Tazza tad-Dinja 2006
Dal-lejl ħlomt li miet Pelé
...kellhom ikunu l-Franz Ferdinand u mhux il-Placebo...
...imma sewwa jgħid Xifer: misħut il-Lussemburgu...
l-ewwel xemx wisq sabiħa u kollox ward u żagħar... ġuvnotti b'xagħarhom imħabbel u telqa nobis... ħafna nisa gotiċi qishom sħaħar li tant iħawwduni... palk imponenti u ismijiet promettenti jwiegħdu spettaklu... kollox qisu dak il-festival kbir li morna fi Spanja sentejn ilu...
u mbagħad...
ix-xita u r-ragħad... tfaqqigħ ta' silġ... kesħa... sema ċlampu... għatis... ħwejjeġ imxarrbin għasra... mowbajl domnu... l-art kollha ħmieġ u tjun... tidlik... partita tedjanti għall-aħħar... diżillużjoni... għajja... għatx... tertir... qtugħ ta' nifs... rassa ostili... ħass ħażin... u mixja twila lura d-dar...
...u Brian Molko sar proprju Lussemburgiż borgiż... issa sarilna nadif tazza, liebes pulit, b'xagħru maqtugħ qasir... sewwa qal fi Black Eyed ilbieraħ, qatt ma kont xi ħadd li tista' toqgħod fuqu... qatt ma kont fidil... is-soltu msomma... m’għadux imżebbel... forsi qatt ma kien... u forsi lanqas l-Imżebbel m'għadu daqstant imżebbel...
Imn’alla kienu Rio u Franz Ferdinand... u David Beckham...
...u dal-għodu qomt ma niflaħx... forsi wkoll għax dal-lejl ħlomt li miet Pelé...
Mużika: A Pain That I'm Used To - Depeche Mode
(Tfakkira lili nnifsi, b'konsolazzjoni għal-lbieraħ u bi tħejjija għal nhar is-Sibt...)

Ħatab: 0
Post a Comment
<< Lura