Tuesday, August 15, 2006

Nude Veritas
(Lil Ċeska)

Nude Veritas
(Lil Ċeska)

Dal-lejl nogħdos fl-ibħra koħol ta’ ruħek,
ħa nixxaħxaħ fil-waħx ta’ l-ixjaħ xewqat.

Għid, x'jagħti lill-bniedem mill-jasar il-ħelsien?
Il-virtù? Il-verità? L-għerf? L-għarfien?
U x'jagħti lill-bniedem mill-irqad il-qawmien?
Il-ħars? Ix-xamm? Is-smigħ? Il-mess? Is-sess?

Dal-lejl nitbaħbaħ fl-ibħra sħan ta’ ġismek,
sabiex nislet sa mill-qiegħ l-eqqel diqat.

Mużika: Svefn-G-Englar - Sigur Rós