Wednesday, October 01, 2008

It-Tnabar tat-Tniebri Funebri

Erħulhom issammru l-imrietel f’twibitna!

Le, dat-traħħim ma jeħlisx ’l ħajjin jew
’l mejtin. Mhux bħat-tektika ta’ dis-sekonda
li 'ssa 'ssa qed izzikek u tiċħdek hij’ u ċċanfrek
biex toqgħod attent għal kull waqt f'kull mument.

Ejj’iżfnu mat-tnabar tat-tniebri funebri
b'dawk il-għajnejn imberrqin ħomor nar
f'kull ħin. Minn Sinope ġej, Djoġene jsibuni,
tabilħaqq henjin dawk li jixtarruni u jifhmuni.

Ara’rħulhom issammru l-imrietel f’twibitna!
Ħalluhom itambru u jħambqu l-prexxa t’iss’issa!

Sadattant, se mmur
nitlesta għas-sagrifiċċju,
sabiex niskolpixxi sod fil-ħaġar
inriffed, nifferma u ntella’ bħal Menħir
dat-torri dinam’ku tad-dinamite ta’ l-essri.

Mel’erħulhom jissammru l-imrietel f’twibitna...

Kevin Saliba
Novembru 2006


Mużika: Atrocity Exhibition - Joy Division