Integral Institute
Filosofija Integrali, Viżjoni Olistika
"L-iskop veru tal-kitba tiegħi m'huwiex li ngħid, 'ara inti trid taħsibha b'dan il-mod'. L-iskop veru tal-kitba tiegħi huwa: 'hawnhekk għandek uħud mill-bosta aspetti importanti ta' dan il-Kożmos straordinarju; qatt ħsibt li tinkludihom fil-perspettiva filosofika tiegħek?'
Xogħoli hu tentattiv biex nagħmel wisa' fil-Kożmos għad-dimensjonijiet, livelli, dominji, mewġ, memi, modi, individwi u għall-kulturi kollha, u ħwejjeġ oħra bħal dawn.
Għandi regola ġenerali: kulħadd għandu raġun. Nispeċifika: kulħadd - inkluż jien - għandu xi biċċiet importanti ta' verità, u dawn il-biċċiet kollha għandna nonorawhom, ngħożżuhom, u ninkluduhom fi tħaddina iżjed ġentili, wiesa' u ħanina. Lill-Frewdjani ngħidilhom, 'stħarriġtuh il-Buddiżmu?' Lill-Buddisti ngħidilhom, 'studjajtuh lil Freud?' Lil-liberali ngħidilhom, 'qatt ħsibt dwar kemm huma importanti ċerti ideat konservattivi?' U l-bqija, u x'naf jien [...]
Fl-ebda stadju ma qatt għedt: Freud żbaljat, il-Budda żbaljat, il-liberali żbaljati, il-konservattivi żbaljati. Issuġġerejt biss li dawn għandhom raġun, iżda sa ċertu punt. Il-kitbiet kritiċi tiegħi qatt m'attakkaw it-twemmin ċentrali ta' xi dixxiplina - attakkaw biss l-istqarrijiet li dik id-dixxiplina partikulari għandha l-unika verità - u f'das-sens spiss kont iebes. Iżda onestament, nemmen li kull sistema hija essenzjalment valida, iżda sa ċertu punt [...]
U fuq il-ġebla ta' qabri, nispera li xi ħadd jikteb: 'kellu raġun, iżda sa ċertu punt'..." - Ken Wilber
NOTA QASIRA: L-awtur ta' dan il-blogg huwa konxju mill-kritika li saret matul dawn l-aħħar snin fil-konfront ta' l-ideat u l-personalità ta' Ken Wilber. F'das-sens, minkejja din il-pubbliċità, l-awtur jixtieq jippreċiża li l-ideat tiegħu mhux neċessarjament dejjem jikkonverġu ma' dawk ta' Wilber jew ma' ta' membri u kontributuri oħrajn ta' l-Integral Institute.
Madankollu fil-preżent l-awtur huwa tal-fehma li l-approċċ ġenerali ta' Wilber - jiġifieri l-Filosofija Integrali li tfittex li tgħaqqad it-tradizzjonijiet spiritwali flimkien mal-metodu tax-xjenzi naturali - huwa l-iżjed wieħed ta' fejda fit-tiftixa tagħna għat-tifsira tan-natura aħħarija tal-Kożmos u ta' post il-Bniedem fi ħdanu. Fil-fehma ta' l-awtur, din taf tkun strateġija tabilħaqq sensibbli sabiex id-dinjiet akkademiċi, reliġjużi u xjentifiċi jsibu triqthom 'l barra mill-isqaqien tal-polariżmi egoiċi, assoluti u dogmatiċi li, fil-fehma ta' l-awtur, qegħdin isiru kull ma jmur iżjed rampanti.
Mużika: Introducing the Band - Suede
(U lil dawk il-qarrejja li minn dan kollu jiġu jitnejku, nissuġġerilhom li għall-inqas ma jonqsux milli jmorru jaraw dan il-film.

Ħatab: 0
Post a Comment
<< Lura