knight - Genesis
(Lil sħabi kollha li magħhom qattajt iljieli u ġranet ma jintesewx fil-ġmiel naturali tal-Munxar, limiti ta' Wied il-Għajn.
Propju f'dan il-ħin, l-ex-kitarrist tal-Genesis, qiegħed jagħti kunċert akustiku fit-teatru taċ-ċentru kulturali Abbaye De Neumünster. Inzerta li l-biljetti nħatfu kollha f'daqqa, u spiċċajt bqajt l-art. M'hemmx tagħmel. Ma kienx imn'alla li narah għat-tielet darba, daqskemm forsi mhux se jkun mn'alla, li qatt nerġa' nara mill-ġdid l-inħawi tal-Munxar kif niftakarhom. L-appell tiegħi lill-MEPA - u ta' dak li fassal u ċċirkola preżentazzjoni powerpoint rigward dawk l-inħawi - jgħid bħat-titlu ta' wieħed mill-albums bikrin ta' Hackett: Please Don't Touch!... don't sell Malta by the pound...)



Ħatab: 1

Anonymous Anonymous qal/qalet...

Prosit ta' veru!! Sfortunatament ftit hawn bhalek li ghala %$%$^ biex titkellem fuq dawn l-affarijiet ghax kullhadd mohhu biss kif ha jhaxxen bwietu!!!

11:31 pm  

Post a Comment

<< Lura