Monday, June 26, 2006

Paġni Magħżulin mid-Djarji Ta' Ħalliem #7
Better luck next time... only one in a million makes it!

L-Erbgħa, 26 ta' Ġunju, 1996

Illum kont veru DOWN!!!

Illum kien hemm is-semi-finali ta' l-Ingliżi kontra l-Ġermanja. L-Ingliżi lagħabu bil-griż.

Wara żewġ minuti logħob l-Ingliżi skorjaw! Gascoigne ta korner, Adams xellef bir-ras u Shearer bir-ras tefa' ġewwa. Dak il-ħin bdejt nara lill-Ingliżi jerfgħu t-tazza.


Però wara l-gowl l-Ingliżi ma ħadux in-nofs, u wara kwarta skorja Kuntz.


San-90 minuta bqajna 1-1. It-tnejn li huma lagħbu tajjeb, però l-Ingliżi kellhom ftit iżjed mil-logħob.

Fis-sudden death il-Ġermanja skorjaw però ħassarulhom minħabba fawl. L-Ingliżi kienu veru żvinturati fis-sudden death. Anderton xxuttja bil-gowlkijper beaten, il-ballun ħabat mal-lasta u ġie f'idejn Kopke! Shearer jikkrossja, Kopke jiġi beaten, u l-Gazza jintefa' għalih u ma jiħdux għal ftit ċentimetri! Tilef ċans tad-deheb! Ftit wara Gascoigne rċieva kross ieħor però ma laħqux! Il-veru ħaqarna!

Kien imiss il-penalties. Fis-sudden death konna ħafna aħjar minnhom u ħaqarna ħafna. Għamilna l-aqwa logħba tat-tournament.

Il-penalties ġew skorjati l-ħamsa li huma miż-żewġ naħat. Kien imiss lil Gareth Southgate! Kif rajtu bdejt nibża'. Aħjar mar Anderton jew Adams jew Ince (dan lanqas biss ried jarahom!). Southgate fallieh...


u A. Moeller skorjah! BARRA!!



Qiegħed inħossni vera mdejjaq. Nixtieq immut. Ma niflaħx iżjed. Dejjem hekk! Kif ma nistgħux nieħdu ruħ? Kif dejjem inkunu one-step-behind u nitilfu?! U mal-Ġermanja bil-penalties!!



Veru sirt ma naħmilhomx lill-Ġermanja. Lagħbna aħjar minnhom u xorta tlifna! S'issa konna l-aqwa tim u wrejna l-aqwa u l-isbaħ logħob, u xorta nqlajna! Ma nistax nimmaġina sitwazzjoni fejn nista' nkun aktar imdejjaq. Qegħdin home, 30 sena wara li rbaħna l-World Cup u nqlajna! Kienet tkun sabiħa tant kieku ħadniha! Qatt ma tidħaqilna l-fortuna? Mhux ġusta!

KIEFRA!

Diska tal-ġurnata: Better Luck Next Time - Enzo Guzman
(Tassew kont ħadtha bi kbira din! Aħjar nidħak...
Fil-filmat ta' fuq, jidhru l-gowls kollha li skorjaw u qalgħu l-Ġermanja waqt l-Euro '96, inkluża dik il-qaħbeċ lotterija tal-penalties kontra l-Ingilterra.)