Aħfrilhom...
Ħassibni tassew l-artiklu ta' l-artikolista Raymond Mahoney, intitolat "Aħfrilhom għax ma jafux x'qegħdin jgħidu", li deher fil-ġurnal l-orizzont nhar il-Ħamis, 14 ta' Ġunju. Kont naf li meta mqabblin ma' ċerti pajjiżi Ewropej oħrajn, id-diskors dwar ir-reliġjon għadu pjuttost tabù. Madankollu ma kontx nobsor li s-sitwazzjoni setgħet kienet daqshekk gravi. Milli jidher, f'Malta ara biss ifettillek tabbanduna n-ngħaġ ta' Bendu, għax inkella jiġi l-lupu u jibilgħek. Il-veru każ ta' attenti al lupo.
Kien hemm xi erba' minn nies li fettlilhom jeżerċitaw id-dritt ta' l-espressjoni libera tagħhom biex jgħidu tagħhom dwar il-kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca.
Mingħajr ma noqgħod nidħol wisq fil-mertu ta' x'qalu jew x'ma qalux, jidhirli li l-messaġġ ta' dawn kien qiegħed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku dwar fatt evidenti: Malta m'għadhiex fortizza tal-Vatikan. F'dan il-pajjiż hawn nies, li għax imsieken moħħhom xi ftit ħafif, b'mod mill-aktar konxju qegħdin jagħżlu li jħaddnu twemmin differenti. Tassew għarukaża din, qalilna Ray Mahoney...
Mahoney stgħaġeb kif ċerti ittri "xettiċi" rigward il-kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca ġew ippubblikati fil-ġurnali, u ilmenta li dawn joffendu "s-sentimenti tal-kotra" ta' Malta, li skond hu, hija Kattolika iżjed mill-Papa. Ma nafx eżatt f'liema epoka qiegħed jgħix Mahoney. Li naf biċ-ċert hu li f'Malta ta' llum hemm ħafna u ħafna nies - li huma Maltin bħalu - li m'humiex eżattament Kattoliċi. Qiegħed nirreferi l-iżjed għal dawk tal-ġenerazzjoni tiegħi, li b'xorti tajba kellhom ix-xorti u l-lussu li jkunu esposti għal ħafna kulturi u movimenti ta' ħsieb differenti sabiex jesapandu l-għarfien u l-koxjenza tagħhom.
L-isteriżmu ta' Mahoney, fl-Ewropa tas-Seklu 21, huwa pjuttost retrogradu. Skond Mahoney, kull min huwa xettiku dwar il-fehma reliġjuża tiegħu, miskin, ma jafx x'qiegħed jagħmel. Bħal dak li qallu li r-rifjut tat-tagħlim Nisrani f'Malta huwa xi reat kriminali punibbli bil-liġi! M'hemmx xi ngħidu, Mahoney għandu kull dritt iħaddan it-twemmin tiegħu u li jifraħ bil-kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca, imma dan ma jnaqqas xejn mid-dritt ta' individwi oħrajn li jesprimu fehemiet differenti minn tiegħu dwar l-avveniment inkwistjoni.
Id-dritt tiegħi, pereżempju. Ngħid għalija, il-preżenza tal-politiċi tagħna fil-Vatikan ma narahiex xi ħaġa li għandna niftaħru biha, għax fil-fehma tiegħi, m'għandniex inħalltu d-dominju ta' Ċesare ma' dak ta' Benedittu. Huwa fatt li Malta mhix tassew kollha kemm hi Kattolika, daqskemm hu minnu li inqas u inqas nies qegħdin jagħżlu li jieħdu r-reliġjonijiet monoteistiċi Abramiċi bis-serjetà. Madankollu, dan ma jfissirx neċessarjament, kif spiss jingħad, li ż-żgħażagħ tal-ġenerazzjoni tiegħi ma jinteressahomx li jfittxu tifsira għall-eżistenża tagħhom. Tant hu hekk li aktarx qatt f'pajjiżna ma kien hemm interess fil-filosofiji u r-reliġjonijiet ta' l-orjent daqs illum. Barra minn dan, Mahoney ma jridx jinsa lanqas li anke l-interess fl-ateiżmu fih innifsu jista' jissarraf f'bosta tweġibiet eżistenzjali pragmatiċi. Wara kollox, l-ateiżmu m'huwiex xi nassa kif qed ipenġih Mahoney, iżda parti mill-patrimonju tad-dibattitu filosofiku u reliġjuż Ewropew.
Għaldaqstant, l-għarfien reliġjuż f'sens wiesa' ta' din il-ġenerazzjoni fil-fatt kiber u mhux naqas, u ma nemminx li dan kollu kien ikun possibbli li kieku fuq xtutna ma wasalx il-kurrent tal-liberaliżmu.
Hija din is-sekularizzazzjoni li fil-fehma tiegħi għandna nimxu lejha. Hija soċjetà fejn it-tagħrif dwar l-għażliet possibbli ikun aċċessibbli għal kulħadd, fejn it-twemmin reliġjuż li jirriżulta minn dan ikun purament kwistjoni ta' għażla adulta u personali, u fejn kulħadd ikun jista' jaqsam l-għarfien u l-ħsibijietu ma' ħaddieħor fil-beraħ u b'mod liberu. Jekk l-istituzzjonijiet edukattivi u politiċi tagħna ma jaħdmux bis-sħiħ lejn dan il-għan, ma nemminx li f'Malta jista' qatt ikollna xi rinaxximent intellettwali.
Għandi nifhem, li f'għajnejn Mahoney xi ħadd bħali jmissu jżomm il-fehmiet tiegħu mistura, għax iż-żgħażagħ ta' llum imsieken huma "fraġli" u ma jridu xejn biex jieħdu xi skandlu. Għandi nifhem ukoll li Ray Mahoney, bħal ħafna apologisti Kristjani oħrajn, huwa tal-fehma li jekk bniedem ma jkunx Nisrani, jew għall-inqas reliġjuż, allura bil-fors li jkun "immorali", "żleali" u saħansitra jbati minn "taħwid mentali." Din hija mentalità li jiena nsibha ta' "jew magħna jew m'aħniex". Ovvjament, hawnhekk Mahoney irid joqgħod ferm attent kif jiġġudika lin-nies, għax kif suppost jaf tajjeb, "bl-istess kejl li jkejjel huwa jitkejjel lilu."
Din ir-rabta riġida bejn ir-reliġjon u l-moralità hi tassew assoċjazzjoni fallaċja, għax dawn it-tnejn mhux bil-fors jiddependu minn xulxin b'mod mutwalistiku. Anzi, lili jidhirli li l-istorja turina li f'ħafna każi l-fundamentaliżmu reliġjuż kien antagonista mill-eħrex għall-prospetti tal-progress intellettwali u soċjali, l-iżjed f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għaqda bejn il-popli differenti, mad-difiża ta' nies bi stil ta' ħajja alternattiv, ma' l-eżerċizzju tat-tiftix xjentifiku li jfittex li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja, ma' l-eżerċitar tal-fakultà tar-raġuni u tal-libertà tal-ħsieb, u mhux l-inqas mal-ġlieda tal-klassi tal-ħaddiema għal soċjetà iżjed ġusta. U nissoponi li Mahoney, bħala Soċjalist Malti tas-sittinijiet, dan suppost jafu ferm aħjar minni.
L-istorja turina wkoll li wieħed m'għandux għalfejn joqgħod jimla rasu b'ħafna miti sabiex iħaddan u jippromwovi prinċipji etiċi u ċivili. Xhieda ta' dan li qiegħed ngħid, fost affarijiet oħra, huwa l-moviment Umanista Ewropew li tant arrikixxa t-tradizzjoni filosofika tal-Punent, l-iżjed fl-oqsma ta' l-etika u d-drittijiet tal-bniedem. Għall-informazzjoni ta' Mahoney, uħud mill-akbar pijunieri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja soċjali, kienu ateisti konvinti jew inkella agnostiċi. Żewġ eżempji minn bosta huma l-ħassieba Jean-Paul Sartre u Bertrand Russell, b'mod speċjali dan ta' l-aħħar, li saħansitra kien waqqaf fondazzjoni favur il-paċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja soċjali. Biex ma nsemmix il-mijiet ta' kittieba u attivisti Soċjalisti li tant u tant issieltu favur l-istess ideali politiċi li Mahoney tant iħobb jirromantiċiżża dwarhom.
Iżjed minn hekk, ta' min jirrimarka wkoll li dawn l-individwi ma kinux iħaddnu dawn l-ideali minħabba "l-biża' t'alla", iżda għax tabilhaqq kienu jemmnu fil-valur intrinsku ta' dawk il-prinċipju nnfushom. Żgur m'għamlux dan biex jakkwistaw "il-ħajja ta' dejjem", jew għax kienu trawmatizzati mit-theddid tal-kastig tal-"biki u t-theżżiż tas-snien." Għaldaqstant jidhirli li l-kredenzjali umani tagħhom kienu wkoll aqwa minn dawk ta' persunaġġi bħal San Ġorġ, li iżjed ħadmu favur "il-glorja t'Alla" milli f'gieħ il-kundizzjoni umana fiha nnfisha. Mhux ta' b'xejn li dawn jissejħu Umanisti!
Jiena l-istorja ta' Ġorġ u Ġeġè nafha ben tajjeb, għax inzerta li sa ma għalaqt 16-il sena kont membru fis-soċjetà tal-Mużew. Iżda mbagħad għażilt, u b'mod konxju, li naqbad toroq oħra li deherli li huma ħafna iżjed adattati għalija. U meta għamilt dan, għall-kuntrarju ta' dak li insinwa Mahoney, ma kelli l-ebda disturbi mentali u kont naf sewwa x'qiegħed nagħmel. Madankollu tul dawk is-snin smajt ħafna dwar dan "ir-raġel umli", u għalhekk naf sewwa kemm il-membri tal-Mużew iżommu lilu u l-ideat tiegħu fuq wiċċ l-idejn. Għaldaqstant skantajt kif l-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni tiegħu kienet ikkaratterizzata minn daqstant marċi u pompi minn dawn l-istess membri. Fid-dawl ta' dak kollu li naf dwar Preca, konvint li b'din il-vanaglorja kollha ma kien ikun kuntent xejn.
Niftakar qisu lbieraħ li xogħol partikulari li hu ferm għall-qalb is-soċji tal-Mużew huwa "L-Imitazzjoni ta' Kristu" tal-kittieb tas-Seklu 15 Thomas à Kempis. Niftakar sew li l-qari ta' xi siltiet minnu waqt il-ħin ta' l-assenjatur kien ikun l-ordni tal-ġurnata. Dan ix-xogħol, li m'hemmx dubju li kien nebbaħ bosta mill-kitbiet ta' Dun Ġorġ Preca, kien jisħaq fuq li jisħaq fuq l-imperattività tal-virtujiet tas-sempliċità u l-umiltà.
Għaldaqstant, minn nies li ta' kull nhar ta' Ħadd wara nofs in-nhar jipproponu, fost oħrajn, li jkunu "sempliċi", "foqra", "umli" u li saħansitra "jħobbu d-disprezzi", għal din l-okkażjoni kont nistenna ħafna u ħafna iżjed diskrezzjoni.
Mużika: We're Not Gonna Take It - The Who
(We're not gonna take it, never did and never will, we're not gonna take it, gonna break it, gonna shake it, let's forget it better still...)

Ħatab: 5
Hafna min dak li semmejt gieni f'mohhi waqt li kont qed naqra il ktieb ta Dawkins "the god delusion"... forsi nitkellem dwaru darba ohra lol.
Hawn hafna injoranza dwar l-atejizmu u nahseb li hawn hafna atei li ma jitkellmux minhabba dil-biza li jitghajjru.
Malta il-kuncett tas-sekularizazzjoni ghadu ma dahalx u wisq nibza li hawn wisq nies li ma jridux dal kuncett jidhol - wara kollox, ir-religion qdiethom tajjeb lil certi nies.
The Dawkins Delusion
Nafu sew lil Richard Dawkins.
Fl-aħħar mill-aħħar Dawkins m'hu xejn ħlief fundamentalist daqs nies bħal Mahoney.
Minkejja li jilgħabha ta' individwu raġonevoli, fl-aħħar mill-aħħar jaqa' fin-nasba li jagħmel stqarrijiet kategoriċi dwar ħewjjeġ li dwarhom ftit li xejn hemm ċertezza. Ikolli ngħid li nies bħal Dawkins u Dennet iħassbuni daqs it-tele-evanġelisti li ssib fl-Istati Uniti.
M'hemmx xi ngħidu, bosta argumenti li ressaqt f'dak l-artiklu (li deher fl-orizzont tas-Sibt li għadda) huma simili ħafna għal dawk ta' Dawkins. Madankollu, dan ma jfissirx li jien segwaċi akkanit ta' Dawkins. Anzi, f'għajnejja "The God Delusion" huwa xogħol pjuttost fqir. Naħseb li kien ikun aħjar għal Dawkins li baqa' jikteb fuq is-selfish gene.
Fil-fehma tiegħi l-fanatiċi reliġjużi huma "deluded". madankollu daqstant ieħor naħseb li Richard Dawkins huwa "deluded."
le mhux infahhar lil dawkins... fis-sens li l-argumenti tieghu huma tajba... forsi il-mod kif ifhemhom ma jogobnix... u l-fatt li nahseb halla xi affarijiet barra...
hemm artiklu tajjeb ukoll ta Raphael Vassallo fuq il Malta Today ta xi gimghatejn ilu... jitratta l-istess kuncetti
wisq nibza imma li kultant certi argumenti favur is-sekularizmu jaqrawhom biss dawk li diga huma konvinti... speci ta "preaching to the converted"
Għandu xi argumenti tajba, li l-maġġoranza tagħhom baramhom mingħand Carl Sagan, Bertrand Russell u Alfred J. Ayer, fost oħrajn.
Il-mod kif ifissirhom hu retoriku ħafna, u sa ċertu punt, loġiku. Nemmen li kapaċi jikkonvinċi lil ħafna nies li huma bejn ħaltejn dwar din il-materjal. Mill-banda l-oħra, niddubita li jasal jikkonvinċi lil min jaf jara xi ftit iżjed mill-ponta ta' mnieħru.
U kif għedt int, jidhirli li ħalla "xi affarijiet barra". Anzi, naħseb li ħalla żżejjed, u ffoka biss fuq miri ta' argumenti faċli. U l-iżjed li tħassibni hi li aktarx m'għamilx dan biex iqarraq, imma għax ma tantx hu edukat fit-tradizzjonijiet spiritwali f'sens wiesa'.
Biex nagħtik eżempju, fil-bidu ta' 'The God Delusion' jgħid li mhux se jittratta l-Buddiżmu u l-Ħindu għax dawk huma iżjed filosofiji dwar il-ħajja milli reliġjonijiet per se. U dan mhux minnu, speċjalment fil-każ tal-Ħindu, li għandu kunċett ta' Alla, u affaxxinanti ħafna wkoll.
Eżempju ieħor: Dawkins jikkwota biss l-eżempji xjentifiċi li jaqbillu. X'għandu xi jgħid Richard Dawkins dwar il-fenomeni ta' l-Esperjenzi-Qrib-il-Mewt (NDEs) li qed isiru tant studji xjentifiċi dwarhom? Għaliex jibqa' jwebbes rasu, u jisħaq li l-koxjenza tagħna ma tista' tkun imkien ħlief ġol-apparat fiżiku, i.e il-moħħ?
Suppervja intellettwali, forsi?
Prosit tal-artiklu, Ghogobni. :)
Post a Comment
<< Lura